Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0087

    Kawża F-87/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Aġir allegatament illegali min-naħa tas-servizz mediku tal-Kummissjoni — Inammissibbiltà — Non-osservanza ta' terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għal kumpens)

    ĠU C 6, 10.1.2009, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/45


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-87/07) (1)

    (Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Aġir allegatament illegali min-naħa tas-servizz mediku tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Non-osservanza ta' terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għal kumpens)

    (2009/C 6/92)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba tar-rikorrent li jingħata kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba aġir illegali min-naħa tas-servizz mediku li l-Kummissjoni wettqet fil-kuntest tal-ipproċessar ta' tliet ċertifikati mediċi ppreżentati mir-rikorrent matul is-Sajf tal-2001.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 247, 20.10.2007, p. 45.


    Top