Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015A0814(01)

Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

ĠU L 215, 14.8.2015, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2015/1389/oj

Related Council decision
Related Council decision

14.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/3


PROTOKOLL

li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem, “l-Istati Membri”), u

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (1), iffirmat fis-26 ta' Ġunju 2012 (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

Artikolu 2

It-test tal-Ftehim bil-lingwa Kroata (2) għandu jkun awtentiku taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

Artikolu 3

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, jekk dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, f'dak il-każ jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 29(1) tal-Ftehim, xahar wara d-data tal-aħħar nota fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw it-tlestija tal-proċeduri kollha neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.

2.   Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.

Magħmul fi Brussell, fit-22 ta' Lulju 2015, f'żewġ kopji, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Partijiet, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Pentru statele membre

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Pentru Uniunea Europeană

Image

3a Република Молдова

Por la República de Moldavia

Za Moldavskou republiku

For Republikken Moldova

Für die Republik Moldau

Moldova Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Μολδαβίας

For the Republic of Moldova

Pour la République de Moldavie

Za Republiku Moldovu

Per la Repubblica moldova

Moldovas Republikas vārdā –

Moldovos Respublikos vardu

A Moldovai Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Moldova

Voor de Republiek Moldavië

W imieniu Republiki Mołdawii

Pela República da Moldova

Pentru Republica Moldova

Za Moldavskú republiku

Za Republiko Moldavijo

Moldovan tasavallan puolesta

För Republiken Moldavien

Pentru Republica Moldova

Image


(1)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fi ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3.

(2)  Edizzjoni Speċjali bil-Kroat, Kapitolu 11 Volum 102, p. 197.


Top