Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019L0068-20240211

Consolidated text: Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/68 tas-16 ta' Jannar 2019 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2021/555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2019/68/2024-02-11

02019L0068 — MT — 11.02.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/68

tas-16 ta' Jannar 2019

li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom skont id- ►M1  Direttiva (UE) 2021/555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi ◄

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 015 17.1.2019, p. 18)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/325 tad-19 ta’ Jannar 2024

  L 

1

22.1.2024




▼B

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/68

tas-16 ta' Jannar 2019

li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom skont id- ►M1  Direttiva (UE) 2021/555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi ◄

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għall-armi tan-nar u għall-komponenti essenzjali tagħhom, iżda ma tapplikax għall-pakketti elementari ta' munizzjon sħiħ.

Artikolu 2

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-immarkar meħtieġ skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/477/KEE jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mis-17 ta' Jannar 2020. Meta dan isir għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom

1. Id-daqs tat-tipa li tintuża fl-immarkar huwa kif stipulat mill-Istat Membru. Id-daqs jew id-daqs minimu stipulat minn kull Stat Membru għandu jkun minn tal-inqas ta' 1,6 mm. Fejn ikun meħtieġ, jista' jintuża daqs iżgħar tat-tipa għall-immarkar ta' komponenti essenzjali li jkunu żgħar wisq biex jiġu mmarkati b'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/477/KEE.

▼M1

1a. Il-fond minimu tal-immarkar stabbilit minn kull Stat Membru għandu jkun mill-inqas 0,0762 millimetri.

▼B

2. Għall-oqfsa jew għar-riċevituri magħmula minn materjal mhux metalliku ta' tip speċifikat mill-Istat Membru, l-immarkar isir fuq pjanċa tal-metall li tkun integrata b'mod permanenti fil-materjal tal-qafas jew tar-riċevitur b'tali mod li:

(a) 

il-pjanċa ma tkunx tista' tinqala' faċilment jew malajr, u

(b) 

jekk il-pjanċa tinqala', porzjon mill-qafas jew mir-riċevitur jinqered.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll l-użu ta' tekniki oħra għall-immarkar tal-oqfsa jew tar-riċevituri, diment li dawk it-tekniki jiżguraw livell ekwivalenti ta' ċarezza u ta' permanenza għall-immarkar.

Meta jistabbilixxu liema materjali mhux metalliċi se jispeċifikaw għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kemm il-materjal jista' jikkomprometti ċ-ċarezza u l-permanenza tal-immarkar.

3. L-alfabett li jintuża fl-immarkar huwa kif stipulat mill-Istat Membru. L-alfabett jew l-alfabetti stipulati minn kull Stat Membru għandu jkun/għandhom ikunu l-Latin, iċ-Ċirilliku jew il-Grieg.

4. Is-sistema numerika li tintuża fl-immarkar hija kif stipulat mill-Istat Membru. Is-sistema numerika jew is-sistemi numeriċi stipulat(i) minn kull Stat Membru għandu jkun/għandhom ikunu s-sistema Għarbija jew dik Rumana.

Top