EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01996D0510-20040225

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1996 li tippreskrivi ċ-ċertifikati ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi għall-importazzjoni ta’ annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom (Test b’rilevanza għall-ŻEE) (96/510/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/510/2004-02-25

1996D0510 — MT — 25.02.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Lulju 1996

li tippreskrivi ċ-ċertifikati ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi għall-importazzjoni ta’ annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(96/510/KE)

(ĠU L 210, 20.8.1996, p.53)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Frar 2004

  L 57

27

25.2.2004




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Lulju 1996

li tippreskrivi ċ-ċertifikati ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi għall-importazzjoni ta’ annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(96/510/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tippreskrivi l-prinċipji li għandhom x’jaqsmu mal-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenetiċi applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 4, it-tieni u t-tielet indent, l-Artikolu 5 it-tieni u t-tielet indent, l-Artikolu 6, it-tieni indent u l-Artikolu 7, it-tieni indent miġjub fih,

Billi l-Kummissjoni għandha tfassal iċ-ċertifikat ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi li jrid jakkompanja annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom, meta jiġu importati fil-Komunità; it-tagħrif fuq dawn iċ-ċertifikati huma l-bażi għad-dħul u r-reġistrazzjoni f’ktieb tal-merħla jew reġistru tal-Komunità;

Billi skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE annimali tat-tagħmir jistgħu jiġu importati biss jekk ikunu mdaħħla jew reġistrati fi ktieb tal-merħla jew reġistru miżmum minn awtorità msemmija f’lista kif riferit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE; madankollu, sakemm titfassal din il-lista huwa meħtieġ li jiġu preskritti ċertifikati ta’ annimali tar-razza u żootekniċi;

Billi minħabba fil-partikolaritajiet (peculiarities) ta’ kull speċi, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom huwa meħtieġ li jitfasslu ċertifikati għal annimali tar-razza tat-tagħmir, ħnieżer tat-tagħmir ibridi, annimali tqal, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom;

Billi sakemm tiġi preskritta din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5, it-tieni indent, tad-Direttiva 94/28/KE, semen biss li jiġi minn annimal li għadda mit-testijiet tal-qadi u stima tal-valur ġenetiku jista’ jiġi importat;

Billi ftit mit-tagħrif li għandu x’jaqsam mad-destinatarju diġà jinsab fiċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa għall-importazzjoni ta’ annimali, semen, bajd (ova) u embrijoni;

Billi għalhekk dan it-tagħrif m’għandux ikun fuq iċ-ċertifikat ta’ l-annimali tar-razza u żootekniku;

Billi l-kampjun u l-partikolaritajiet li jridu jintwerew fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi ta’ annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom għal kummerċ intra-Komunitarju huma, għall-ispeċi konċernati, diġà preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE ( 2 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/124/KEE ( 3 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE ( 4 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE ( 5 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/258/KEE ( 6 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE ( 7 ) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/80/KE ( 8 );

Billi il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Iċ-ċertifikat riferit fl-Artikolu 4, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi:

 fil-każ ta’ annimali tar-razza tat-tagħmir ta’ l-ispeċi bovina, ħnieżer tar-razza tat-tagħmir, mogħoż u nagħaġ tar-razza tat-tagħmir, mal-mudell fl-Anness I,

 fil-każ ta’ ħnieżer tat-tagħmir ibridi, mal-mudell fl-Anness II,

 fil-każ ta’ equidae reġistrati, għad-dokument ta’ identifikazzjoni kif preskritt fid-Deċiżjoni 93/623/KEE.

Artikolu 2

Barra minn hekk jekk l-annimali riferiti fl-Artikolu 1 huma tqal (pregnant), iċ-ċertifikat irid jiġi supplimentat maċ-ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness III.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat għas-semen riferit fl-Artikolu 5, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi mal-mudell fl-Anness IV.

Artikolu 4

Iċ-ċertifikat għall-bajd (ova) riferit fl-Artikolu 6, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi mal-mudell fl-Anness V.

Artikolu 5

Iċ-ċertifikat għall-embrijoni riferit fl-Artikolu 7, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi mal-mudell fl-Anness VI.

Artikolu 6

Il-fatti magħrufa (data) dikjarati fiċ-ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 1 sa 5 jistgħu jiġu inklużi fid-dokumenti li jakkompanjaw l-annimali, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni. F’dan il-każ l-awtoritajiet iridu jiċċertifikaw li l-fatti magħrufa (data) dikjarati huma inklużi f’dawn id-dokumenti, permezz tal-formuli li ġejjin:

“Il-firmatarju hawn taħt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu l-fatti magħrufa (data) msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE.”

.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Awissu 1997.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

image




ANNESS II

image




ANNESS III

image

▼M1




ANNESS IV

image

image




ANNESS V

image

image




ANNESS VI

image

image

image



( 1 ) ĠU L 178, tat-12.7.1994, p. 66.

( 2 ) ĠU L 233, ta’ l-20.8.1986, p. 19.

( 3 ) ĠU L 62, tat-8.3.1988, p. 32.

( 4 ) ĠU L 247, tat-23.8.1989, p. 22.

( 5 ) ĠU L 247, tat-23.8.1989, p. 34.

( 6 ) ĠU L 145, tat-8.6.1990, p. 39.

( 7 ) ĠU L 298, tat-3.12.1993, p. 45.

( 8 ) ĠU L 19, tal-25.1.1996, p. 50.

Top