This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CB0298
Case C-298/09: Order of the Court of 16 June 2010 (reference for a preliminary ruling from the Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma (Republic of Hungary)) — RANI Slovakia s.r.o. v Hankook Tire Magyarország Kft (First subparagraph of Article 104(3) of the Rules of Procedure — Accession to the European Union — Freedom to provide services — Directive 96/71/EC — Posting of workers in the framework of the provision of services — Temporary employment undertaking — Requirement to have a head office in the territory of the Member State in which the services are supplied)
Kawża C-298/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma — ir-Repubblika tal-Ungerija) — RANI Slovakia s.r.o. vs Hankook Tire Magyarország Kft ( “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 96/71/KE — Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi — Impriża ta’ impjieg temporanju — Rekwiżit ta’ stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru li fih jingħata s-servizz” )
Kawża C-298/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma — ir-Repubblika tal-Ungerija) — RANI Slovakia s.r.o. vs Hankook Tire Magyarország Kft ( “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 96/71/KE — Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi — Impriża ta’ impjieg temporanju — Rekwiżit ta’ stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru li fih jingħata s-servizz” )
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma — ir-Repubblika tal-Ungerija) — RANI Slovakia s.r.o. vs Hankook Tire Magyarország Kft
(Kawża C-298/09) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 96/71/KE - Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi - Impriża ta’ impjieg temporanju - Rekwiżit ta’ stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru li fih jingħata s-servizz)
(2010/C 288/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RANI Slovakia s.r.o.
Konvenuta: Hankook Tire Magyarország Kft
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(ċ) KE, tal-Artikoli 49, 52 u 54 KE, kif ukoll tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju għall-kumpanniji li huma stabbiliti fit-territorju nazzjonali biss
Dispożittiv
(1) |
L-Artikoli 49 KE sa 54 KE ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrigwarda l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju, fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni Ewropea, tibqa’ valida sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jkunx adotta programm jew direttivi bil-għan li jiġu implementati dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni tal-kategorija ta’ provvista ta’ servizzi inkwistjoni. |
(2) |
La d-dsatax-il premessa tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, u lanqas l-Artikolu 1(4) tagħha ma jistgħu jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jista’ jirriżerva l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju biss għall-kumpanniji li huma stabbiliti fit-territorju nazzjonali jew jagħtihom trattament iktar vantaġġuż, għal dak li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni tal-attività inkwistjoni, minn dak mogħti lill-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor. |
(3) |
L-Artikoli 49 KE sa 54 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju lill-impriżi li huma stabbiliti fit-territorju nazzjoanli. |