Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004D0388-20101029

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta' April 2004 dwar trasferiment intra-Komunitarju ta' dokument dwar l-isplussivi (notifikat taħt id-dokument numru K(2004)1332) (2004/388/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/388/2010-10-29

2004D0388 — MT — 29.10.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' April 2004

dwar trasferiment intra-Komunitarju ta' dokument dwar l-isplussivi

(notifikat taħt id-dokument numru K(2004)1332)

(2004/388/KE)

(ĠU L 120, 24.4.2004, p.43)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Ġunju 2010

  L 155

54

22.6.2010




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' April 2004

dwar trasferiment intra-Komunitarju ta' dokument dwar l-isplussivi

(notifikat taħt id-dokument numru K(2004)1332)

(2004/388/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1993/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni li jirrelataw mat-tqegħid fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għal użi ċivili ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistema għat-trasferiment ta' splussivi ġewwa t-territorju tal-Komunità stabbilita bid-Direttiva 1993/15/KEE tipprovdi għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaż-żoni ta' oriġini, transitu u destinazzjoni ta' l-isplussivi.

(2)

Dokument mudell ligħandu jintuża għat-trasferiment ta' splussivi, li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(5) u (6) tad-Direttiva 93/15/KEE, għandu jiġi stabbilit sabiex jiffaċilita t-trasferimenti ta' splussivi bejn Stati Membri waqt li jiġu priservati l-ħtiġiet neċessari ta' sigurtà għat-trasferiment ta' dawn il-prodotti.

(3)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni stabbilit skond l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 1993/15/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  L-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(5) u (6) tad-Direttiva 1993/15/KEE għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-mudell “dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju ta' splussivi” muri fl-Anness u n-noti ta' spjegazzjoni li jakkumpanjawh.

2.  Il-mudell tad-dokument għandujiġi aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti bħala dikument validu ta' trasferiment biex jakkumpanja l-isplussivi għal trasferimenti bejn Stati Membri sakemm l-isplusivi jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.

3.  Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-munizzjon.

Artikolu 2

Id-dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju ta' splussivi, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ “id-dokument”, għandu jiġi stabbilit fi tlett kopji. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, inklużi mezzi adegwati biex jiżguraw l-identifikazzjoni, biex jiżguraw li d-dokument ma jkunx jista' jiġi ffalsifikat.

Artikolu 3

Dan id-dokument għandu jiġi stampat fuq karta li tiżen ta' l-anqas 80 g/m2. Is-saħħa tal-karta għandha tkun tali li l-użu normali tagħha ma jġigħelx li titqatta' jew titkemmex.

▼M1

Artikolu 3a

Fejn l-Istat Membru ta’ oriġini, l-Istat Membru ta’ min jirċievi u kull Stat Membru ta’ transitu kollha jużaw sistema elettronika komuni għall-approvazzjoni tat-trasferiment ta’ splussivi ġewwa l-Unjoni, għandha tkun tapplika l-proċedura stipulata fit-tieni sal-ħames sottoparagrafi.

Dak li jkun qed jibgħat l-isplussivi għandu jippreżenta d-dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju tal-isplussivi jew fuq il-karta jew b’verżjoni elettronika bis-sezzjonijiet 1 sa 4 mimlijin, lill-awtorità biss tal-Istat Membru li qed jirċevihom, għall-approvazzjoni.

Wara li jkun ta l-approvazzjoni tiegħu, l-Istat Membru li qed jirċievi l-isplussivi għandu jibgħat l-approvazzjoni lill-Istat Membru ta’ oriġini permezz tas-sistema elettronika komuni.

Wara li tkun tat l-approvazzjoni tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha titlob l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li minnhom se jgħaddu l-isplussivi permezz tas-sistema elettronika komuni.

Wara li tkun irċeviet l-approvazzjonijiet kollha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha tagħti d-dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju tal-isplussivi, li juri l-qbil tal-Istati Membri kkonċernati kollha, lill-fornitur, fuq karta li tista’ tiġi identifikata b’sigurtà, u bil-lingwa(i) tal-Istat Membru ta’ oriġini, tal-Istat(i) Membri ta’ transitu (fejn japplika), tal-Istat Membru li se jirċievi l-isplussivi, u bl-Ingliż.

▼B

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Id-dħul fis-seħħ tagħha għandu jħalli l-approvazzjonijiet eżistenti ffissati perjodiċi għal trasferimenti moltipliċi validi sad-data li fiha jiskadu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju ta' splussivi

(L-Artikolu 9(5) u (6) tad-Direttiva 93/15/KEE)

image

image

image

►(1) M1  



( 1 ) ĠU L 121, tal-15.5.1993, p. 20. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

Top