This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006TA0316
Case T-316/06: Judgment of the Court of First Instance of 19 November 2008 — Commission v Premium (Arbitration clause — Contracts entered into under a specific research and technological development programme in the field of information technology — Repayment of part of the advance payment made by the Community — Default interest)
Kawża T-316/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA ( Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni — Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità — Interessi għal dewmien )
Kawża T-316/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA ( Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni — Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità — Interessi għal dewmien )
ĠU C 6, 10.1.2009, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA
(Kawża T-316/06) (1)
(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni - Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità - Interessi għal dewmien’)
(2009/C 6/47)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti, aġent, assistit minn J.-L Fagnart u F. Longfils, avukati)
Konvenuta: Premium SA (Roeulx, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Bertouille u D. Joos de ter Beerst, avukati)
Suġġett
Appell skont l-Artikolu 238 KE bil-għan li tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lura parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għal dewmien, minħabba li ma ġewx rispettati ċerti obbligi kuntrattwali.
Dispożittiv
1) |
Premium SA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 57 605,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:
|
2) |
Premium hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 30 988,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:
|
3) |
Premium hija kkundannata għall-ispejjeż. |