This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0216(01)
Commission communication in the framework of the implementation of Commission delegated Regulation (EU) No 1060/2010 supplementing Directive 2010/30/EU of the European Parliament and of the Council with regard to energy labelling of household refrigerating appliances Text with EEA relevance
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku Test b’relevanza għaż-ŻEE
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 49, 16.2.2011, p. 6–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/6 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 49/05
1. Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' metodi tranżizzjonali ta' kejl (1) għall-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 u, b'mod partikolari l-Annessi VI u VII tiegħu.
Parametru mkejjel |
Organizzazzjoni |
Referenza |
Titlu |
Termini, definizzjonijiet, simboli u klassifikazzjoni |
CEN |
Klawżoli 3 u 4 tal-EN 153. Fejn il-Klawżoli 3 u 4 tal-EN 153, ikunu f'konflitt mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
Il-metodi ta' kejl tal-konsum tal-enerġija tal-friġġijiet domestiċi mħaddma mill-provissta tal-elettriku, il-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat, il-friżers tal-ikel u l-kombinazzjonijiet tagħhom, flimkien mal-karatteristiċi assoċjati. |
Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test |
CEN |
Klawżola 8 tal-EN 153. Fejn il-Klawżola 8 tal-EN 153 tkun f'konflitt mad-definizzjonijiet stipulati fl-Anness III, Parti I tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
|
Ġbir u rimi tal-ilma tal-friża mdewba |
CEN |
Klawżola 5 tal-EN 153 |
|
Temperaturi tal-ħżin |
CEN |
Klawżoli 6 u 13 tal-EN 153. Fejn il-Klawżoli 6 u 13 tal-EN 153, ikunu f'konflitt mat-Tabella 4 fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
|
Determinazzjoni tal-qisien lineari, il-volumi u l-erjas |
CEN |
Klawżola 7 tal-EN 153 |
|
Konsum tal-enerġija |
CEN |
Klawżola 15 tal-EN 153 |
|
Il-ħin li jittieħed sabiex togħla t-temperatura |
CEN |
Klawżola 16 tal-EN 153 |
|
Kapaċità tal-iffriżar |
CEN |
Klawżola 17 tal-EN 153 |
|
Tagħmir refriġeranti integrat |
CEN |
L-Anness D tal-EN 153 |
|
Il-karatteristiċi nominali u l-proċedura tal-kontroll |
CEN |
L-Anness E tal-EN 153. Fejn l-Anness E tal-EN 153 ikun f'konflitt mat-Tabella I tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
|
L-elementi għar-rapport tat-test, il-marki |
CEN |
Klawżoli 20 u 21 tal-EN 153 |
|
L-istorbju |
Il-Kummissjoni Elettro-teknika Internazzjonali. |
IEC 60704-1 |
Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
IEC 60704-2-14 |
Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 2-14: Ħtiġijiet partikolari għall-friġġijiet, il-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat u l-friżers tal-ikel |
||
IEC 60704-3 |
Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 3: Proċedura għad-determinazzjoni u l-verifika tal-valuri tal-emissjoni tal-istorbju ddikjarati |
||
Konsum tal-elettriku |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Regolament (KE) Nru 1275/2008 |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija |
L-umdità fil-kompartiment tal-ħżin tal-inbid |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Parti 2(d) ta' din il-komunikazzjoni |
Metodu ta' kejl għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid |
2. Metodu ta' kejl għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid
(a) Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test
— |
It-tul ta' żmien tal-perjodu tat-test huwa definit skont il-klawżola 8 tal-EN 153. |
— |
Il-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura tal-ħżin titkejjel tliet darbiet kif ġej: l-ewwel kejl isir fl-inqas temperatura ambjentali preskritta tal-klassi(jiet) tal-klima tat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid, it-tieni kejl isir f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C u t-tielet fl-ogħla temperatura ambjentali preskritta tal-klassi(jiet) tal-klima tat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid. |
— |
Il-kejl tal-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment isir f'umdità ambjentali ta' bejn il-50 % u l-75 % f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C. |
— |
Il-kejl tal-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment u tal-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura tal-ħżin f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C jista' jsir fl-istess ħin. |
— |
It-temperatura medja tal-ħżin ta' kull kompartiment (twma ) qiegħda ssettjata għal + 12 °C jew l-eqreb temperatura iktar kiesħa. |
— |
Il-partijiet li jiżżarmaw li huma msemmija mill-manifattur kif meħtieġa għall-funzjonament propju mekkaniku u termali tal-kompartimenti ta' ħżin tal-inbid huma mpoġġija fil-pożizzjoni prevista tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
(b) It-temperatura medja tal-ħżin (twma ) ta' kull kompartiment tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
— twim= medja tal-ħin integrat tal-valur istantanju tat-temperatura ta' pakkett wieħed ta' 500 g ta' simulant tal-ikel (pakkett-M) mqiegħed fil-punt(i) tal-kejl (Twi ) f'konformita mad-Dijagramma 1
— n= l-għadd ta' simulanti tal-ikel (pakketti-M) imqiegħda fil-punt(i) tal-kejl (Twi ), 1 ≤ n ≤ 3
(c) Il-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura/i tal-ħżin, minn issa 'l quddiem “l-amplitudni tat-temperatura”, titkejjel f'kull punt tal-kejl (Twi ) f'konformità mad-Dijagramma 1. Titkejjel bħala l-medja tad-differenzi bejn l-isħan u l-ikseħ valuri istantanji tat-temperatura (twi ) mkejla bejn żewġ waqfiet suċċessivi tas-sistema refriġeranti sakemm idum il-perjodu tat-test. Jekk ma jistgħux jiġu identifikati waqfiet suċċessivi fis-sistema refriġeranti, ikunu jridu jiġu kkunsidrati perjodi sekwenzjali ta' 4 sigħat.
Il-varjazzjoni tat-temperatura/i tal-ħżin tul il-ħin hija kkunsidrata li tilħaq iż-0.5K elenkat fl-Anness I(1)(ii) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 fejn il-medja/i tal-amplitudni(jiet) kollha tat-temperatura/i f'kull punt ta' kejl (Twi ) hija/huma inqas minn 0,5 K fit-tliet temperaturi ambjentali ttestjati.
(d) L-umdità relattiva ta' kull kompartiment (Hwm ) titkejjel bħala perċentwal u tissaraf fl-eqreb numru sħiħ, kif ġej:
— |
Hwm titkejjel billi jintuża tagħmir sensorju tal-umdità fil-punt tal-kejl (Tw2 ) f'konformità mad-Dijagramma 1; |
— |
Għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid b'bieba waħda imma maqsum b'diviżorji fissi jew li jistgħu jiġu aġġustati f'kompartimenti separati kull wieħed b'kontroll tat-temperatura indipendenti, Hwm titkejjel għal kull kompartiment f'konformità mad-Dijagramma 1. |
— |
Il-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment huwa kkunsidrat li jilħaq il-medda ta' bejn 50 % u 80 % kif elenkat fl-Anness I(1)(iii) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 fejn l-umdità relattiva mkejla (Hwm ) tibqa' bejn 50 % u 80 % għal tul il-perjodu tat-test; |
— |
Jekk l-għoli tal-kompartiment jew subkompartiment (hw ) huwa inqas minn 400 mm (Dijagramma 1), Hwm ma titkejjilx għal dak il-kompartiment jew subkompartiment. |
(e) Il-kapaċità nominali f'għadd ta' fliexken standard ta' 75 ċentilitru titkejjel f'konformità mal-aħħar paragrafu tal-punt 1(1) tal-Anness II tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 kif ġej:
— |
Id-dimensjoni ta' fliexken standard titkejjel skont id-Dijagramma 2. |
— |
Il-piż totali ta' kull flixkun standard hu ta' 1 200 ±50 gr. Fliexken standard jistgħu jkunu mimlija b'ilma jew b'likwidu ekwivalenti biex jinkiseb dan il-piż. |
— |
Flixkun wieħed standard huwa mpoġġi f'kull żona intiża li ġġorr flixkun fl-użu normali tal-utent finali skont l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn taħt. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 jinkludi skeċċ dwar il-pjan ta' tagħbija ta' fliexken fejn juri l-pożizzjoni tal-fliexken użati għall-kejl tal-kapaċità nominali.
|
Dijagramma 1
Punti tal-kejl (Twi ) fil-kompartiment(i) tal-ħżin tal-inbid
(dimensjonijiet f'millimetri)
Dehra minn quddiem
|
Dehra mill ġenb
|
Fejn:
— hw = l-għoli f'millimetri tal-kompartiment tal-ħżin tal-inbid
— D1 u D2= id-distanza bejn il-linji ta' referenza użati għad-determinazzjoni tal-volum nett
— |
Jekk hemm kexxun, l-ixkaffa fuq il-kexxun titqiegħed fl-iżjed pożizzjoni baxxa possibbli kif jidher fil-punt 1 tad-Dijagramma 1. |
— |
Il-punt(i) tal-kejl tat-temperatura (Twi ) iridu jkunu indaqs mill-ġnub tal-kompartiment D1/2 jew D2/2 kif jidher fid-Dijagramma 1. |
— |
Il-punt tal-kejl tal-umdità jrid ikun imqiegħed viċin ta' Tw2 b'korrettezza ta' 100 mm kif jidher fil-punt 2 tad-Dijagramma 1. |
— |
Jekk hw > 400, jintużaw tliet punti tal-kejl tat-temperatura (Tw1, Tw2 u Tw3 ). |
— |
Jekk 300 < hw ≤ 400, jintużaw żewġ punti tal-kejl tat-temperatura (Tw1 u Tw3 ). |
— |
Jekk hw ≤ 300 mm, jintuża punt wieħed biss tal-kejl tat-temperatura (Tw2 ). |
Dijagramma 2
Flixkun standard
(1) L-intenzjoni hija li dawn il-metodi tranżizzjonali finalment jiġu sostitwiti minn standard(s) armonizzat(i). Fejn disponibbli, ir-referenza/i għall-istandard(s) armonizzat(i) għandha/hom tiġi/jiġu ppubblikata/i f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Annessi VI u VII tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010.
(2) L-ispazju bejn id-dahar/ħajt/bieb tat-tagħmir u l-qiegħ/għonq tal-flixkun