This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010D0231-20210126
Council Decision 2010/231/CFSP of 26 April 2010 concerning restrictive measures against Somalia and repealing Common Position 2009/138/CFSP
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK
02010D0231 — MT — 26.01.2021 — 015.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105 27.4.2010, p. 17) |
Emendata bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/231/PESK
tas-26 ta' April 2010
dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK
Artikolu 1
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, u għall-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari maħsuba unikament għall-appoġġ ta’ jew l-użu mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluża l-Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja (UNSOM);
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, u għall-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsuba unikament għall-appoġġ ta’ jew l-użu mill-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM);
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u ta’ materjal ta’ kull tip, u l-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsuba unikament għall-appoġġ ta’ jew l-użu mis-sħab strateġiċi tal-AMISOM, li joperaw unikament skont il-Kunċett Strateġiku tal-Unjoni Afrikana (UA) tal-5 ta’ Jannar 2012 (jew kunċetti strateġiċi sussegwenti tal-UA), u f’kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-AMISOM;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, u l-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsuba unikament għall-appoġġ jew l-użu mill-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ (EUTM) fis-Somalja;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, maħsub biss għall-użu mill-Istati Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali li jieħdu miżuri biex jitrażżnu l-atti ta’ piraterija jew is-serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja, fuq it-talba tal-Gvern Federali tas-Somalja li dwarha ntbagħtet notifika lis-Segretarjat Ġenerali u dment li kwalunkwe miżura li tittieħed tkun konsistenti mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip u l-forniment ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà Somali ħlief dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja, biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja. Il-kunsinna tal-oġġetti stipulati fl-Annessi II u III, u l-għoti ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra, u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti rilevanti ta’ approvazzjoni jew ta’ notifika kif ġej:
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-armi u materjal relatat ta’ kull tip kif stipulat fl-Anness II maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà Somali ħlief dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja, biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja, għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ, kif stipulat fil-paragrafi 4a u 4b;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-armi u materjal relatat ta’ kull tip stipulat fl-Anness III maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi ta’ Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja, biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja, għandhom ikunu soġġetti għal notifika minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kif stipulat fil-paragrafi 4 u 4b;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip kif stipulat fl-Anness III u l-forniment ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari mill-Istati Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali maħsubin biss għall-iżvilupp tal-istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà Somali, ħlief dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja, biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja, għandhom ikunu soġġetti għal notifika minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kif stipulat fil-paragrafu 4b, u jistgħu jingħataw fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi tali notifika;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ lbies protettiv, inkluż ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Somalja minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema u persunal assoċjat fl-ambitu umanitarju u fil-qasam tal-iżvilupp għall-użu personali tagħhom biss;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għall-użu umanitarju jew protettiv, innotifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet ħamest ijiem ta’ xogħol minn qabel, u għall-informazzjoni tiegħu biss, mill-Istat Membru, l-organizzazzjoni internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali fornituri.
Talbiet għall-approvazzjoni għandhom jinkludu dettalji tal-manifattur u l-fornitur tal-armi u materjal relatat ta’ kull tip, deskrizzjoni tal-armi u l-munizzjon inkluż it-tip, il-kalibru u l-kwantità, id-data proposta u l-post tal-kunsinna, u l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-unità ta’ destinazzjoni maħsuba fil-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew il-post maħsub għall-ħażna.
Artikolu 1a
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-punti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni.
Artikolu 1b
L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza fuq il-forniment dirett jew indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment għas-Somalja ta’ oġġetti mhux soġġetti għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(1) u fuq il-forniment dirett jew indirett għas-Somalja ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat mal-attivitajiet militari relatati ma’ dawk l-oġġetti.
Artikolu 1c
Artikolu 2
Miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 3, 5(1) u 6(1) u (2) għandhom ikunu imposti kontra persuni u entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:
l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru;
atti li jheddu l-proċess ta' paċi u r-rikonċiljażżjoni fis-Somalja;
atti li jheddu l-Gvern Federali tas-Somalja jew l-AMISOM bil-forza,
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness I.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu l-forniment dirett u indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u ta’ tagħmir militari u l-forniment dirett jew indirett ta’ assistenza teknika jew taħriġ, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra inkluż investiment, servizzi ta’ intermedjazzjoni jew servizzi finanzjarji oħra, relatati ma’ attivitajiet militari jew mal-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, il-manifattura, il-manutenzjoni jew l-użu ta’ armi u ta’ tagħmir militari, lil persuni jew entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2.
Artikolu 4
Artikolu 4a
L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-paragrafi 15 sa 21 ta' UNSCR 2182 (2014), jispezzjonaw, fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja u fl-ibħra internazzjonali 'l barra mill-kosta tas-Somalja li jestendu sal- u li jinkludu l-Baħar Għarbi u l-Golf Persjan, filwaqt li jaġixxu nazzjonalment jew permezz ta' sħubiji navali multinazzjonali volontarji, bħall-'Forzi Marittimi Kkombinati', f'kooperazzjoni mal-Gvern Federali tas-Somalja, bastimenti destinati lejn jew ġejjin mis-Somalja li jkollhom raġunijiet raġonevoli biex iqisu li huma:
qed iġorru faħam mis-Somalja bi ksur tal-projbizzjoni fuq il-faħam;
qed iġorru armi jew tagħmir militari lejn is-Somalja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo tal-armi fuq is-Somalja;
qed iġorru armi jew tagħmir militari lil individwi jew entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 5
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
jiddetermina fuq il-bażi ta’ każ b’każ li tali dħul jew tranżitu huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż,
jiddetermina fuq il-bażi ta’ każ b’każ li eżenzjoni tista’ twassal sabiex jitkomplew l-objettivi ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali fis-Somalja u l-istabbiltà fir-reġjun.
Artikolu 6
L-Isati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:
meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;
maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma kollegati mal-forniment ta’ servizzi legali;
maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġi nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u b’approvazzjoni minnu;
is-suġġett ta’ sentenza jew garanzija ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f’tali każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza sakemm il-garanzija jew is-sentenza kienet iskritta qabel ma l-Kumitat tas-Sanzjonijiet indika lill-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità msemmijin fl-Artikolu 2, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
interessi jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi,
sakemm kull tali mgħax, qligħ ieħor u ħlasijiet jibqgħu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 7
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi il-lista li tinsab ►M4 fl-Anness I ◄ u jemendaha skont id-determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 8
Artikolu 9
►M4 L-Anness I ◄ għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet inkluż laqmijiet, data u post tat-twelid, ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, post u data tar-reġistrazzjoni, numru tar-reġistrazjoni u post tan-negozju. ►M4 L-Anness I ◄ għandu jinkludi wkoll id-data tal-ħatra mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew revokata kif adatt, f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.
Artikolu 11
Il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK hija b’dan irrevokata.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
ANNESS I
LISTA TA’ PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
I. Persuni
1. Yasin Ali Baynah (magħruf ukoll bħala a) Ali, Yasin Baynah, b) Ali, Yassin Mohamed, c) Baynah, Yasin, d) Baynah, Yassin, e) Baynax, Yasiin Cali, f) Beenah, Yasin, g) Beenah, Yassin, h) Beenax, Yasin, i) Beenax, Yassin, j) Benah, Yasin, k) Benah, Yassin, l) Benax, Yassin, m) Beynah, Yasin, n) Binah, Yassin, o) Cali, Yasiin Baynax)
Data tat-twelid: 24 ta' Diċembru 1965. Nazzjonalità: Somalja. Nazzjonalità alternattiva: Żvezja. Post: Rinkeby, Stokkolma, Żvezja; Mogadishu, Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774673
Yasin Ali Baynah inċita l-attakki kontra l-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Barra minn hekk, huwa mmobilizza appoġġ u ġabar fondi f'isem l-Alleanza għar-Riabilitazzjoni tas-Somalja u l-Hisbul Islam, li t-tnejn li huma kienu involuti b'mod attiv f'atti li jheddu l-paċi u s-sigurtà fis-Somalja, inkluż iċ-ċaħda tal-Ftehim ta' Djibouti, u attakki fuq il-forzi tat-TFG u l-AMISOM f'Mogadishu.
2. Hassan Dahir Aweys (magħruf ukoll bħala a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, b) Awes, Hassan Dahir, c) Awes, Shaykh Hassan Dahir, d) Aweyes, Hassen Dahir, e) Aweys, Ahmed Dahir, f) Aweys, Sheikh, g) Aweys, Sheikh Hassan Dahir, h) Dahir, Aweys Hassan, i) Ibrahim, Mohammed Hassan, j) OAIS, Hassan Tahir, k) Uways, Hassan Tahir, l) “Hassan, Sheikh”)
Data tat-twelid: 1935. Ċittadinanza: Somalja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774682
Hassan Dahir Aweys aġixxa u jkompli jaġixxi bħala mexxej politiku u ideoloġiku għoli għal diversi gruppi ta' oppożizzjoni armati responsabbli għal ksur ripetut tal-embargo fuq l-armi ġenerali u komplet u/jew atti li jheddu l-ftehim ta' paċi ta' Djibouti, u l-forzi tal-Gvern Federali Transitorju (TFG) u tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Bejn Ġunju 2006 u Settembru 2007, AWEYSs serva bħala president tal-kumitat ċentrali tal-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi; f'Lulju 2008 huwa ddikjara lilu nnifsu president tal-Alleanza għar-Riliberalizzazzjoni tas-Somalja — il-fergħa ta' Asmara; u f'Mejju 2009 huwa kien innominat president tal-Hisbul Islam, alleanza ta' gruppi li jopponu t-TFG. F'kull waħda minn dawn il-pożizzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet ta' AWEYS urew intenzjoni inekwivokabbli u sostnuta li jżarma t-TFG u li jkeċċi l-AMISOM mis-Somalja bl-użu tal-forza.
3. Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala a) Al-Turki, Hassan, b) Turki, Hassan, c) Turki, Hassan Abdillahi Hersi, d) Turki, Sheikh Hassan, e) Xirsi, Xasan Cabdilaahi, f) Xirsi, Xasan Cabdulle)
Data tat twelid: circa 1944. Post tat-twelid: Reġjun Ogaden, Etjopja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774683
Hassan Abdullah Hersi Al-Turki kien mexxej għoli ta' grupp ta' milizzja armat minn nofs is-snin 1990 u kien involut f'bosta ksur tal-embargo fuq l-armi. Fl-2006, al-Turki kkontribwixxa forzi għat-teħid ta' Mogadishu mill-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi u ħareġ bħala mexxej militari fil-grupp, allinjat ma' al-Shabaab. Mill-2006, al-Turki għamel it-territorju taħt il-kontroll tiegħu disponibbli għat-taħriġ ta' diversi gruppi ta' oppożizzjoni armati inkluża al-Shabaab. F'Settembru 2007, al-Turki deher f'filmat tal-aħbarijiet ta' al-Jazeera li wera t-taħriġ ta' milizzja taħt it-tmexxija tiegħu.
4. Ahmed Abdi aw-Mohamed (magħruf ukoll bħala a) Abu Zubeyr, Muktar Abdirahman, b) Abuzubair, Muktar Abdulrahim, c) Aw Mohammed, Ahmed Abdi, d) Aw-Mohamud, Ahmed Abdi, e) “Godane”, f) “Godani”, g) “Mukhtar, Shaykh”, h) “Zubeyr, Abu”)
Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1977. Post tat-twelid: Hargeysa, Somalja. Nazzjonalità: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774684
Ahmed Abdi Aw-Mohamed huwa mexxej għoli ta' al-Shabaab u kien pubblikament innominat emir tal-organizzazzjoni f'Diċembru 2007. Huwa jeżerċita r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' al-Shabaab fis-Somalja kollha. Aw-Mohamed iddenunzja l-proċess tal-paċi ta' Djibouti bħala kospirazzjoni barranija, u f'reġistrazzjoni awdjo mogħtija f'Mejju 2009 lill-media Somala, huwa rrikonoxxa li l-forzi tiegħu kienu involuti fi ġlied reċenti f'Mogadishu.
5. Fuad Mohamed Khalaf (magħruf ukoll bħala a) Fuad Mohamed Khalif, b) Fuad Mohamed Qalaf, c) Fuad Mohammed Kalaf, d) Fuad Mohamed Kalaf, e) Fuad Mohammed Khalif, f) Fuad Khalaf, g) Fuad Shongale, h) Fuad Shongole, i) Fuad Shangole, j) Fuad Songale, k) Fouad Shongale, l) Fuad Muhammad Khalaf Shongole)
Nazzjonalità: Somalja. Post: Mogadixu, Somalja. Post alternattiv: Somalja.Data tal-indikazzjoni tan-NU: 12 ta’ April 2010.
Fuad Mohamed Khalaf iffaċilita l-appoġġ finanzjarju lil al-Shabaab; F’Mejju 2008, huwa organizza żewġ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għal al-Shabaab f’moskej f’Kismaayo, Somalja. F’April 2008, Khalaf u bosta individwi oħra ddiriġew attakki b’ tagħmir splussiv li nġarr f’vetturi fuq bażijiet Etijopjani u elementi tal-Gvern Federali Transitorju Somalu f’Mogadixu, Somalja. F’Mejju 2008, Khalaf u grupp ta’ ġellieda attakkaw u ħatfu għassa tal-pulizija f’Mogadixu, waqt li qatlu u ferew diversi suldati.
6. Bashir Mohamed Mahamoud (magħruf ukoll bħala a) Bashir Mohamed Mahmoud, b) Bashir Mahmud Mohammed, c) Bashir Mohamed Mohamud, d) Bashir Mohamed Mohamoud, e) Bashir Yare, f) Bashir Qorgab, g) Gure Gap, h) “Abu Muscab”, i) “Qorgab”)
Data tat-twelid: a) 1979 b) 1980 c) 1981 d) 1982 Nazzjonalità: Somalja. Post: Mogadishu, Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774965
Bashir Mohamed Mahamoud huwa kmandant militari ta' al-Shabaab. Mahamoud kienu ukoll wieħed minn xi għaxar membri fil-kunsill ta' tmexxija ta' al-Shabaab minn tard fl-2008. Mahamoud u assoċjat tiegħu kienu responsabbli mill-attakk bil-murtali kontra l-Gvern Federali Transitorju Somalu f'Mogadishu fl-10 ta' Ġunju 2009.
▼M9 —————
8. Fares Mohammed Mana'a (magħruf ukoll bħala: a) Faris Mana'a, b) Fares Mohammed Manaa)
Data tat-twelid: 8 ta' Frar 1965. Post tat-twelid: Sadah, il-Jemen. Nru tal-Passaport: 00514146; Post tal-ħruġ: Sanaa, il-Jemen. Nru tal-Karta tal-Identità: 1417576; post tal-ħruġ: Al-Amana, il-Jemen; data tal-ħruġ: 7 ta' Jannar 1996.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774972
Fares Mohammed Mana'a forna, biegħ jew ittrasferixxa direttament u indirettament lejn is-Somalja armi jew materjal relatat bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mana'a huwa traffikant tal-armi magħruf. F'Ottubru 2009, il-gvern Jemenit ħareġ lista ta' nies suspettużi tat-traffikanti tal-armi li fiha Mana'a jinsab “fuq nett”, bħala parti minn sforz biex jitwaqqaf il-fluss ta' armi fil-pajjiż, fejn huwa rappurtat li hemm aktar armi minn persuni. “Faris Manaa huwa traffikant ewlieni tal-armi, u dan huwa magħruf sew”, skont rapport ta' Ġunju 2009 minn ġurnalist tal-Istati Uniti li huwa kummentatur dwar l-affarijiet Jemeniti, awtur ta' rapport ta' kull sitt xhur dwar il-pajjiż, u kkontribwixxa għall-Grupp tal-Intelligence ta' Jane. F'artiklu tal-Jemen Times ta' Diċembru 2007, issir referenza għalih bħala “Sheikh Fares Mohammed Mana'a, traffikant tal-armi”. F'artiklu tal-Jemen Times ta' Jannar 2008, issir referenza għalih bħala “Sheikh Faris Mana'a, negozjant tal-armi”.
Minn nofs l-2008, il-Jemen kompla jservi bħala ċentru għat-trasport ta' armi illegali lejn il-Qarn tal-Afrika, b'mod partikolari t-trasport ta' armi bid-dgħajjes lejn is-Somalja. Hemm rapporti mhux konfermati li Faris Mana'a pparteċipa f'konsenji lejn is-Somalja f'għadd ta' okkażjonijiet. Fl-2004, Mana kien involut f'kuntratti ta' armi mill-Ewropa tal-Lvant għal armi li allegatament inbiegħu lill-ġellieda Somali. Minkejja l-embargo fuq l-armi tas-Somalja tan-NU mill-1992, l-interess ta' Mana'a fit-traffikar ta' armi fis-Somalja jista' jiġi traċċat tal-inqas mill-2003. Mana'a offra li jixtri eluf ta' armi fl-2003 mill-Ewropa tal-Lvant, u indika li ppjana li jbiegħ xi wħud mill-armi fis-Somalja.
9. Hassan Mahat Omar (magħruf ukoll bħala: a) Hassaan Hussein Adam, b) Hassane Mahad Omar, c) Xassaan Xuseen Adan, d) Asan Mahad Cumar, e) Abu Salman, f) Abu Salmaan, g) Sheikh Hassaan Hussein).
Data tat-twelid: 10 ta' April 1979. Post tat-twelid: Garissa, il-Kenja. Nazzjonalità: Possibbilment Etjopjana. Nru tal-Passaport: A 1180173 Kenja, skadenza fl-20 ta' Awwissu 2017. Nru tal-Karta tal-Identità: 23446085. Post: Nairobi, Kenja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Lulju 2011.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774975
Hassan Mahat Omar huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa Imam u wieħed mill-mexxejja ta' Masjid-ul-Axmar, ċentru informali affiljat ma' Al-Shabaab f'Nairobi. Huwa involut ukoll fir-reklutaġġ ta' membri ġodda u fil-ġbir ta' fondi għal Al-Shabaab, inkluż online fis-sit web affiljat ma' Al-Shabaab alqimmah.net.
Barra minn hekk, huwa ħareġ fatwi għal attakki kontra t-TFG fuq chat room ta' sit web ta' Al-Shabaab.
10. Omar Hammami (magħruf ukoll bħala: a) Abu Maansuur Al-Amriki, b) Abu Mansour Al-Amriki, c) Abu Mansuur Al-Amriki, d) Umar Hammami, e) Abu Mansur Al-Amriki)
Data tat-twelid: 6 ta' Mejju 1984. Post tat-twelid: Alabama, Stati Uniti. Nazzjonalità: Stati Uniti. Maħsub ukoll li għandu nazzjonalità Sirjana. Nru tal-Passaport: 403062567 (US). Nru tas-Sigurtà Soċjali: 423-31-3021 (US). Post: Somalja.
Informazzjoni oħra: Miżżewweġ mara Somala. Għex l-Eġittu fl-2005 u mar is-Somalja fl-2009. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774980
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Lulju 2011.
Omar Hammami huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa membru għoli ta' Al-Shabaab. Huwa involut fir-reklutaġġ, il-finanzjament u l-paga tal-ġellieda barranin fis-Somalja. Huwa deskritt bħala espert fl-isplussivi u l-gwerra inġenerali. Minn Ottubru 2007 huwa deher f'rapporti tat-televixin u f'filmati ta' propaganda ta' Al-Shabaab. Huwa deher f'filmat iħarreġ ġellieda ta' Al-Shabaab. Huwa deher ukoll f'filmati u fuq siti web li jappellaw biex aktar ġellieda jingħaqdu ma' Al-Shabaab.
▼M10 —————
12. Aboud Rogo Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Aboud Mohammad Rogo, b) Aboud Seif Rogo, c) Aboud Mohammed Rogo, d) Sheikh Aboud Rogo, e) Aboud Rogo Muhammad, f) Aboud Rogo Mohamed)
Data tat-twelid: 11 ta' Novembru 1960. Dati tat-twelid alternattivi: a) 11 ta' Novembru 1967, b) 11 ta' Novembru 1969, c) 1 ta' Jannar 1969. Post tat-twelid: il-gżira ta' Lamu, il-Kenja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25 ta' Lulju 2012.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5775562
L-estremist ibbażat fil-Kenja Aboud Rogo Mohammed hedded il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja, billi pprovda appoġġ finanzjarju, materjali, loġistiku, jew tekniku lil Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea għall-parteċipazzjoni tagħha f'atti li jheddu b'mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja.
Aboud Rogo Mohammed huwa kleriku Iżlamiku estremist ibbażat fil-Kenja. Huwa għadu jeżerċita influwenza fuq gruppi estremisti fil-Lvant tal-Afrika bħala parti mill-kampanja għall-promozzjoni tal-vjolenza fil-Lvant tal-Afrika. L-attivitajiet ta' Aboud Rogo jinkludu ġbir ta' fondi għal Al-Shabaab.
Bħala l-mexxej ideoloġiku ewlieni ta' Al Hijra, li qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru Musulman taż-Żgħażagħ, Aboud Rogo Mohammed uża l-grupp estremist bħala passaġġ għar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta' Afrikani li prinċipalment jitkellmu bis-Swahili biex iwettqu attività militanti fis-Somalja. F'serje ta' lectures ta' ispirazzjoni bejn Frar 2009 u Frar 2012, Aboud appella ripetutament għaċ-ċaħda vjolenti tal-proċess ta' paċi Somalu. Matul dawn il-lectures, Rogo appella ripetutament għall-użu tal-vjolenza kemm kontra l-forzi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-forzi tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) fis-Somalja, u ħeġġeġ lill-udjenzi tiegħu biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja biex jissieħbu ma' Al-Shabaab fil-ġlieda tiegħu kontra l-Gvern Kenjan.
Aboud Rogo Mohammed joffri wkoll gwida dwar kif ir-rekluti Kenjani li jissieħbu ma' Al-Shabaab jistgħu jevitaw li jiġu identifikati mill-awtoritajiet Kenjani, u liema rotot għandhom isegwu meta jivvjaġġaw minn Mombasa u/jew Lamu għal fortizzi ta' Al-Shabaab fis-Somalja, l-aktar Kismayo. Huwa ffaċilita l-ivvjaġġar lejn is-Somalja ta' għadd kbir ta' rekluti Kenjani għal Al-Shabaab.
F'Settembru 2011, Rogo kien qed jirrekluta individwi f'Mombasa fil-Kenja biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja x'aktarx biex iwettqu operazzjonijiet terroristiċi. F'Settembru 2008, Rogo għamel laqgħa ta' ġbir ta' fondi f'Mombasa biex jgħin fil-finanzjament tal-attivitajiet ta' Al-Shabaab fis-Somalja.
13. Abubaker Shariff Ahmed (magħruf ukoll bħala a) Makaburi, b) Sheikh Abubakar Ahmed, c) Abubaker Shariff Ahmed, d) Abu Makaburi Shariff, e) Abubaker Shariff, f) Abubakar Ahmed
Data tat-twelid: 1962. Data tat-twelid alternattiva: 1967. Post tat-twelid: Kenja. Post: iż-żona ta' Majengo, Mombasa, il-Kenja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Awwissu 2012.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5775564
Abubaker Shariff Ahmed għandu rwol ewlieni bħala faċilitatur u persuna li tirrekluta Musulmani Kenjani żgħażagħ għal attività militanti vjolenti fis-Somalja, u soċju qrib ta' Aboud Rogo. Huwa jipprovdi appoġġ materjali lil gruppi estremisti fil-Kenja (u x'imkien ieħor fil-Lvant tal-Afrika). Permezz taż-żjarat frekwenti tiegħu lil fortizza ta' Al-Shabaab fis-Somalja, inkluża Kismayo, huwa seta' jżomm rabtiet b'saħħithom ma' membri għoljin ta' Al-Shabaab.
Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll involut fil-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-finanzjament għal Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea tal-involviment tiegħu f'atti li jheddu b'mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja.
Abubaker Shariff Ahmed ippriedka fil-moskei f'Mombasa li l-ġuvintur għandhom jivvjaġġaw lejn is-Somalja, iwettqu atti estremisti, jiġġieldu għal Al-Qaida, u joqtlu liċ-ċittadini Amerikani.
Abubaker Shariff Ahmed kien arrestat fi tmiem Diċembru 2010 mill-awtoritajiet Kenjani fuq suspett ta' involviment fil-bumbardament ta' venda f'Nairobi. Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll mexxej ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ ibbażata fil-Kenja f'Mombasa li għandha rabtiet ma' Al-Shabaab.
Mill-2010, Abubaker Shariff Ahmed aġixxa ta' persuna li tirrekluta u faċilitatur għal Al-Shabaab fiż-żona Majengo ta' Mombasa, fil-Kenja.
14. Maalim Salman (magħruf ukoll bħala (a) Mu'alim Salman, (b) Mualem Suleiman, (c) Ameer Salman, (d) Ma'alim Suleiman, (e) Maalim Salman Ali, (f) Maalim Selman Ali, (g) Ma'alim Selman, (h) Ma'alin Sulayman)
Data tat-twelid: circa 1979. Post tat-twelid: Nairobi, Kenja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Settembru 2014.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5818613
Maalim Salman intgħażel mill-mexxej ta' al-Shabaab Ahmed Abdi aw-Mohamed magħruf ukoll bħala Godane sabiex ikun il-kap tal-ġellieda barranin Afrikani għal al-Shabaab. Hu ħarreġ ċittadini barranin li kienu qed jippruvaw jissieħbu ma' al-Shabaab bħala ġellieda barranin Afrikani, u kien involut f'operazzjonijiet immirati lejn turisti, stabbilimenti ta' divertiment, u knejjes fl-Afrika.
Minkejja li hu ffukat prinċipalment fuq operazzjonijiet barra s-Somalja, Salman hu magħruf li jirrisjedi fis-Somalja u jħarreġ ġellieda barranin fis-Somalja qabel jassenjahom f'post ieħor. Xi ġellieda barranin ta' al-Shabaab għandhom preżenza fis-Somalja wkoll. Pereżempju, Salman ta l-ordni sabiex ġellieda barranin ta' al-Shabaab imorru fin-nofsinhar tas-Somalja bħala rispons għal offensiva tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM).
Fost attakki terroristiċi oħra, al-Shabaab kienu responsabbli mill-attakk fiċ-ċentru kummerċjali ta' Westgate f'Nairobi, il-Kenja f'Settembru 2013, li wassal għall-mewt ta' mill-anqas 67 persuna. Aktar reċenti, al-Shabaab ħadu r-responsabbiltà tal-attakk tal-31 ta' Awwissu 2014 fuq il-ħabs tal-Aġenzija Nazzjonali ta' Intelligence u Sigurtà f'Mogadishu, bil-qtil ta' tliet gwardji tas-sigurtà u żewġ persuni ċivili, u l-feriment ta' 15 oħra.
15. Ahmed Diriye (magħruf ukoll bħala (a) Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah, (b) Sheikh Omar Abu Ubaidaha, (c) Sheikh Ahmed Umar, (d) Sheikh Mahad Omar Abdikarim, (e) Abu Ubaidah, (f) Abu Diriye)
Data tat twelid: circa 1972. Post tat-twelid: Somalja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 24 ta' Settembru 2014.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5818614
Ahmed Diriye ġie maħtur bħala l-emir il-ġdid ta' Al-Shabaab wara l-mewt tal-mexxej preċedenti Ahmed Abdi aw-Mohamed, individwu elenkat mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009). Dan tħabbar pubblikament f'dikjarazzjoni mill-kelliem għal Al-Shabaab, Sheikh Ali Dheere, li ħarġet fis-6 ta' Settembru 2014. Diriye kien membru anzjan ta' Al-Shabaab u bħala l-emir għandu r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' Al-Shabaab. Hu ser ikun direttament responsabbli għall-attivitajiet ta' Al-Shabaab li jkomplu jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja. Minn dakinhar Diriye adotta l-isem Għarbi ta' Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah.
16. Ahmad Iman Ali (aka: a) Sheikh Ahmed Iman Ali; b) Shaykh Ahmad Iman Ali; c) Ahmed Iman Ali; d) Abu Zinira)
Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1973; b) Bejn wieħed u ieħor fl-1974
Post tat-twelid: il-Kenja
Nazzjonalità: il-Kenja
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 8 ta' Marzu 2018
Informazzjoni oħra: Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Ahmad Iman Ali kien elenkat fit-8 ta' Marzu 2018 skont ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Ahmad Iman Ali huwa kmandant prominenti Kenjan ta' Al-Shabaab li serva bħala l-mexxej tal-grupp fil-Kenja mill-2012. Huwa d-direttur tal-operazzjonijiet tal-fergħa Kenjana tal-grupp u regolarment ikollu taħt il-mira tiegħu t-truppi Kenjani ta' AMISOM fis-Somalja, bħal f'attakk f'Jannar 2016 fuq it-truppi Kenjani ta' AMISOM f'El Adde, is-Somalja. Ali huwa responsabbli wkoll mill-propoganda ta' Al-Shabab li għandha taħt il-mira tagħha l-gvern u l-popolazzjoni ċivili, bħal f'vidjo f'Lulju 2017 fejn għadda theddid lill-Musulmani li qed iservu fil-forzi tas-sigurtà tal-Kenja. Barra dawn l-attivitajiet, xi drabi Ali aġixxa wkoll ta' persuna li tirrekluta għal Al-Shabaab, fejn kien jiffoka fuq iż-żgħażagħ foqra li jgħixu fil-bassifondi ta' Nairobi, u kien jieħu ħsieb ukoll jiġbor fondi għal Shabaab billi juża l-moskej fi sforz biex jikseb ir-riżorsi. L-għan ġenerali tiegħu hija li l-Kenja tkun destabbilizzata permezz ta' theddid, ippjanar u eżekuzzjoni ta' attakki, u li l-Musulmani żgħażagħ jieħdu sehem fil-ġlieda kontra l-forzi tas-sigurtà Kenjani.
17. Abdifatah Abubakar Abdi (aka: Musa Muhajir)
Data tat-twelid: 15 ta' April 1982
Post tat-twelid: is-Somalja
Nazzjonalità: is-Somalja
Indirizz: a) is-Somalja; b) Mombaża, il-Kenja
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 08 ta' Marzu 2018
Informazzjoni oħra: Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Abdifatah Abubakar Abdi kien elenkat fit-8 ta' Marzu 2018 skont ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Fl-2015, Abdifatah Abubakar Abdi tpoġġa fuq il-lista tal-Gvern Kenjan ta' terroristi mfittxija li huma magħrufa jew suspettati li huma membri ta' Al-Shabaab. Il-pulizija Kenjana tirrapporta li Abdi jirrekluta membri għal Al-Shabaab li jipprovdu appoġġ lil Al-Shabaab, entità elenkata fuq il-lista ta' sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja u l-Eritrea, ġewwa s-Somalja u huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja. Fost dawn ir-rekluti kien hemm tlitt nisa arrestati mill-pulizija Kenjana waqt li kienu qed jippruvaw jidħlu fis-Somalja. Abdi huwa mfittex b'konnessjoni mal-attakk ta' Ġunju 2014 f'Mpeketoni, il-Kenja, fejn inqatlu diversi persuni, u huma mifhum li kien qed jippjana attakki oħra. Abdi jiffoka fuq operazzjonijiet barra s-Somalja, huwa magħruf li jgħix fis-Somalja u jirrekluta individwi għal Al-Shabaab li bi ħsiebhom jaqsmu l-fruntiera bejn il-Kenja u s-Somalja.
II. Entitajiet
AL-SHABAAB (magħrufa wkoll bħala a) Al-Shabab, b) Shabaab, c) The Youth, d) Mujahidin Al-Shabaab Movement, e) Mujahideen Youth Movement, f) Mujahidin Youth Movement, g) MYM, h) Harakat Shabab Al-Mujahidin, i) Hizbul Shabaab, j) Hisb'ul Shabaab, k) Al-Shabaab Al-Islamiya, l) Youth Wing, m) Al-Shabaab Al-Islaam, n) Al-Shabaab Al-Jihaad, o) The Unity Of Islamic Youth, p) Harakat Al-Shabaab Al-Mujaahidiin, q) Harakatul Shabaab Al Mujaahidiin, r) Mujaahidiin Youth Movement)
Post: Somalja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5775567
Al-Shabaab kienet involuta f'atti li jheddu direttament jew indirettament il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà fis-Somalja, inkluż iżda mhux limitat għal: atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008, jew il-proċess politiku; u, atti li jheddu l-Istituzzjonijiet Federali Transitorji (TFIs), il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), jew operazzjonijiet internazzjonali għaż-żamma ta' paċi relatati mas-Somalja.
Al-Shabaab ostakolat ukoll l-għoti ta' għajnuna umanitarja lis-Somalja, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta', għajnuna umanitarja fis-Somalja.
Skont id-dikjarazzjoni mill-President tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja lill-Kumitat tas-Sigurtà mogħtija fid-29 ta' Lulju 2009, kemm Al-Shabaab u Hisb'ul Islam pubblikament u b'mod ripetittiv ħadu r-responsabbiltà għall-attakki permezz ta' forzi fuq il-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-AMISOM. Al-Shabaab ħadet ukoll ir-responsabbiltà għall-qtil ta' uffiċjali tat-TFG, u fid-19 ta' Lulju 2009 attakkat u għalqet l-uffiċċji fuq il-post tal-UNOPS, l-UNDSS u l-UNDP fir-reġjuni ta' Bay u Bakool, bi ksur tal-paragrafu (c) tar-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Al-Shabaab ostakolat b'mod ripetittiv l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha, fis-Somalja.
Ir-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Lulju 2009 dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, kien fih il-paragrafi li ġejjin li jinvolvu l-attivitajiet ta' al-Shabaab fis-Somalja:
Huwa allegat li gruppi ribelli, bħal al-Shabaab, qegħdin jiksbu flus b'theddid jew vjolenza minn kumpanniji privati u jirreklutaw żgħażagħ sabiex jingħaqdu fil-ġlieda kontra l-Gvern f'Mogadishu, inklużi suldati tfal. Al-Shabaab ikkonfermat il-preżenza ta' ġellieda barranin fi ħdanha u ddikjarat bil-miftuħ li qiegħda taħdem ma' al-Qaida f'Mogadishu sabiex tneħħi l-Gvern tas-Somalja. Huwa rappurtat li ħafna mill-ġellieda barranin joriġinaw mill-Pakistan u l-Afganistan, u jidhru mħarrġa sew u lesti għall-battalja. Ġew osservati jilbsu l-barnużi u jmexxu operazzjonijiet offensivi kontra l-forzi tal-Gvern f'Mogadishu u r-reġjuni ġirien.
Al-Shabaab intensifikat l-istrateġija tagħha li tisforza u tintimida lill-popolazzjoni Somala, kif rifless fil-qtil u l-arresti, magħżulin bir-reqqa u ta' benefiċċju kbir, ta' anzjani tal-klan, li diversi minnhom inqatlu. Fid-19 ta' Ġunju 2009, Omar Hashi Aden, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali, inqatel permezz ta' bomba suwiċida fuq skala kbira f'karozza f'Beletwyne. Aktar minn 30 persuna oħra nqatlu fl-attakk, li ġie kkundannat bis-saħħa mill-komunità internazzjonali u minn parti kbira tas-soċjetà Somala.
Skont ir-rapport ta' Diċembru 2008 mill-Grupp ta' Monitoraġġ tas-Somalja tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2008/769), al-Shabaab hija responsabbli għal diversi attakki fis-Somalja matul dawn l-aħħar snin, inkluż:
Skont rapport, al-Shabaab attakkat komposti tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Somalja fl-20 ta' Lulju 2009, u ħarġet digriet li jipprojbixxi tliet aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti miż-żoni kkontrollati minn al-Shabaab fis-Somalja. Barra minn hekk, il-forzi tal-Gvern Federali Transitorju Somalu ġġieldu kontra ribelli ta' al-Shabaab u Hizbul Islam mill-11 sat-12 ta' Lulju 2009 li rriżulta fil-mewt ta' aktar minn 60 persuna. Fil-ġlieda tal-11 ta' Lulju 2009, al-Shabaab tefgħet erba' murtali ġewwa Villa Somalia li rriżultat fil-mewt ta' tliet suldati tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) u t-tidrib ta' tmienja oħrajn.
Skont artiklu ppubblikat mill-British Broadcasting Corporation fit-22 ta' Frar 2009, al-Shabaab ħadet ir-responsabbiltà għal attakk suwiċida permezz ta' bomba f'karozza fuq bażi militari tal-Unjoni Afrikana f'Mogadishu. Skont l-artiklu, l-Unjoni Afrikana kkonfermat li nqatlu 11-il gwardjan tal-paċi tal-Unjoni Afrikana u li weġġgħu 15 oħra.
Skont artiklu ppubblikat minn Reuters fl-14 ta' Lulju 2009, militanti ta' al-Shabaab għamlu qligħ fl-2009 minn attakki fuq stil guerilla fuq forzi Somali u tal-Unjoni Afrikana.
Skont artiklu ppubblikat minn Voice of America fl-10 ta' Lulju 2009, al-Shabaab kienet involuta f'attakk fuq forzi tal-gvern Somalu f'Mejju 2009.
Skont artiklu li ttella' fuq sit web tal-Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Barranin li nkiteb fis-27 ta' Frar 2009, al-Shabaab ħallset għal ribelljoni kontra l-gvern transitorju tas-Somalja u s-sostenituri Etjopjani tiegħu mill-2006. Al-Shabaab qatlet ħdax-il suldat Burundjan fl-aktar attakk qattiel fuq gwardjani tal-paċi tal-UA mindu ġew stazzjonati u jiddikjara li al-Shabaab kienet involuta fi ġlied serju li qatel mill-inqas ħmistax-il persuna f'Mogadishu.
ANNESS II
LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FIL-PUNT (F)(I) TAL-ARTIKOLU 1(3)
1. Missili mill-art għas-sema, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADS).
2. Armi b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u komponenti ddisinjati apposta għal dawn, u munizzjon assoċjat. (Dan ma jinkludix tagħmir li jispara r-rokits minn fuq l-ispallejn kontra t-tankijiet bħall-RPGs jew l-LAWs, granati tal-azzarini, jew tagħmir li jwaddab il-granati).
3. Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm u munizzjon assoċjat.
4. Armamenti ggwidati anti-tank, inklużi Missili Ggwidati Anti-tank (ATGMs) u munizzjon u komponenti speċjali ddisinjati għal dawn l-oġġetti.
5. Kargi u apparat iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari; mini u materjal relatat.
6. Strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi b’kapaċità ta’ viżjoni bil-lejl.
7. Inġenji tal-ajru, iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari (“Inġenji tal-ajru” tfisser inġenji tal-ajru bil-ġewnaħ fiss, ġewnaħ b’ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti, rotor li jista’ jinklina jew vettura bil-ġewnaħ inklinat, jew ħelikopter).
8. “Bastimenti” u vetturi amfibi ddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari. (“Bastiment” tinkludi kwalunkwe vapur, vettura b’effett tal-wiċċ, bastiment ta’ żona ta’ pjan tal-ilma żgħir jew aliskaf u l-buq jew parti tal-buq ta’ bastiment.).
9. Vetturi tal-ajru għall-ġlied bla bdot (elenkati bħala Kategorija IV fir-Reġistru tan-NU ta’ Armi Konvenzjonali).
ANNESS III
LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FIL-PUNTI (F)(II) U (III) TAL-ARTIKOLU 1(3)
1. Kull tip ta’ arma b’kalibru sa 12,7 mm, u l-munizzjon assoċjat.
2. RPG-7 u azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, u l-munizzjon assoċjat.
3. Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjoni militari, jew standards nazzjonali komparabbli.
4. Korazzi kontra l-balal jew ilbies protettiv, kif ġej:
korazzi kontra l-balal ratba jew ilbies protettiv, manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti tagħhom (standards jew speċifikazzjonijiet militari jinkludu, bħala minimu, speċifikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ frammentazzjoni);
korazzi kontra l-balal iebsa li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06 ta’ Lulju 2008) jew l-ekwivalenti nazzjonali.
5. Vetturi ta’ fuq l-art iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari.
6. Tagħmir ta’ komunikazzjoni ddisinjat jew immodifikat speċifikament għall-użu militari.
7. Tagħmir għall-ippożizzjonar tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), iddisinjat jew modifikat speċifikament għall-użu militari.
ANNESS IV
LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1C(1)
1. Tetril (trinitrofenilmetilnitrammina).
2. Nitrogliċerina komposta jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat minn ML8.a. jew metalli fi trab speċifikati minn ML8.c. tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ) (ħlief meta ppakkjati/ippreparati f’dożi mediċinali individwali).
3. Tagħmir li jkun kemm iddiżinjat apposta għal użu militari kif ukoll iddiżinjat apposta biex jattiva, jimmotorizza b’output operattiv ta’ darba, jispara jew jiddetona Apparat Splussiv Improvviżat (IEDs).
4. “Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafi 1 u 2. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni”, u “użu” huma derivati mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.)
ANNESS V
LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1C(2)
1. Tagħmir u apparat, mhux speċifikati fil-punt 2 tal-Anness IV, li jkunu ddiżinjati apposta biex jinizjaw splussivi b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, (pereżempju, settijiet tal-isparar, detonaturi, tagħmir tat-tqabbid, ħabel detonanti).
2. “Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafu 1. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”“meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” huma derivati mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.)
3. Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkun fihom xi wieħed jew aktar minn dawn:
Żejt Kombustibbli tan-Nitrat tal-Ammonju (ANFO);
Nitroċellulożju (li fih aktar minn 12,5 % nitroġenu skont il-piż);
Nitrogliċerina (ħlief meta ppakkjata/preparata f’dożi mediċinali individwali) sakemm ma tkunx komposta jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat minn ML8.a. jew metalli fi trab speċifikati minn ML8.c. tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea;
Nitroglikol;
Tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);
Klorur tal-pikril;
2,4,6-Trinitrotoluwen (TNT).
4. Prekursuri ta’ splussivi:
Nitrat tal-ammonju;
Nitrat tal-potassju;
Klorat tas-sodju;
Aċidu nitriku;
Aċidu sulfuriku.
( 1 ) ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1.