EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002R1030-20171121

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1030/2017-11-21

02002R1030 — MT — 21.11.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1030/2002

tat-13 ta' Ġunju 2002

li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz

(ĠU L 157 15.6.2002, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 380/2008 tat-18 ta' April 2008

  L 115

1

29.4.2008

►M2

REGOLAMENT (UE) 2017/1954 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2017

  L 286

9

1.11.2017




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1030/2002

tat-13 ta' Ġunju 2002

li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz



Artikolu 1

1.  Permessi ta' residenza maħruġa mill-Istati Membri lil ċittadini ta' pajiż terz għandhom jitħejjew f'format uniformi u jipprovdu biżżejjed spazju għall-informazzjoni preskrit fl-Anness ta' hawnhekk. ►M1  Il-permessi ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jinħarġu biss bħala dokument separat fil-format ID 1 jew ID 2. ◄ Kull Stat Membru jista' jżid fl-ispazju rilevanti tal-format uniformi informazzjoni ta' importanza dwar in-natura tal-permess u l-istatus legali tal-persuna konċernata, partikolarment informazzjoni rigward jekk persuna tistax taħdem.

2.  Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

(a) “permess ta' residenza” għandu jfisser kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li jħalli ċittadin ta' pajjiż terz li joqgħod legalment fit-territorju tiegħu, bl-eċċezzjoni ta':

(i) viżi;

▼M1

(ii) permessi maħruġa sakemm jiġu eżaminati talba għal asil, applikazzjoni għal permess ta’ residenza jew applikazzjoni għall-estensjoni tiegħu;

▼M1

(ii bis) permessi li jinħarġu f’ċirkostanzi eċċezzjonali bil-ħsieb ta’ estensjoni taż-żjara awtorizzata b’durata massima ta’ xahar;

▼B

(iii) awtorizzazzjonijiet maħruġa għal żjara li ma ddumx iżjed minn sitt xhur minn Stati Membri li ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża fuq l-abolizzjoni gradwali ta' verifiki fil-fruntieri komuni tagħhom ( 1 );

(b) “ċittadin ta' pajjiż terz” għandu jfisser kull persuna li mhix ċittadina ta' l-Unjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 17(1) tat-Trattat.

Artikolu 2

1.  Għandhom ikunu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-format uniformi għall-permessi ta' residenza dwar li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2):

(a) karatteristiċi addizjonali ta' sigurtà u ħtiġiet, inkluż standards aktar għoljin kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni;

(b) proċessi tekniċi u regoli biex jimtela' l-permess uniformi ta' residenza;

(ċ) regoli oħra li għandhom jitħarsu biex jimtela' l-permess uniformi ta' residenza;

▼M1

(d) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-mezz ta’ ħażna tal-karatteristiċi bijometriċi u għas-sigurtà tagħhom, inkluża l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat;

(e) il-ħtiġiet għall-kwalità ta’ u l-istandards komuni għax-xbieha tal-wiċċ u x-xbihat tal-marki tas-swaba’;

(f) lista sħiħa ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà nazzjonali addizzjonali li jistgħi jiżdiedu mill-Istati Membri skond il-punt (h) ta’ l-Anness.

▼B

2.  Il-kuluri tal-permess uniformi ta' residenza jistgħu jinbidlu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 3

▼M1

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 (2), jista’ jiġi deċiż li l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu sigrieti u m’għandhomx jiġu ppubblikati. F’dak il-każ huma għandhom ikunu disponibbli biss għall-korpi nominati mill-Istati Membri bħala responsabbli għall-istampar u lill-persuni debitament awtorizzati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni.

▼B

Kull Stat Membru għandu jindika korp wieħed li jkollu r-responsabbilità għall-istampar tal-permess uniformi tar-residenza. Għandu jikkomunika l-isem ta' dak il-korp lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħra. L-istess korp jista' jkun indikat minn żewġ Stati Membri jew iżjed. Kull Stat Membru għandu jkun intitolat li jibdel il-korp indikat tiegħu. Għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'hekk.

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-protezzjoni tad-data, persuni li jinħarġilhom permess ta' residenza għall-formuli għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw id-dettalji personali kontenuti fil-permess ta' residenza u, meta xieraq, jitolbu li jkunu korretti jew mħassra.

▼M1

L-ebda informazzjoni fil-forma li tinqara bil-magna m’għandha tiġi inkluża fuq il-permess ta’ residenza jew fuq il-mezz ta’ ħażna tal-permess ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 4a, sakemm ma jkunx previst f’dan ir-Regolament, jew fl-Anness tiegħu jew sakemm ma jkunx imsemmi fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar relatat mill-Istat emittenti skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jaħżnu wkoll data għal servizzi elettroniċi bħall-gvern elettroniku u n-negozju elettroniku kif ukoll provvedimenti addizzjonali relatati mal-permess ta’ residenza fuq ċippa msemmija fil-punt 16 ta’ l-Anness. Madankollu, id-data nazzjonali kollha għandha tkun loġikament separata mid-data bijometrika msemmija fl-Artikolu 4a.

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-karatteristiċi bijometriċi fil-permessi ta’ residenza għandhom jintużaw biss għall-verifika ta’:

(a) l-awtentiċità tad-dokument;

(b) l-identità tad-detentur permezz ta’ karatteristiċi komparabbli li huma direttament disponibbli meta l-permess ta’ residenza huwa meħtieġ li jiġi prodott bil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

▼M1

Artikolu 4a

Il-format uniformi għal permessi ta’ residenza għandu jinkludi mezz ta’ ħażna li jkun fih ix-xbieha tal-wiċċ u żewġ xbihat tal-marki tas-swaba’ tad-detentur, it-tnejn f’formati interoperabbli. Id-data għandha tkun żgurata u l-mezz ta’ ħażna għandu jkun ta’ daqs u kapaċità suffiċjenti biex jiggarantixxi l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data.

Artikolu 4b

Għall-fini ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu identifikaturi bijometriċi li jinkludu x-xbieha tal-wiċċ u żewġ marki tas-swaba’ minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-proċedura għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-prassi nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat u s-salvagwardji mniżżlin fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Għandhom jittieħdu l-identifikaturi bijometriċi li ġejjin:

 ritratt provdut mill-applikant jew meħud fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni u

 żewġ marki tas-swaba’ meħudin ċatti u meħuda b’mod diġitali.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat teħid ta’ identifikaturi bijometriċi għandhom jitniżżlu skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 7(2) u skond l-istandards ta’ l-ICAO u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-passaporti maħruġa mill-Istati Membri liċ-ċittadini tagħhom skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar standards għal fatturi ta’ Sigurta u bijometriċi fil-passaporti u d-dokumenti ta’ l-ivjaġġar maħruġa mill-Istati Membri ( 2 ).

It-teħid ta’ marki tas-swaba’ huwa obbligatorju mill-età ta’ sitt snin.

Il-persuni li għalihom it-teħid tal-marki tas-swaba’ huwa fiżikament impossibbli għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa li jagħtu l-marki tas-swaba’.

▼B

Artikolu 5

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz li huma:

 membri tal-familji ta' ċittadini ta' l-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment,

 ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma parti fil-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea u membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà ta' moviment skond dak il-Ftehim,

 ċittadini ta' terzi pajjiżi li huma eżenti mill-ħtieġa li jkollhom viża u li huma awtorizzata li jibqgħu fi Stat Membru għal perjodu ta' anqas minn tliet xhur.

▼M1

Artikolu 5a

Fejn l-Istati Membri jużaw il-format uniformi għal finijiet li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li ma tkunx possibbli konfużjoni mal-permess ta’ residenza imsemmi fl-Artikolu 1 u li l-fini jkun immarkat b’mod ċar fuq il-karta.

▼B

Artikolu 6

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġi adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1683/95.

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu tal-proċedura.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa s-setgħat ta' l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' l-Istati u l-entitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħuġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom joħorġu l-format uniformi għall-permessi ta' residenza mfissra fl-Artikolu 1 mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta' karatterisitiċi ta' sigurtà u ħtiġiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 2(1)(a).

Minn dik id-data, dan ir-Regolament għandu, fl-Istati Membri konċernati, jieħu post l-Azzjoni Konġunta 97/11/JHA.

▼M1

Il-ħażna tax-xbieha tal-wiċċ bħala identifikatur bijometriku prinċipali għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard minn sentejn, u l-ħażna taż-żewġ xbihat tal-marki tas-swaba’ sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tal-miżuri tekniċi rispettivi previsti fl-Artikolu 2 (1) d) u e).

Madankollu, il-validità tal-permessi ta’ residenza li diġà nħarġu m’għandhiex tkun affettwata mill-implimentazzjoni tar-regolament attwali, dment li l-Istat Membru kkonċernat ma jiddeċidix mod ieħor.

Għal perijodu transitorju ta’ sentejn wara l-adozzjoni ta’ l-ewwel speċifikazzjonjiet tekniċi għax-xbieha tal-wiċċ imsemmija fit-tielet paragrafu ta’ dan l-Artikolu l-permess ta’ residenza jista’ jkompli jinħareġ fil-forma ta’ stiker.

▼B

Iżda, il-validità ta' l-awtorizzazzjonijiet mogħtija digà u maħruġa f'format ieħor ta' permess ta' residenza m'għandhom ikunu affettwati bl-introduzzjoni ta' format uniformi għall-permessi ta' residenza, sakemm l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

▼M2




ANNESS

XBIEHA TA' QUDDIEM U TA' WARA TAL-KARD

image

image

(a)   Deskrizzjoni

Il-permess ta' residenza, inklużi l-elementi bijometriċi, għandu jiġi prodott bħala dokument separat fil-format ID 1. Dan għandu jkun ibbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fid-dokument ICAO dwar dokumenti tal-ivjaġġar li jinqraw mill-magni (Dokument 9303, is-seba' edizzjoni, 2015). Għandu jkollu dan li ġej ( 3 ):

Xbieha ta' quddiem tal-kard:

1. Il-kodiċi tal-pajjiż bi tliet ittri tal-Istat Membru emittenti kif stabbilit fid-Dokument ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni, integrata fl-istampar tal-isfond.

2. Is-simbolu ICAO għal dokument tal-ivvjaġġar li jinqara mill-magni b'mikroċippa ta' bla kuntatt (simbolu e-MRTD), b'kuluri li jvarjaw ottikament. L-ilwien jidhru differenti skont mil-liema naħa wieħed iħares lejhom.

3.1. It-titolu tad-dokument (Permess ta' Residenza) għandu jidher fil-lingwa/i tal-Istat Membru emittenti.

3.2. Repetizzjoni tat-titolu tad-dokument imsemmi fil-kaxxa 3.1, f'mill-inqas lingwa waħda oħra (massimu ta' tnejn) uffiċjali tal-istituzzjonijet tal-Unjoni, sabiex jiġi ffaċilitat li l-kard tingħaraf bħala permess ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi.

4.1. In-numru tad-dokument.

4.2. Repetizzjoni tan-numru tad-dokument (b'karatteristiċi ta' sigurtà speċjali).

5. In-Numru tal-Kard ta' Aċċess (CAN).

L-intestaturi tal-annotazzjonijiet 6 sa 12 għandhom jidhru fil-lingwa/i tal-Istat Membru emittenti. L-Istat Membru emittenti jista' jżid xi lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-istess linja, sa total ta' mhux aktar minn żewġ lingwi.

6. Isem: kunjom(ijiet) u l-ewwel isem(ismijiet), f'dik l-ordni ( 4 ).

7. Sess.

8. Nazzjonalità.

9. Data tat-twelid.

10. Tip ta' permess: it-tip speċifiku ta' permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru liċ-ċittadin ta' pajjiż terz. Il-permess ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni Ewropea li ma jkunx eżerċita d-dritt ta' moviment liberu għandu jkollu l-annotazzjoni “membru tal-familja”. Fil-każ ta' benefiċjarji skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu “benefiċjarji taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE”.

11. Id-data tal-iskadenza tad-dokument ( 6 ).

12. Rimarki: l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu d-dettalji u l-osservazzjonijiet għall-użu nazzjonali kif meħtieġa fid-dawl tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż osservazzjonijiet dwar kwalunkwe permess għax-xogħol jew validità illimitata tal-permess għal soġġorn ( 7 ).

13. Ritratt tal-identità għandu jkun integrat b'mod sigur fl-istruttura tal-kard u ssiġillat permezz ta' element difrattiv ta' immaġni ottikament varjabbli (DOVID).

14. Firma tad-detentur

15. DOVID għall-protezzjoni tar-ritratt.

Xbieha ta' wara tal-kard:

16. Rimarki: l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu d-dettalji u l-osservazzjonijiet għall-użu nazzjonali kif meħtieġa fid-dawl tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar ċittadini ta' pajjiż terz, inkluż osservazzjonijiet relatati ma' kwalunkwe permess għax-xogħol ( 8 ), segwiti minn żewġ annotazzjonijiet mandatorji:

16.1. Data tal-ħruġ, post tal-ħruġ/ awtorità emittenti: Id-data u l-post tal-ħruġ tal-permess ta' residenza. Fejn ikun xieraq, il-post tal-ħruġ jista' jiġi sostitwit b'referenza għall-awtorità emittenti.

16.2. Post tat-twelid.

L-annotazzjonijiet 16.1 u 16.2 jistgħu jiġu segwiti minn annotazzjonijiet fakultattivi ( 9 ) bħal ma huma l-“Indirizz tad-detentur”.

16.3. Kaxxa fakultattiva għall-informazzjoni relatata mal-produzzjoni tal-kard, bħall-isem tal-produttur, in-numru tal-verżjoni, eċċ.

17. Il-parti li tinqara mill-magni. Il-parti li tinqara mill-magni għandha tkun konformi mal-linji-gwida rilevanti tal-ICAO stabbiliti fid-Dokument ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni.

18. Il-parti stampata għandu jkollha l-emblema nazzjonali tal-Istat Membru biex jintgħaraf il-permess ta' residenza u tiġi pprovduta ċertezza dwar l-oriġini nazzjonali tagħha.

19. Il-parti li tinqara mill-magni għandu jkollha test stampat fl-isfond tal-istampar li jindika l-Istat Membru emittenti. Dan it-test ma għandux jaffettwa l-karatteristiċi tekniċi tal-parti li tinqara mill-magni.

Karatteristiċi ta' sigurtà viżibbli nazzjonali (mingħajr preġudizzju għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 2(1)(f) ta' dan ir-Regolament):

20. Ċippa RF għandha tiġi użata bħala mezz ta' ħażna f'konformità mal-Artikolu 4a ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu wkoll jinkorporaw fil-permess ta' residenza interfaċċa doppja jew ċippa ta' kuntatt separata għall-użu nazzjonali. Tali ċippijiet ta' kuntatt għandhom jitpoġġew fuq ix-xbieha ta' wara tal-kard, ikunu konformi mal-istandards ISO u ma għandhom bl-ebda mod jinterferixxu maċ-ċippa RF.

21. Tieqa trasparenti fakultattiva.

22. Bordura trasparenti fakultattiva.

(b)   Kulur, proċess tal-istampar

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kulur u l-proċess tal-istampar skont il-format uniformi stabbilit f'dan l-Anness u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali li jridu jkunu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

(c)   Materjal

Il-kard għandha tkun magħmula kollha kemm hi minn polikarbonat jew xi polimeru sintetiku ekwivalenti (li jibqa' tajjeb għal mill-anqas 10 snin).

(d)   Tekniki ta' stampar

It-tekniki tal-istampar li ġejjin għandhom ikunu użati:

 Stampar offset tal-isfond, b'sigurtà qawwija;

 Stampar fluworexxenti taħt l-UV;

 Stampar qawsalla.

Id-disinn ta' sigurtà fuq ix-xbieha ta' quddiem tal-kard għandu jkun distingwibbli minn dak fuq ix-xbieha ta' wara tal-kard.

(e)   Enumerazzjoni

In-numru tad-dokument għandu jidher f'aktar minn pożizzjoni waħda fuq id-dokument (eskluża l-parti li tinqara mill-magni).

(f)   Protezzjoni kontra l-ikkuppjar

DOVID imtejba li tipprovdi kwalità ta' identifikazzjoni u livell ta' sigurtà mhux anqas mill-element użat fil-format uniformi kurrenti għall-viżi għandha tintuża fuq ix-xbieha ta' quddiem tal-permess ta' residenza b'disinn u elementi avvanzati, inkluż element difrattiv imtejjeb għal verifikazzjoni avvanzata bil-magni.

(g)   Teknika ta' personalizzazzjoni

Biex ikun żgurat li d-data tal-permess ta' residenza tkun imħarsa kif imiss minn tentattivi ta' falsifikazzjoni, id-data bijografika inkluż ir-ritratt, il-firma tad-detentur u d-data l-oħra prinċipali għandhom ikunu integrati fil-materjal bażiku tad-dokument. Din il-personalizzazzjoni għandha ssir billi tintuza teknoloġija tal-inċiżjoni bil-lejżer jew xi teknoloġija sigura ekwivalenti oħra.

(h)

L-Istati Membri jistgħu jżidu wkoll karatteristiċi addizzjonali ta' sigurtà nazzjonali, dment li dawn jiġu inklużi fil-lista stabbilita taħt l-Artikolu 2(1)(f) ta' dan ir-Regolament, li jkunu konformi mad-dehra armonizzata tal-mudelli hawn fuq u li l-effiċjenza tal-karatteristiċi uniformi tas-sigurtà ma titnaqqasx.



( 1 ) ĠU L 239, tat-22.9.2000, p. 19.

( 2 ) ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1.

( 3 ) L-intestaturi li jridu jiġu stampati huma speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

( 4 ) Għall-kunjomijiet u l-ismijiet hija assenjata kaxxa waħda. Il-kunjomijiet għandhom jiddaħħlu b'ittri kbar; l-ismijiet b'ittri żgħar iżda l-ewwel ittra tkun kbira. Ma għandu jkun hemm l-ebda simbolu li jissepara l-kunjomijiet u l-ismijiet. Madankollu, il-karattru “,” jista' jitpoġġa bħala simbolu li jissepara bejn l-ewwel u t-tieni kunjomijiet jew ismijiet (pereżempju: TOLEDO, BURGOS Ana, Maria). Jekk ikun neċessarju, l-ewwel u t-tieni kunjomijiet jistgħu jiġu kkombinati fl-istess linja, kif ukoll il-kunjomijiet u l-ismijiet, sabiex jiġi ffrankat l-ispazju.

( 5 ) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

( 6 ) L-annotazzjoni għandha ssir biss f'format ta' data (jj/xx/ssss) u mhux bi kliem bħal ma huma “temporanju” jew “illimitat” minħabba l-fatt li d-data ta' skadenza tirreferi għad-dokument stess u mhux għad-dritt għal residenza.

( 7 ) Ir-rimarki addizzjonali jistgħu jiddaħħlu wkoll fil-linja 16 (“Rimarki”) fuq ix-xbieha ta' wara tal-kard.

( 8 ) L-ispazju kollu disponibbli fuq ix-xbieha ta' wara tal-kard (ħlief għall-parti li tinqara mill-magni) għandu jiġi riżervat għall-kaxxa tar-“Rimarki”. Ikun fih ir-rimarki reali, segwit mill-kaxex bl-informazzjoni obbligatorja (id-data tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ/l-awtorità emittenti, il-post tat-twelid), u segwiti mill-kaxex fakultattivi li kull Stat Membru jenħtieġ.

( 9 ) L-annotazzjonijiet fakultattivi jridu jkunu preċeduti minn sottotitoli.

Top