This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0437
Council Regulation (EC) No 437/2004 of 8 March 2004 imposing definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of large rainbow trout originating in Norway and the Faeroe Islands
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jimponu dazju definittiv ta' anti-dumping u li jiġbru b'mod definittiv id-dazju impost fuq importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jimponu dazju definittiv ta' anti-dumping u li jiġbru b'mod definittiv id-dazju impost fuq importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe
ĠU L 72, 11.3.2004, pp. 23–41
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2009
Official Journal L 072 , 11/03/2004 P. 0023 - 0041
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 437/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jimponu dazju definittiv ta' anti-dumping u li jiġbru b'mod definittiv id-dazju impost fuq importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunitá Ewropea, Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet dumped minn pajjiżi li m'humiex Membri tal-Kommunitá Ewropea [1] (ir-Regolament Bażiku) u partikolarment l-Artiklu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. MIŻURI PROVIŻORJI (1) Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1628/2003 [2] (Ir-Regolament proviżorju) imponiet dazju proviżorju ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li jagħmlu parti mill-kodiċijiet CN 03021120, 03032120, 03041015 u 03042015, li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe. (2) Huwa mfakkar illi l-investigazzjoni ta' dumping u danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002 (perjodu ta' investigazzjoni jew IP). L-eżaminazzjoni ta' tendenzi relevanti għall-analiżi ta' danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 1999 sat-30 ta' Settembru 2002 (perjodu ta' analiżi). B. PROĊEDURI SUSSEGWENTI (3) Wara l-imposizzjoni ta' dazji proviżorji fuq importazzjonijiet ta' troti kbar rainbow li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe, xi partijiet interessati ressqu kummenti bil-miktub. Dawk il-partijiet li talbu, ngħataw ukoll l-opportunita' li jinstemgħu oralment. (4) Il-partijiet kollha kienu nfurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzali, fuq liema bażi kienet ser tiġi rakkomandata l-imposizzjoni ta' dazji definittivi ta' anti-dumping u l-kollezzjoni definittiva ta' ammonti, assigurati permezz ta' dazji proviżorji. Huma ġew mogħtija wkoll perjodu fejn setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din l-ammissjoni. (5) Il-kummenti orali u bil-miktub li ġew mogħtija ġew kunsidrati, u, fejn xieraq, is-sejbiet definittivi, ġew mibdula. (6) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha neċessarja għas-sejbiet definittivi. Flimkien maż-żjarat ta' verifikazzjoni magħmula fil-kumpaniji msemmija fil-premessa 6 tar-Regolament proviżorju, għandu jiġi nnutat illi wara l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, saru żjarat ta' verifikazzjoni fuq il-post, fil-kumpaniji u assoċjazzjonijiet li ġejjin: - Federazzjoni ta' Produtturi ta' Akkwakultura Ewropej (FEAP), Boncelles, Belġju, - Konsorzju nazzjonali ta' industriji tas-salamun u tat-troti fumikati, Pariġi, Franza, - P/F PRG Esportazzjonijiet u l-produttur relatat tagħha P/F Luna, Gøta, Gżejjer tal-Faeroe, - P/F Vestsalmon u l-produttur relatat tagħha P/F Vestlax, Kollafjørður, Gżejjer tal-Faeroe, - P/F Bakkafrost, Glyvrar, Gżejjer tal-Faeroe, - P/F Faeroe Salmon, Klaksvik, Gżejjer tal-Faeroe, - P/F Faeroe Seafood, Torshavn, Gżejjer tal-Faeroe, - P/F Landshandilin, Torshavn, Gżejjer tal-Faeroe, - P/F Navir, Argir, Gżejjer tal-Faeroe, - P/F Viking Seafood, Strendur, Gżejjer tal-Faeroe. (7) Xi partijiet argumentaw illi l-IP magħżul ma kienx xieraq peress li matul dak il-perjodu il-prezzijiet kien estremament baxxi u s'issa leħqu rkupraw. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar illi, skond l-Artiklu 6(1) tar-Regolament bażiku, għall-għan ta' sejba rappreżentattiva, għandu jintagħżel perjodu illi, fil-każ ta' dumping għandu, normalment, ikopri perjodu ta' mhux inqas minn sitt xhur qabel l-introduzzjoni tal-proċedura. Fi kliem ieħor, l-IP huwa bażikament determinat mid-data ta' introduzzjoni. Dan il-perjodu, li normalment ikun twil biżżejjed sabiex ikopri talbiet għal tibdiliet ta' l-istaġun, u għaldaqstant jiżgura sejba rappreżentattiva, partikolarment billi jeskludi varjazzjonijiet qosra fis-suq tal-Kommunitá jew fis-swieq privati tal-pajjiż li qed jesporta, iġorr tagħbija żejda mhux proporzjonali fis-sejbiet. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku jagħmel ukoll regoli skond liema, ċirkustanzi li jiġru wara l-IP, jistgħu jiġu meqjusa. Għaldaqstant, informazzjoni li tirrelata għal perjodu wara l-perjodu ta' l-investigazzjoni, normalment, m'għandux jiġi meqjus. Skond il-prattika konsistenti tal-Kommunitá, dan ġie nterpretat li jfisser, illi ġrajjiet li jirrelataw ma perjodu wara l-IP jistgħu jiġu meqjusa jekk ikunu manifesti, mhux dubitati u dewwiema. Xejn li nstab f'din l-investigazzjoni ma jissuġġerixxi illi d-data li tirrelata ma perjodu wara l-introduzzjoni hija iktar rappreżentattiva minn dik li tirrelata ma' l-IP. Ġrajjiet qabel l-IP huma xorta waħda meqjusa fil-perjodu ta' analiżi. Għaldaqstant l-argument ma ġiex aċċettat. C. PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT LI JIXXIEBAĦ (8) Il-produtturi ta' esportazzjoni Norveġiżi u l-Ministeru tas-Sajd Norveġiż argumentaw illi troti friski/imkessħin u friżati m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala prodotti li jixxiebħu għaliex m'għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi peress li trota friżata hija prodott proċessat li tuża l-frisk bħala l-prodott mhux maħdum tagħha. Qalu wkoll illi t-trota friżata tikkompeti ma trota friska biss sa ċertu punt, u hija primarjament maħsuba għal swieq differenti milli l-prodotti friski. Ġie nnutat ukoll illi l-awtoritajiet fl-USA b'mod konsistenti, ma nkludewx prodotti friżati fil-kuntest ta' proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw salamun li joriġina fin-Norveġja. B'mod simili, huma ssottomettew illi fil-proċeduri riċenti ta' anti-dumping li jikkonċernaw is-salamun li joriġina fin-Noveġja, fil-Gżejjer tal-Faeroe u fiċ-Ċili, l-Istituzzjonijiet tal-Kommunitá sabu illi biċċa ħuta mingħajr xewk friżata miċ-Ċili kienet tikkompeti mal-prodotti tas-salamun frisk mill-industrija tal-Kommunitá biss sa ċertu punt. Fuq il-bażi ta' dawn l-argumenti huma talbu illi ħut sħiħ u biċċiet ta' ħut mingħajr xewk friżat għandhom ikunu esklużi mill-proċedura. (9) F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat illi sabiex jiġi stmat jekk il-prodott konċernat għandux ikun stmat bħal troti kbar rainbow fil-Kommunitá, fil-bidu kien kunsidrat jekk it-tipi varji ta', u l-preżentazzjonijiet ta' troti kbar rainbow i.e. biċċiet ta' ħut bla xewk jew ħut sħiħ, frisk jew friżat, kellhomx l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi. F'dan ir-rigward kien kunsidrat illi, f'kuntrast ma proċeduri ta' affumikazzjoni jew marinar, l-iffriżar ta' troti kbar rainbow ma jbiddilix il-karatteristiċi bażiċi tal-prodott, iżda jippermetti biss illi dan jiġi maħżun għal konsum differit. Barra minn dan, l-investigazzjoni preżenti stabbiliet illi troti kbar rainbow friski jew friżati huma interskambjabbli. Flimkien ma dan, fl-investigazzjoni riċenti [3] li tikkonċerna s-salamun, fejn sar argument simili, ġie determinat illi l-prodott konċernat kien jinkludi ħut sħiħ, ħut imsewwi, u tipi varji ta' porzjonijiet ta' biċċiet ta' ħut bla xewk, kemm jekk friski, imkessħin jew friżati, u li tali preżentazzjonijiet ta' salamun kienu jikkostitwixxu prodott wieħed li minnu nnifsu kien jitqies li jixxiebaħ f'kull aspett ma dak prodott mill-produtturi tal-Kommunitá u mibjugħ fis-suq tal-Kommunitá, u għahekk dan il-każ ma jissapportjax is-sottomissjoni magħmula. Fl-aħħar, argumenti li jikkonċernaw prattiċi fl-USA ma ġewx kunsidrati bħala relevanti fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni, peress li l-iskop tal-prodott ta' l-investigazzjonijiet anti-dumping magħmul mill-awtoritajiet ta' l-USA kien differenti. Fuq il-bażi ta' dak li ntqal, it-talba li ħut sħiħ u biċċiet ta' ħut bla xewk friski jkunu esklużi mill-proċedura, ma setgħetx tiġi aċċettata. (10) L-istess partijiet argumentaw ukoll illi troti ħajjin m'għandhomx ikunu koperti mill-prodott konċernat, illi l-produtturi ta' troti ħajjin m'għandhomx jiġu kunsidrati għad-definizzjoni ta' l-industrija tal-Kommunitá u li produtturi ta' troti għandhom ikunu distinti minn kumpaniji nvoluti fil-qtil, ippakkajr, friżar u tqattigħ f'biċċiet ta' ħut. F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat illi troti ħajjin m'humiex koperti mill-investigazzjoni u għaldaqstant mhux magħduda għall-produzzjoni totali tal-prodott konċernat fil-Kommunitá. Barra dan, troti ħajjin la huma l-prodott konċernat u lanqas il-produtturi ta' troti ħajjin ma huma inklużi fid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Kommunitá. Madankollu, fir-rigward tas-sottomissjoni illi dawk li jkabbru t-troti għandhom ikunu distinti, ġie stabbilit illi l-produtturi kollha tal-kampjun li kkooperaw, inklużi fid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Kommunitá, ikabbru l-ħut, imbagħad joqtluh, jippakkjawh jew iqattgħuh f'biċċiet bla xewk. F'xi każijiet huma wkoll jiproċessawh u/jew jiffriżawh. Din id-distinzjoni bejn kumpaniji li jipproduċu u kumpaniji li jiproċessaw, allura, ma teżistix fl-industrija tal-Kommunitá, u għalhekk l-argument ma ġiex milqugħ. (11) Ġie argumentat ukoll illi parti mill-produzzjoni ta' troti kbar rainbow fil-Kommunitá hija destinata sabiex jiġi prodott roe, u li ħut li jitkabbru sal-maturita' għal dan il-għan jikkostitwixxu prodott ta' kwalità' ferm inferjuri, u għaldaqstant ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jixxiebħu mal-prodott konċernat. F'dan ir-rigward ġie sottomess ukoll illi l-karatteristiċi bażiċi fiżiċi jinbidlu b'mod sinnifikanti minħabba n-nuqqas ta' xaħam fil-kontenut u l-kulur tal-ġilda tal-ħut li ġie maturat biex jipproduċi roe. F'dan ir-rigward, għandu l-ewwel jiġi nnutat illi t-tibdiliet allegati fil-kontenut ta' xaħam u fil-kulur tal-ġilda, huma sinnifikanti biss meta l-ħuta hi totalment maturata, imma mhux qabel. Madankollu, l-ħuta hija maqtula qabel ma timmatura totalment, u għaldaqstant il-kwalità' tal-ħuta m'huwiex affettwat sal-punt li din ma tistax tiġi mibjugħa fis-suq għal konsum uman. F'dan ir-rigward, għandu jiġu nnutat ukoll illi troti totalment maturati jipproduċu roe ta' kwalità' inferjuri. Għal din ir-raġuni, m'hemmx valur miżjud għat-tkabbir ta' troti sa maturita' totali, anki għal produzzjoni ta' roe. Għaldaqstant, il-ħut imkabbar għal maturita' inqas minn dik totali, u li jipproduċu roe bħala by-product jistgħu jiġu mibjugħa fis-suq għal prezzijiet daqs jew inqas minn troti mhux maturi, skond l-istadju ta' maturita' u l-kondizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, li ħuta titħalla timmatura ma tbiddliliex il-karatteristiċi bażiċi fiżiċi tagħha, sakem ma tintlaħaqx maturita' totali. Dan l-aħħar avveniment, pero', m'huwiex fl-interess ta' min ikabbar, kif diġa' spjegat iktar ‘l fuq. Rigward id-differenzi fil-kwalità', dawn huma meqjusa kif xieraq, sabiex jiġu determinati it-tipi differenti ta' ħut soġġetti għall-investigazzjoni, u għalhekk, ġew magħduda fil-kalkolazzjonijiet ta' dumping u fl-istimar tad-danni. Għaldaqstant l-argument ma ġiex milqugħ. (12) Fin-nuqqas ta' iktar informazzjoni sottomessa minn partijiet interessati, l-konklużjonijiet imniżżla fil-premessi 9 u 10 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. D. DUMPING 1. Pretensjonijiet magħmula minn partijiet fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe (13) Numru ta' partijiet kemm fin-Norveġja u kemm fil-Gżejjer tal-Faeroe, argumentaw illi, peress li l-produzzjoni tagħhom ta' troti kbar rainbow kienet immirata lejn il-fornitura tas-suq Ġappuniż, il-kalkulazzjonijiet ta' dumping ma kienux jieħdu rendikont suffiċjenti tad-differenzi fiżiċi allegati bejn it-tipi ta' kwalitajiet mibjugħa lil dak is-suq u dawk mibjugħa lis-suq domestiku u Ewropew. Huma kkontestaw il-korrettezza ta' l-allokazzjonijiet ta' kost ta' produzzjoni fuq il-bażi ta' valur ta' bejgħ. Minflok huma għamlu pretensjoni illi l-Kummissjoni missha aċċettat il-kalkolazzjonijiet mogħtija fil-kwestjonarji, fejn il-kost ta' prodotti għal gradi ta' kwalità' mhux superjuri, ġie mnaqqas bid-differenza assoluta fil-prezzijiet ta' bejgħ medju, espress f'NOK/kg, bejn gradi ta' kwalità' superjuri u mhux superjuri. (14) Il-kost ta' kalkolazzjonijiet ta' produzzjoni sottomessi mill-kumpaniji fir-risposti tal-kwestjonarju tagħhom, ma setgħax jiġi aċċettat peress illi, kif imsemmi fil-premessa 46 tar-Regolament proviżorju, il-kumpaniji ma ppruvawx illi t-troti kollha ta' kwalità' Ġappuniża kienu destinati għas-suq Ġappuniż, u lanqas illi l-kosts speċifiċi relatati ma tali ħut ma kienux ġew magħmula tul iċ-ċiklu ta' produzzjoni. Barra minn dan, il-metodoloġija proposta mill-kumpaniji kellha l-effett li telimina ċertu spejjeż iktar milli tallokahom fuq l-unitajiet kollha ta' produzzjoni, u l-produtturi tal-kampjun ma kellhomx sistema stabbilita sabiex jidentifikaw spejjeż fuq il-bażi tad-differenzi bejn gradi ta' kwalità' differenti tal-prodott konċernat, u qatt ma kienu użaw il-metodoloġija proposta. Barra minn hekk, għalkemm huwa aċċettat illi l-parti kbira ta' esportazzjonijiet ta' troti Norveġiżi u Faroeżi huma destinati għas-suq Ġappuniż, ma jistax jiġi eskluż illi t-trota ta' kwalità' Ġappuniża, kultant hija esportata fi swieq oħrajn. Jekk wieħed jaċċetta l-argument magħmul mill-partijiet illi l-għan tal-produzzjoni primarja hu li jfornixxu troti li jilħqu l-istandard Ġappuniż, huwa korrett li l-ispejjeż jiġu apporzjonati, bħal pigmentazzjoni żejda fl-ikel, fil-ħut kollu prodott. L-allokazzjoni ta' l-ispejjeż ta' produzzjoni fuq il-bażi ta' valur ta' bejgħ, prevista wkoll fin-nuqqas ta' metodu iktar xieraq f'Artiklu 2(5) tar-Regolament bażiku, hija l-aħjar metodu sabiex jiġu riflessi d-differenzi f'dawk il-każijiet fejn isiru l-istess spejjeż għall-prodotti kollha, pero' fejn il-kwalità' finali hija differenti. (15) Barra minn dan, il-produtturi tal-kampjun fil-Gżejjer tal-Faeroe argumentaw illi huma kkunsidraw il-metodoloġija li pproponew, li jiġu rranġati l-ispejjeż bid-differenzi fil-valur tal-bejgħ mill-ġdid bejn il-kategoriji differenti ta' troti, kienet skond il-prinċipji ta' għadd ġeneralment aċċettati. Kif diġa' msemmi, fil-premessa 56 tar-Regolament proviżorju, il-metodoloġija użata mill-produtturi tal-kampjun ma tallokax spejjeż lil prodotti fuq il-bażi ta' kif fil-fatt ġew magħmula dawn l-ispejjeż, u lanqas ma tqassam l-ispejjeż ta' produzzjoni lil prodotti b'manjiera li tirriflett il-valuri ta' bejgħ relattivi tagħhom. Għall-kuntrarju, għandha l-effett li ma tirrikonoxxix l-ispejjeż tal-produzzjoni kollha, peress li hi sempliċiment tnaqqas l-ispejjeż għal prodotti ta' kwalità' inferjuri b'ammont ugwali għad-differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom u dawk ta' prodotti bi kwalità' għola. Għaldaqstant, din il-metodoloġija ma tistax tiġi kkunsidrata li hi konsistenti ma prinċipji ta' għadd ġeneralment aċċettati. (16) Sabiex nikkonkludu, l-użu ta' valur ta' bejgħ bħala bażi ta' allokazzjoni ta' spejjeż ta' produzzjoni, skond l-Artiklu 2 () tar-Regolament bażiku, tfisser illi kwalunkwe differenzi fiżiċi allegati fit-tipi ta' kwalità' tal-prodott konċernat, huma riflessi b'mod xieraq fil-kalkolazzjonijiet peress li dan il-metodu, min-natura tiegħu, jalloka iktar spejjeż ta' produzzjoni lil dak il-ħut li għandu valur ta' bejgħ ikbar, bħal trota ta' kwalità' superjuri. L-argumenti fil-premessi 11 u 12 iktar ‘l fuq huma għaldaqstant, mhux milqugħa u l-approċċ imsemmi fil-premessa 46 tar-Regolament proviżorju huwa hawnhekk konfermat. (17) Numru ta' partijiet Norveġiżi argumentaw illi l-prezz ta' kalkolazzjonijiet ta' akkwist fir-rigward ta' kull produttur, li kienu bbażati fuq il-bejgħ destinat għal konsum fis-suq domestiku (premessa 30 tar-Regolament proviżorju) irrappreżentaw parti żgħira biss tal-bejgħ domestiku totali u għalhekk ma kienux ser ikunu rappreżentattivi. Sabiex tiġi kkunsidrata din il-pretensjoni, ġiet ri-eżaminata wkoll il-metodoloġija użata sabiex tiddetermina l-kost ta' akkwist, kif imsemmija fil-premessi 29 sa 32 tar-Regolament proviżorju. Ġie konkluż illi l-esklużjoni ta' bejgħ li ma sarx fil-kors normali tal-kummerċ, u l-kostruzzjoni ta' spejjeż fil-każijiet fejn bejgħ skond it-tip ta' prodott ma kienx ta' profitt, jista' jwassal għall-inklużjoni fil-kost ta' akkwist, ta' elementi li ma jirrelatawx biss ma spejjeż, imma li jinvolvu wkoll profitt. Għalhekk kien stabbilit illi t-twettiq ta' kors normali tal-kummerċ fil-livell tal-produtturi, ma kienx ikun totalment xieraq. Għaldaqstant, ġie deċiż li l-"kost ta' akkwist" jiġi bbażat esklussivament fuq l-ispejjeż magħmula mill-produtturi tal-kampjun, b'dawn l-ispejjeż jibqgħu jiġu allokati lill-prodotti fil-mod deskritt fl-aħħar sentenza tal-premessa 46 tar-Regolament proviżorju. Barra minn dan, sabiex tiġi żgurata rappreżentanza massima, ġie deċiż illi l-ispejjeż ta' l-akkwist kalkulati għal kull produttur tal-kampjun, għandhom jiġu miżuna bil-kwantitajiet tal-bejgħ kollu maghmul domestikament minn dawk il-produtturi lil klijenti indipendenti domestiċi, sabiex jingħata kost ta' akkwist overall għal kull tip ta' prodott mibjugħ mill-produtturi tal-kampjun. (18) Ġie sottomess ukoll illi r-rappreżentanza tal-bejgħ domestiku minn esportaturi Norveġiżi kellha tiġi stmata fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku magħqud tat-tlett esportaturi għal kull tip ta' prodott, milli għal kull esportatur separatament (premessa 34 tar-Regolament proviżorju). Madankollu, l-approċċ adottat, li tiġi stmata r-rappreżentanza tal-bejgħ domestiku għal kull esportatur separatament, huwa konsistenti mal-prattika stabbilita li jiġu kunsidrati ċ-ċirkostanzi u jiġi stabbilit ir-riżultat ta' kull esportatur li jifforma parti minn kampjun separament, qabel ma jiġi determinat ir-riżultat totali għall-kampjun. Dan it-test ta' rappreżentanza fl-ebda mod ma hu magħqud mal-mistoqsija dwar jekk hux qed jiġu applikati dazji individwali jew dazju single country wide bħal f'dan il-każ. Għaldaqstant, l-argument ma ġiex milqugħ u l-approċċ imsemmi fil-premessi 26 sa 28 tar-Regolament proviżorju ġie konfermat. (19) Numru ta' partijiet Norveġiżi argumentaw ukoll, fi stadju avvanzat ta' l-investigazzjoni, illi l-kalkolazzjoni tal-kost ta' l-akkwist għal biċċiet ta' troti bla xewk ma kienx preċiż peress li kien bażat fuq il-kost ta' akkwist għal ħut ta' kwalità' "superjuri", kif indikat fil-premessa 33 tar-Regolament proviżorju, u peress illi l-kodiċijiet użati għal biċċiet ta' ħut bla xewk jinkludu varjeta' ta' kwalitajiet differenti. Huma sostnew illi ħut ta' kwalità' "superjuri" ma jintużax għal biċċiet ta' ħut bla xewk, li ġeneralment isiru minn ħut ta' kwalità' oħra, jew kultant minn ħut ta' kwalità' "ordinarja" kif definit fil-premessa 28 tar-Regolament proviżorju. Madankollu, huma kkunsidraw illi anki jekk jibbażaw il-kalkulazzjonijiet fuq ħut ta' kwalità' oħra, ma kienux ser ikunu preċiżi peress illi l-kategorija nnifisha tkopri varjeta' differenti ta' kwalitajiet. Għalkemm mitluba b'mod espress waqt iż-żjarat ta' verifikazzjoni, dawn il-partijiet ma tawx l-informazzjoni li kienet tippermetti kalkolazzjoni iktar dettaljata, u lanqas ma ssostanzjaw il-pretensjoni t'hawn fuq b'xi mod ieħor. L-approċċ adottat huwa kkunsidrat bħala l-iktar raġonevoli peress illi, billi jittieħed il-kost ta' akkwist għal ħut ta' kwalità' superjuri frisk gutted head-on (it-tip li l-iktar jinbiegħ) u jiġi rranġat bid-differenza fil-persentaġġ bejn il-prezzijiet ta' bejgħ għal dak il-prodott u għall-biċċiet ta' ħut bla xewk, id-differenzi ta' kwalità' involuti huma fil-fatt riflessi fil-kalkolazzjoni. Għandu jiġi nnutat illi fil-kwestjonarju, il-kumpaniji ġew mitluba sabiex jikkuntattjaw l-uffiċjali responsabbli immedjatament, jekk ikollhom xi mistoqsijiet jew talbiet ta' kjarifikazzjoni fuq l-aspetti ewlenija tal-kwestjonarju nnifsu, kif per eżempju, il-parti li tikkonċerna d-deskrizzjoni tal-prodott, li huma qatt ma għamlu. F'dan l-istadju ta' l-investigazzjoni, ir-rimarki msemmija iktar ‘l fuq, li jikkonċernaw il-varjeta' ta' kwalitijiet fil-kodiċijiet ta' prodotti użati ma jistgħux jiġu meqjusa iktar. Il-metodoloġija msemmija fil-premessa 33 tar-Regolament proviżorju, hija għaldaqstant konfermata. (20) Parti Norveġiża sostniet illi l-marġini ta' profitt użati fil-kostruzzjoni ta' l-ispejjeż tal-akkwist u l-valur normali kienu wisq għoljin (premessi 31 u 38 tar-Regolament proviżorju). F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat illi fir-rigward tar-reviżjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġi stabbilit il-kost tal-akkwist, l-ebda marġinu ta' profitt ma ġie użat fil-livell tal-produtturi tal-kampjun. Il-marġini ta' profitti użati fil-livell ta' l-esportaturi tal-kampjun, fin-numru limitat ta' każijiet fejn kien hemm kostruzzjoni ta' valuri, kienu ta' bejn 12 % - 21 % bil-medja viċin ta' 15 %. Dawn il-figuri ġew mid-data verifikata tal-kumpaniji tal-kampjun, liema data tirrelata mal-bejgħ bi profitt tagħhom, u għaldaqstant ma tistax tiġi kkunsidrata li hi eċċessiva. Għaldaqstant l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Parti Norveġiża argumentat illi li jiġi kunsidrat biss bejgħ bi profitt fil-kostruzzjoni tal-kost ta' akkwist u l-valur normali fil-każijiet indikati fil-premessi 31 u 36 tar-Regolament proviżorju, jkun kontra r-regoli WTO. Dan l–argument ma jistax jiġi aċċettat. Fil-fatt, fir-rigward tar-reviżjoni tal-metodoloġija wżata sabiex jiġi stabbilit il-kost ta' akkwist, il-mistoqsija m'għadhiex tapplika għall-kost ta' akkwist. L-approċċ segwit fl-ittestjar tal-profitabilita' fil-bejgħ domestiku ta' esportaturi għad-determinazzjoni tal-valur normali, huwa konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 2(4) tar-Regolament bażiku, li huma f'konformita' mar-regoli tal-WTO. Għaldaqstant il-pretensjoni ma ġietx milqugħa. (21) Partijiet fil-Ġżejjer tal-Faeroe sostnew illi, fin-nuqqas ta' bejgħ domestiku, valuri normali għandu jiġi determinat fuq il-bażi ta' informazzjoni li tikkonċerna bejgħ ta' esportazzjonijiet f'pajjiżi terzi, li kienet mitluba bħala parti mill-kwestjonarju għall-investigazzjoni (premessi 50 u 51 tar-Regolament proviżorju). F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat illi t-talba għal ċertu informazzjoni f'investigazzjoni, b'ebda mod ma tagħmel preġudizzju fuq analiżi ulterjuri, jew tirrestrinġi l-għażla ta' metodoloġiji lil dawk li jużaw biss dik l-informazzjoni. Il-kostruzzjoni ta' valuri normali fuq il-bażi tal-kost ta' produzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini hija l-ewwel alternattiva mniżżla fl-Artiklu 2(3) tar-Regolament bażiku, għal każijiet fejn m'hemmx bejgħ domestiku. L-użu ta' valur normali kostrutt, minflok prezzijiet esportati f'pajjiżi terzi, bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali, hija wkoll prattika konsistenti fil-Kommunitá fin-nuqqas ta' bejgħ domestiku rappreżentanti. Ma ġew preżentati l-ebda argumenti, u lanqas ma ġew misjuba xi raġunijiet għaliex l-użu ta' esportazzjoni ta' prezzijiet lejn pajjiżi terzi kienet tkun iktar xierqa f'dan il-każ milli valur normali kostrutt. Għaldaqstant l-argument ma ġiex milqugħ u l-approċċ imsemmi fil-premessi 50 u 51 tar-Regolament proviżorju huwa konfermat. (22) Numru ta' partijiet Norveġiżi identifikaw ċertu bejgħ lil bejjiegħa bl-ingrossa u lil distributuri, liema bejgħ ġie eskluż b'mod inġust mill-bejgħ domestiku. Il-kalkolazzjonijiet ġew emendati sabiex jingħadd ukoll dan il-bejgħ. (23) Erba' kumpaniji Norveġiżi argumentaw illi l-kodiċijiet użati fl-investigazzjoni sabiex jiġu identifikati t-tipi differenti tal-prodott konċernat, ma kienux dettaljati biżżejjed għal dan il-għan. Għandu jiġi nnutat illi s-sistema' ta' kkowdjar ta' prodotti hija bbażata fuq is-sistema mifruxa aċċettata ta' klassifikazzjoni użata fl-industrija, liema għan hu li tiddistingwi bejn il-kwalitajiet varji tal-prodott. Għaldaqstant hija kunsidrata bħala bażi xierqa sabiex jiġi assigurat paragon adegwat bejn il-valur normali u l-prezz ta' esporatazzjoni għall-istess kwalità' u preżentazzjoni tal-prodott konċernat. Għaldaqstant l-argument ma ġiex aċċettat għall-istess raġunijiet imsemmija fil-premessa 17. (24) Esportatur Norveġiż sostna aġġustament fir-rigward ta' ċertu bejgħ domestiku lil bejjiegħa bl-imnut fuq il-bażi li kienu f'livell differenti ta' kummerċ milli l-bejgħ lill-Kommunitá. Dan l-argument ġie aċċettat u l-kalkolazzjonijiet tal-valur normali ġew emendati biex jirriflettu dan. (25) Numru ta' partijiet issottomettew kummenti li jirrigwardaw l-inklużjoni ta' ċerti oġġetti fil-kost tad-data ta' produzzjoni, u l-identifikazzjoni korretta ta' transazzjonijiet ta' bejgħ domestiku, fejn dawk lil kummerċjanti ġew esklużi. Għal dawk il-pretensjonijiet li nstabu li huma ġusti, il-kalkolazzjoni ta' dumping ġew emendati. Żball klerikali misjub fil-kalkolazzjoni tal-kost ta' akkwist għal produttur Norveġiż wieħed, li kien wassal għal understatement tal-kost ta' akkwist, ukoll ġie rranġat. 2. Ġrajjiet ta' wara l-IP fil-Gżejjer tal-Faeroe (26) Xi partjiet fil-Gżejjer tal-Faeroe argumentaw illi l-livell ta' produzzjoni u ta' esportazzjonijiet mill-Gżejjer tal-Faeroe kien naqas b'mod sinnifikattiv mill-IP, u li, b'konsegwenza, esportazzjoni Faroeżi lejn il-KE fil-futur ser ikunu de minimis. Fuq din il-bażi kien sostnut illi l-proċedura kellha tiġi terminata fir-rigward tal-Gżejjer tal-Faeroe. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat illi, skond l-Artiklu 6(1) tar-Regolament bażiku, informazzjoni li tirrelata għall-perjodu ta' wara l-IP għandha normalment, ma tiġix ikkunsidrata. Għaldaqstant, is-sejbiet għandhom ikunu limitati għall-IP ħlief f'każijiet fejn l-effetti ta' ċirkostanzi ġodda jistgħu jkunu pruvati li huma manifesti, mhux dubitati, dewwiema, mhux miftuħa għal manipulazzjoni u ma joħorġux minn azzjonijiet deliberati minn partijiet interessati. Kien verifikat illi n-nuqqas fil-produzzjoni u esportazzjonijiet sostnuti, kienu fil-fatt saru. Madankollu, anki jekk it-tnaqqis pretiż kellu jġib l-esportazzjonijiet Faroeżi lejn il-KE taħt il-livell de minimis fil-futur, l-elementi m'humiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li tali tnaqqis ħa jkun dewwiemi. Barra minn hekk, anki jekk iseħħ tnaqqis dewwiemi fil-produzzjoni u esportazzjonijiet ġenerali, ma jkunx possibbli li jiġi konkluż minn dan il-fatt, li esportazzjonijiet lejn il-KE ser jonqsu wkoll b'mod dewwiemi, peress li l-esportazzjoni tal-KE jammontaw biss għal 11 % tal-produzzjoni u li għalhekk kwalunkwe tibdil żgħir fil-fornitura, per eżempju, is-suq Ġappuniż, jista' jirriżulta f'żieda sinnifikanti ta' l-esportazzjonijiet lejn il-Kommunitá. Din it-tip ta' sitwazzjoni tista' tiġi verifikata biss tul perjodu iktar estiż. Għaldaqstant il-pretensjoni m'hijiex milqugħa. 3. Kalkulazzjonijiet ta' dumping (27) Xi pretensjonijiet ġew aċċettati, u l-kalkulazzjonijiet raffinati, l-ammont ta' dumping finalment determinat, espress bħala persentaġġ tan-nett CIF bil-prezz fruntier tal-Kommunitá, huwa kif ġej: Norveġja, marġini country wide | 24,8 % | Gżejjer tal-Faeroe: Esportazzjoni P/F PRG (għal merkanzija prodotta minn P/F Luna) | 54,5 % | P/F Vestsalmon (għal merkanzija prodotta minn P/F Vestlax) | 30,0 % | Kumpaniji li jikkooperaw imma li ma kienux parti mill-kampjun | 42,6 % | Il-kumpaniji l-oħra kollha | 54,5 % | E. INDUSTRIJA KOMUNITARJA (28) Il-Ministeru tas-Sajd Norveġiż sostna li l-perċentwali rappreżentat mill-produzzjoni ta' l-industrija komunitarja fir-rigward tal-produzzjoni komunitarja totali hu inqas minn 25 %, u għalhekk, il-proċediment għandu jitwaqqaf minħabba nuqqas ta' sostenn għall-każ. Din l-osservazzjoni kienet ibbażata l-ewwel nett, fuq l-argument li l-produzzjoni ta' l-industrija komunitarja li m'għandhiex tinkludi l-produzzjoni ta' troti kbar kulur il-qawsalla wżati għal trasferimenti vinkolati, kif spjegat ukoll fil-premessa 41, u t-tieni nett, fuq l-argument li l-figuri dwar il-produzzjoni komunitarja totali għal 2001 u 2002 irrapportati mill-Federazzjoni Ewropea tal-Produtturi ta' l-Industrija ta' l-Akkwakultura (Federation of European Aquaculture Producers - FEAP) mhumiex ta' min jorbot fuqhom peress li m'hemmx metodu komuni għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar produzzjoni mill-membri ta' l-FEAP. (29) Fir-rigward ta' l-ewwel aspett, għandu jkun innotat li, irrispettivament mill-mistoqsija dwar kif il-preżenza ta' suq vinkolanti tista' tittieħed f'kunsiderazzjoni bl-aktar mod xieraq fid-determinazzjoni tal-preġudizzju, l-investigazzjoni għandha, f'kull każ, tkopri s-suq totali għar-raġunijiet li huma spjegati b'mod addizzjonali fil-premessi 41, 42 u 43, u għalhekk kemm il-produzzjoni użata għall-bejgħ fuq is-suq ħieles kif ukoll dik użata għal trasferimenti vinkolanti. Il-pożizzjoni għandha tiġi ugwalment stabbilita għas-suq totali, u l-argument magħmul f'dan ir-rigward ġie għalhekk irroftat. (30) Fir-rigward tat-tieni argument magħmul, hu korrett li fl-istadu provviżorju, l-informazzjoni ta' statistika mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-FEAP kienet tikkonsisti f'numru ta' figuri mhux ikkonfermati, imma dawn ma kienux l-uniċi li ġew użati esklussivament. Il-FEAP tiġbor l-informazzjoni ta' produzzjoni li hi pprovduta mill-membri tagħha, mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali, u/jew mill-istituzzjonijiet ta' riċerka nazzjonali. Din l-informazzjoni tiġi riveduta u rrapportata lill-FEAP fil-qafas tal-laqgħat tagħha darbtejn fis-sena. Il-figuri ta' produzzjoni dwar is-sena preċedenti huma eżaminati u approvati. Wara l-laqgħa ta' l-Assemblea Ġenerali tal-FEAP f'Ottubru 2003, u ż-żjara ta' kontroll fuq il-post sussegwenti fil-bini ta l-FEAP, il-figuri ta' produzzjoni ġew eżaminati kif xieraq. Il-FEAP tibqa' l-unika sors ta' informazzjoni fuq livell komunitarju għall-produzzjoni komunitarja totali. Fir-rigward tal-kredibilità ta' dawn il-figuri, għandu jkun innotat li l-FEAP taġġusta l-figuri ta' produzzjoni fejn xieraq sabiex tnaqqas xi diskrepanzi fil-metodi użati mill-membri tagħha u/jew mill-istituzzjonijiet ta' riċerka nazzjonali sabiex tippubblika informazzjoni aggregata. Skond din il-bażi, u b'konsiderazzjoni tal-figuri relatati mal-produzzjoni ta' l-industrija komunitarja, li ġew riveduti kif spjegat fil-premessa 44, ġie ikkonfermat li l-industrija komunitarja tirrappreżenta effettivament aktar minn 25 % tal-produzzjoni komunitarja tal-prodott ikkonċernat, u għalhekk l-argument tal-Ministeru tas-Sajd Norveġiż ġie rroftat. (31) Il-produtturi esportaturi tal-gżejjer Faeroes u l-Assoċjazzjoni tat-Trobbija tal-Ħut sostnew li l-kwerelant għandu jitqies bħala industrija reġjonali, minħabba li kważi l-produzzjoni tiegħu kollha tinbiegħ fuq is-suq Finlandiż, u l-kummerċ intra-Komunitarju mal-Finlandja hu negliġibbli, għalhekk il-kwerelant jilħaq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament bażiku għall-istabbiliment ta' suq iżolat. Billi l-produtturi Finlandiżi veru biegħu proporzjoni prinċipali tal-produzzjoni tagħhom ta' troti kbar kulur il-qawsalla fuq is-suq Finlandiż matul il-perjodu investigattiv, is-sehem tas-suq ta' produtturi komunitarji oħrajn f'dak is-suq irrappreżenta aktar minn 12 %. Dan il-perċentwali hu kkunsidrat sostanzjali, b'mod partikolari minħabba l-fatt li s-suq għall-prodott ikkonċernat hu kompetittiv, trasparenti u sensittiv għall-varjazzjonijiet fil-prezz. Is-suq Finlandiż ma jistax jiġi għalhekk ikkunsidrat bħala suq iżolat. B'addizzjoni, l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping min-Norveġja u mill-Gżejjer Faeroe mhiex ikkonċentrata fuq is-suq Finlandiż u ma toħloqx preġudizzju unikament għall-produtturi ta' dak il-pajjiż. Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b)(i) tar-Regolament bażiku għal każ reġjonali għalhekk ma jintlaħqux, u l-argument ġie rroftat. F. PREĠUDIZZJU 1. Konsum komunitarju evidenti (32) Minħabba l-figuri riveduti tal-produzzjoni komunitarja kif deskritta fil-premessa 44, il-figuri fil-premessi 67, 74 u 84 tar-Regolament provviżorju dwar, rispettivament, il-konsum komunitarju, l-importazzjoni min-Norveġja u mill-Gżejjer Faeroe u s-sehem tas-suq ta' l-industrija komunitarja, ġew għalhekk riveduti għall-iskop tad-determinazzjoni definittiva u ppreżentata hawn taħt. Konsum evidenti fil-Komunità | 1999 | 2000 | 2001 | PI | Tunnellati metriċi | 43831 | 49970 | 54250 | 55565 | Indiċi 1999 = 100 | 100 | 114 | 124 | 127 | (33) Fid-dawl ta' din l-informazzjoni, il-konsum evidenti ta' troti kbar kulur il-qawsalla fis-suq komunitarju turi żjieda żgħira fir-rigward tal-figuri indikati fir-Regolament provviżorju. (34) Parti waħda sostniet li l-Kodiċi NM użati mill-Eurostat matul il-PI kopra wkoll troti daqs ta' porzjoni li mhumiex inklużi fl-iskop tal-prodott ta' dan il-proċediment u għalhekk il-figuri ta' l-esportazzjoni u ta' l-importazzjoni użati fil-kalkolu tal-konsum apparenti ta' troti kbar kulur il-qawsalla fil-Komunità ma jkunux eżatti. (35) Il-metodoloġija użata biex jiġi kkakolat il-konsum jieħu f'konsiderazzjoni dan l-element u jagħmel l-aġġustamenti approprjati neċessarji kif deskritti fid-detall fil-premessa 65 tar-Regolament provviżorju. (36) Fin-nuqqas ta' kwalunwke informazzjoni oħra ppreżentata, u waqt li jittieħdu f'konsiderazzjoni l-figuri riveduti tal-konsum komunitarju, il-metodoloġija spjegata fil-premessa 65 tar-Regolament bażiku hi hawnwhekk ikkonfermata. 2. Sehem tas-suq ta' l-importazzjoni kkonċernata (37) Minħabba l-figuri riveduti tal-konsum komunitarju kif deskritt hawn fuq, il-figuri dwar is-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni min-Norveġja u mill-Gżejjer Faeroe ġew riveduti għall-iskop tad-determinazzjoni definittiva u huma ppreżentati hawn taħt: | 1999 | 2000 | 2001 | PI | Sehem tas-suq | 3.8 % | 3.5 % | 11.0 % | 16.7 % | (38) Dan t'hawn fuq juri l-istess żjieda netta ta' l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping min-Norveġja u mill-Gżejjer Faeroe kif konkluż fil-premessa 74 tar-Regolament provviżorju. Fil-fatt, is-sehem tas-suq tagħhom żdied b'bejn wieħed u ieħor 13 %-il punti perċentwali matul il-perjodu ta' analiżi u assorbew il-parti prinċipali taż-żjieda fil-konsum li seħħet fis-suq komunitarju matul l-istess perjodu. 3. Effett ta' l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet fis-suq komunitarju (39) Sussegwentament għall-miżuri provviżorji, kalkoli ġodda tal-marġni ta' taħt il-prezz, dovuti minħabba ċerti operazzjonijiet li nstabu li ġew irreġistrati b'mod skorret u l-korrezzjonijiet li saru sabiex tittieħed f'konsiderazzjoni l-kwota ħielsa mid-dazju doganali mogħtija lill-Gżejjer Faeroe (premessi 92 u 93), urew li l-prodotti kkonċernati li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer Faeroe kienu nbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet li jniżżlu l-prezzijiet ta' l-industrija komunitarja, meta espressi bħala perċentwali ta' dawn l-aħħar prezzijiet, kif ġej: in-Norveġja fuq medja ta' 7.3 % u l-Gżejjer Faeroe fuq firxa bejn il-21.8 % u t-28.4 %. (40) L-analiżi tal-figuri kollha riveduti ma bidlitx il-metodoloġija spjegata fil-premessi 76 u 77 tar-Regolament provviżorju li hu hawnhekk ikkonfermat. 4. Sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija komunitarja (i) Rimarki preliminarji (41) Fl-investigazzjoni nstab li tnejn mill-produtturi ta' l-industrija komunitarja nklużi fil-kampjun u li kkooperaw fl-investigazzjoni użaw prodott simili għal tħaddim ulterjuri ta' prodotti oħrajn, prinċipalment troti affumikati u mitħuna. Trasferimenti simili vinkolanti, fi kliem ieħor dawk użati minn produttur integrat għal aktar proċessar, trasformazzjoni jew montatura fi proċess integrat, ma jidħlux f'suq miftuħ u għalhekk mhumiex f'kompetizzjoni diretta ma' l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Sabiex tiġi kkunsidrata din is-sitwzzjoni u sabiex tiġi pprovduta stampa kompleta kemm jista' jkun possibbli tas-sitwazzjoni ta' l-industrija komunitarja, ġiet miksuba u analizzata informazzjoni għall-attività totali, u ġie sussegwentament determinat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għal użu vinkolanti jew għas-suq ħieles. (42) Għall-indikaturi ekonomiċi li ġejjin, l-analiżi ffokat fuq is-sitwazzjoni li teżisti fis-suq ħieles: volum ta' bejgħ, prezzijiet ta' bejgħ, profitt, dħul fuq l-investiment u fluss ta' flus. Fejn possibbli u ġustifikat, dawn ir-riżultati kienu sussegwentament paragunati ma' l-informazzjoni għas-suq vinkolanti. Minħabba l-użu ta' kampjunaġġ, dawn l-indikaturi ġew eżaminati skond il-bażi ta' l-informazzjoni miksuba għall-kumpanniji li kienu parti mill-kampjun. Għandu jkun innotat li ma kien hemm l-ebda indikaturi ta' aktar proċess minn kumpanniji oħrajn li jagħmlu parti mill-industrija komunitarja imma li kienu barra l-kampjun. (43) Fir-rigward ta' indikaturi ekonomiċi oħrajn, instab, skond il-bażi ta' l-investigazzjoni, li dawn setgħu jiġu raġonevolment eżaminati biss billi jsir riferiment għall-attività totali. Fil-fatt, il-produzzjoni (għas-suq vinkolanti kif ukoll għas-suq ħieles), kapaċità, l-użu tal-kapaċità, sehem tas-suq, investimenti, impieg, produttività, pagi, kapaċità li jinstab il-kapital jiddependu fuq l-attività totali, kemm jekk il-produzzjoni hi vinkolanti jew jekk hi mibjugħa fuq is-suq ħieles. (ii) Kapaċità ta' produzzjoni, produzzjoni, użu tal-kapaċità (44) Wara l-miżuri provviżorji, ġew eżaminati mill-ġdid il-fatturi mniżżla fit-tabella t'hawn taħt. ¬erta informazzjoni dwar tliet produtturi komunitarji li kkooperaw fl-investigazzjoni setgħet issa tittieħed f'konsiderazzjoni bil-konsegwenza li l-figuri fil-premessa 81 tar-Regolament provviżorju kienu kemmxejn inferjuri għal dawk attwali. Dawn ġew għalhekk aġġustati għall-iskop ta' determinazzjoni definittiva u huma ppreżentati hawn taħt. Kapaċità ta' produzzjoni, produzzjoni, użu tal-kapaċità | 1999 | 2000 | 2001 | PI | Kapaċità ta' produzzjoni f'tunnellata metrika ta' Ekwivalenti ta' Ħut Sħiħ | 15645 | 15630 | 15665 | 15684 | Indiċi 1999 = 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | Produzzjoni f'tunnellata metrika ta' Ekwivalent ta' Ħut Sħiħ | 11348 | 12739 | 11605 | 12080 | Indiċi 1999 = 100 | 100 | 112 | 102 | 106 | Produzzjonii/Rati ta' użu tal-kapaċità | 73 % | 82 % | 74 % | 77 % | (45) L-analiżi tal-figuri kollha riveduti ma biddlitx il-konklużjonijiet murija fil-premessa 81 tar-Regolament provviżorju li huma hawnhekk ikkonfermati. (iii) Ħażniet (46) Fl-investigazzjoni nstab li wieħed mill-produtturi komunitarji li kkollaboraw imma li ma kienux inklużi fil-kampjun kien iffriża parti kbira tal-produzzjoni tiegħu fl-2000 u fl-2001, li kienet sussegwentament mibjugħa fl-2001 u matul il-PI. Madankollu, ma nstab l-ebda produttur ieħor li ffriża l-produzzjoni tiegħu u għalhekk, il-konklużjonijiet murija fil-premessa 82 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. (iv) Sehem tas-suq ta' l-industrija komunitarja (47) Barra dan, minħabba l-figuri riveduti għall-konsum komunitarju u għall-produzzjoni ta' l-industrija komunitarja, kif spjegat fil-premessa 32, is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija komunitarja matul il-perjodu ta' analiżi hu ppreżentat hawn taħt: Sehem tas-suq ta' l-industrija komunitarja | 1999 | 2000 | 2001 | IP | Is-sehem fis-suq | 25,9 % | 25,5 % | 21,4 % | 21,7 % | (48) It-tabella ta' hawn fuq turi li s-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqset b'erba' punti ta' persentaġġ fuq il-perjodu ta' l-analiżi. Filwaqt li ż-żieda għolja tal-konsum tal-Komunità jiġifieri 27 % matul il-perjodu ta' l-analiżi, ma tibdilx it-tendenza ta' l-oġġetti importati konċernati fejn hemm żieda sostanzjali, hija tirriżulta f'sehem ferm inqas miżmum mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità, fejn tilef aktar minn erba' punti ta' persentaġġ matul l-istess perjodu. Għalhekk, il-konklużjonijiet miġbura fi premessa 84 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. Madankollu għandu jiġi nnotat li s-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqas biss fl-2001 meta l-oġġetti mportati konċernati zdiedu sostanzjalment. (v) L-impiegi, il-produttività, il-pagi u l-abbilità biex jiżdied il-kapital (49) Għall-istess raġunijiet msemmija fil-premessa 44, il-figuri ta' l-impiegi u l-produttività kienu reveduti, kif ġej: L-impiegi, il-produttività Egħjun: Tweġibiet għall-kwestjonnarju dwar l-industrija tal-Komunità. | 1999 | 2000 | 2001 | IP | In-numru ta' impjegati | 194 | 179 | 182 | 173 | Indiċi 1999 = 100 | 100 | 92 | 94 | 89 | Il-produttività il-produzzjoni/impjegat | 100 | 122 | 109 | 119 | (50) L-analiżi tal-figuri kollha li kienu reveduti ma bidlux il-konklużjonijiet miġbura fil-premessa 86 tar-Regolament provviżorju li hawnhekk huma konfermati. (51) Fir-rigward ta' l-abbilità li jiżdied il-kapital, huwa kkonfermat li l-industrija tal-Kommunità ma ltaqgħetx ma' diffikultajiet partikolari waqt li ngħatat il-possibilità li tinvesti f'tagħmir ġdid, kif inhu spjegat fil-premessa 91 tar-Regolament provviżorju. Madankollu, din l-abbilità għandha tidher fid-dawl ta' l-isforzi li l-industrija tal-Komunità għamlet biex iżżid il-produttività ħalli tkun tista' tiffaċċja ż-żieda tal-kompetizzjoni dovuta għall-prezzijiet baxxi tas-suq. (52) Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni oħra rigward il-pagi, il-konklużjonijiet miġbura fil-premessa 87 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati hawnhekk. (vi) Bejgħ (53) premessi 65, 66 u 82 tar-Regolament provviżorju, il-figuri tal-produzzjoni kienu kkunsidrati ugwali għall-bejgħ tal-prodott konċernat kemm fis-suq kontrollat kif ukoll fis-suq liberu bl-eċċezzjoni tal-bejgħ ta' waħda mill-kumpanniji kif spejagat fil-premessa 46. Il-bejgħ tal-prodott bħalu fis-suq liberu magħmul mill-industrija tal-Komunità u l-volumi tal-produzzjoni użati miż-żewġ kumpanniji kampjuni għall-aktar pproċessar tal-prodott bħalu (użu kkontrollat), huwa ppreżentat hawn taħt: Egħjun: Tweġibiet għall-kwestjonnarju tal-produtturi kampjuni ta' l-industrija tal-Komunità. | 1999 | 2000 | 2001 | IP | Bejgħ fis-suq liberu b'tunnellata metrika WFE | 10274 | 8114 | 10727 | 11326 | Indiċi 1999 = 100 | 100 | 79 | 104 | 110 | Użu kkontrollat b'tunnellata metrika WFE | 872 | 2053 | 1559 | 2795 | Indiċi1999 = 100 | 100 | 235 | 179 | 320 | (54) It-tabella hawn fuq turi li waqt li l-bejgħ fis-suq liberu żdied b'għaxar punti persentaġġi matul il-perjodu ta' l-analiżi, l-użu kkontrollat żdied tlett darbiet aktar. Madankollu, għandu jkun nnutat li ż-żieda fl-użu kkontrollat hija dovuta għall-fatt li wieħed miż-żewġ produtturi integrati beda l-operazzjonijiet tiegħu ta' aktar pproċessar biss fis-sena 2000. Madankollu, din l-evoluzzjoni tindika li l-industrija tal-Komunità ma rnexxielix tieħu vantaġġ miż-żieda tal-konsum (+ 27 % matul il-perjodu ta' l-analiżi), imma minflok kienet sfurzata biex iżżid l-użu tagħha fil-prodott bħalu. (vii) Il-profitabbilità (54) F'reviżjoni ta' l-informazzjoni mogħtija mill-produtturi kampjuni tal-Komunità li kkoperaw, il-profitabbilità ta' dawn il-kumpanniji għall-bejgħ nett tagħhom fis-suq liberu kienet riveduta bl-għan ssir determinazzjoni definittiva u dan huma ppreżentati hawn taħt: Egħjun: Tweġibiet għall-kwestjonnarju ta' l-industrija tal-Komunità użata bħala kampjun. | 1999 | 2000 | 2001 | IP | Il-profit | 8,6 % | 13,3 % | 10,4 % | 0,5 % | | 100 | 155 | 122 | 5 | (56) It-tabella hawn fuq turi li waqt il-profitabbilità tas-suq liberu huwa relativament għoli fil-perjodi mill-1999 sa l-2001, matul l-IP, mmarka deterjorazzjoni sinifikanti għall-prattikament punt ta' pariġġ (break-even) dovuta għall-prezzijiet baxxi li ġew mxerrda fis-suq. Għall-profitabbilità li tinkludu l-użu kkontrollat, din ma setgħetx tkun determinata minħabba li t-trasferimenti kkontrollati tal-prodott bħalu kienu trasferimenti interni tal-produtturi integrati, li għalihom l-ebda fattura ma nħarġet. Madankollu, ma hemmx raġuni biex temmen li l-profitabbilità ta' dawn it-trasferimenti kkontrollati f'dawn iż-żewġ kumpanniji konċernati ma segwewx l-istess tendenza bħall-bejgħ fis-suq liberu. (viii) Id-dħul fuq l-investiment, il-likwidità (57) Id-dħul fuq l-investiment ta' l-industrija kampjun tal-Komunità matul il-perjodu huwa ppreżentat hawn taħt: Egħjun: Tweġibiet għall-kwestjonnarju tal-produtturi kampjun ta' l-industija tal-Komunità. | 1999 | 2000 | 2001 | IP | Id-dħul fuq l-investimenti | 43,7 % | 57,2 % | 58,3 % | 2,3 % | (58) It-tabella hawn fuq turi l-istess tendenza bħalma kien proviżjonalment stabbilit u għalhekk il-konklużjonijiet miġbura fi premssa 92 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati hawnhekk. Għad-dħul fuq l-investiment li jikkonċerna t-trasferimenti kkontrollati, għall-istess raġunijiet li ġew spjegati għall-profitabbilità, ma stegħtex issir stima. Madankollu, il-fatt li t-trasferimenti kkontrollati huma magħmula mill-produtturi integrati li jużaw l-istess faċilitajiet tal-produzzjoni u l-istess investimenti, huwa kkunsidrat li huma jsegwu l-istess tendenza bħall-bejgħ fis-suq liberu. (58) Il-produttrui kampjuni ta' l-industrija tal-Komunità irregistraw dħul likwidu nett mill-attivitajiet operattivi matul il-perjodu ta' l-analiżi. Madankollu, dan naqas sostanzjalment matul il-IP kif huwa muri hawn taħt: Egħjun: Twegibiet tal-produtturi kampjun ta' l-industrija tal-Komunità. | 1999 | 2000 | 2001 | IP | EUR '000 mingħajr użu kkontrollat | 1522 | 1757 | 1713 | 398 | Indiċi1999 = 100 | 100 | 115 | 113 | 26 | Id-dħul likwidu espress bħala persentaġġ tal-valur tal-bejgħ | 12 % | 18 % | 13 % | 4 % | (ix) Il-kummenti li waslu mill-partijiet interessati (60) Parti waħda argumentat li l-industrija tal-Komunità ma soffritx ħsara materjali matul il-IP għax l-indikaturi tal-prestazzjoni bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-produttività u s-salarju medju ta' kull impjegat juru żieda matul l-istess perjodu. U aktar, l-industrija li għamlet profitt, għamlet dħul fuq l-investiment u kellha dħul likwidu posittiv. Fir-rigward taż-żieda fil-produzzjoni, għandu jkun nnutat li l-produzzjoni tat-trota qawsalla l-kbira ssegwi ciklu bijoloġiku ta' bejn 2.5-3 snin qabel ma tinġabar u tinbiegħ fis-suq. Żieda fil-produzzjoni matul il-IP hija għalhekk dovuta għad-deċiżjoni ta' l-elevaturi tal-ħut fuq il-kwanitità tal-ħut iż-żgħir mpoġġi fl-ilma fl-1999 u fis-2000 li jirriflettu il-kondizzjonijiet tas-suq ta' dawn is-snin li ma ġewx influwenzati minn oġġetti importati tad-dumping. Fir-rigward taż-żieda tal-produttività, din hija primarjament attribwita għall-investiment fit-tagħmir ġdid li jirrifletti l-isforzi ta' l-industrija tal-Komunità biex tiffaċċja l-prezzijiet baxxi tas-suq u it-tieni għan-nuqqas ta' impiegi, li fil-fatt tirrifletti s-sitwazzjoni serja li qegħda tiffaċċja l-industrija. Għall-profitabbilità u għad-dħul likwidu, it-tnejn immarkati b'nuqqas sostanzjali matul il-IP jirrifletti il-prezzijiet baxxi miksuba fis-suq u s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ta' l-industrija tal-Komunità. (61) Kien argumentat wkoll li l-industrija tal-Komunità ma rnexxiliex iżżid il-produzzjoni biex tilqa' għad-domanda minħabba l-politika tal-liċenzi segwita fil-Komunità.. Għandu jiġi nnutat li l-liċenzi ta' l-ambjent jaffettwaw il-kapaċità tal-produzzjoni, li kif inhi spejgata fil-premessa 81 tar-Regolament provviżorju baqgħet stabbli matul il-perjodu ta' l-analiżi. Madankollu, peress li l-kapaċità tal-produzzjoni ma kienitx użata kollha, kien hemm kapaċità libera li setgħet ġiet użata biex tilqa' għaż-żieda fid-domanda. Għalhekk dan l-argument ma ġietx aċċettat. (62) Kien argumentat ukoll li diversi esportaturi Noverġiżi ibiegħu wkoll trota iżgħar minn 1,2 kg, li tista' tikseb prezz orħos li għalhekk jaffettwa l-analiżi ta' l-istima tal-ħsara. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-kumpanniji kampjuni investigati li jirrappreżentaw approssimattivament 40 % ta' tat-total ta' l-oġġetti Noverġiżi esportati matul il-IP ma nstabux li kellhom xi bejgħ ta' xi tip ta' trota Għalhekk, jista' jiġi assunt li l-kwantitajiet konċernati, jekk hemm huma, negliġġibli, u għalhekk l-impatt fuq l-analiżi hija ugwalment negliġibbli. Għalhekk dan l-argument ma ġiex aċċettat. (63) Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni oħra mogħtija, u waqt li l-figuri li jirrigwardaw l-indikaturi ekonomiċi jiġu kkunsidrati, il-konklużjonijiet mfassla fil-premessi minn 80 sa 90 tar-Regolament provviżorju huma ikkonfermati hawnhekk. 5. Konklużjoni fuq il-ħsara (64) L-użu kkontrollat kien limitat għal żewġ produtturi kampjuni tal-Komunità u ma kienx hemm indikazzjonjonijiet ta' aktar ipproċessar tal-prodott bħalu minn produtturi oħra li jagħmlu parti mill-industrija tal-Komunità. Ukoll, waqt li jiġi kkunsidrat li l-profitti magħmula mill-Komunità bejn l-1999 u l-2001, mhuwiex probabbli li l-użu kkontrollat għandu impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità. Għalhekk, il-konklużjonijiet mfassla mill-analiżi ta' hawn fuq dwar is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità mhumiex kkunsidrati li sa jinbidlu għall-użu kkontrollat. (65) Matul il-perjodu ta' l-analiżi, il-volum ta' l-oġġetti importati bi prezzijiet baxxi min-Norveġja u mill-Gżejjer Faeroe żdiedu b'mod sinifikanti. Is-sehem tagħhom fis-suq żdied minn 3,8 % sa 16,7 %. Huwa stmat li ż-żieda ta' l-oġġetti importati min-Norveġja u mill-Gżejjer Faeroe u t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ kienu partikolarment sostanzjali bejn 2001 u l-IP. Il-volumi ta' l-oġġetti importati matul il-perjodu kienu multiplikati minn b'4 sa b'6 u l-prezzijiet ta' l-oġġetti importati naqsu b'34 %, li naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ fl-industrija tal-Komunità (li kienu viċin għall-punt tal-pariġġ (break-even)) fil-medja ta' bejn 7.3 % u 28.4 % matul il-IP. Dan għandu jidher flimkien ma' l-evoluzzjoni tal-profittabilità ta' l-industrija tal-Komunità li wara l-ewwel nżul fl-2001, niżlu sostanzjalment għal-livell ta' xejn matul il-IP. (66) Fir-rigward ta' l-argument li xi indikaturi dettaljati tal-ħsara żviluppaw posittivament matul il-perjodu ta' l-analiżi u skond dan, ma resqux lejn il-ħsara, l-ewwelnett għandu jiġi nnutat li, skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-ebda mill-fatturi ekonomiċi jew indizji llistjati f'dan l-Artikolu ma għandhom ikunu neċessarjament deċiżivi fid-determinazzjoni tal-ħsara materjali sofferta mill-industrija tal-Komunità. Aktar importanti, waqt li xi indikaturi ekonomiċi li jagħmlu parti mis-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni stabbilita u l-utiliżazzjoni tal-kapaċità, il-produttività, u l-investimenti urew żviluppi posittivi matul il-perjodu ta' l-analiżi, dawn ma kellhomx l-effett posittiv mixtieq. Fil-fatt, l-industrija tal-Komunità soffrit mill-erożjoni ta' l-ishma fis-suq, f'suq li qed jikber għalkemm id-domanda u il-prezzijiet mnaqqsa jirriżultaw f'sitwazzjoni li kważi twassal għal telf matul il-IP li fil-fatt ċaqalqu l-iżviluppi posittivi msemmija qabel. (67) Waqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi kollha msemmija hawn fuq, huwa kkunsidrat li l-industrija tal-Komunità soffrit ħsara materjali. G. KAWŻAZZJONI (68) Kien argumentat li t-tnaqqis fl-esportazzjoni Norveġiża tat-trota qawsalla l-kbira ma għandiex tkun kkunsidrata bħala sinfikanti u ta' ħsara għall-industrija tal-Komunità. F'dan is-sens, l-ewwelnett għandu jkun nnutat li t-tnaqqis li nstab huwa sinifikanti meta jiġu meqjusa l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott konċernat.: it-trota qawsalla il-kbira hija kommodità u hija sensittiva għall-inżul u t-tlugħ fil-prezzijiet. Ukoll, l-industrija tal-Komunità hija frammentata u għalhekk, ma tistax timponi il-prezzijiet fis-suq. Dawn il-fatturi flimkien jispjegaw l-impatt ta' ħsara li kellu l-livell ta' nżul fil-prezz misjub fuq l-industrija tal-Komunità. (69) Kien argumentat wkoll li l-IP ħabat ma' żmien ħazin temporanju u ċikliku ta' offerta u domanda fis-suq tad-dinja għat-trota. Minħabba li d-deċiżjonijiet ta' l-investimenti isiru sentejn jew tlieta qabel il-prodott jinħareġ fis-suq, l-istabbilità tal-prezzijiet titħawwad minn żmien għal żmien. (70) F'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi nnutat li jekk is-suq tal-Komunità kellu matul il-perjodu ta' l-analiżi domanda żejda bħala riżultat tan-nuqqas, din normalment tgħolli il-prezzijiet, hekk kif il-konsumaturi jinnegozjaw il-prezz minħabba dik id-domanda żejda. Madankollu, minflok, il-waqa' sostanzjali fil-prezzijiet seħħet fl-2001u matul il-IP, li fin-nuqqas ta' spjegazzjonijiet oħra possibli, għandha tkun attribwita lill-oġġetti mportati tad-dumping min-Norveġja u l-Gżejjer tal-Faeroe. (71) Kien argumenntat ukoll li t-trota qawsalla l-kbira hija kommodità billi il-prezzijiet fid-dinja huma stabbiliti fis-suq dominanti tal-Ġappun, u dak tal-Komunità jsegwu dawn il-prezzijiet li niżlu b'mod sinifikanti matul l-istess perjodu. F'dan ir-rigward, għandu jkun nnutat fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Federazzjoni Norveġiża għall-Frott tal-Baħar fuq il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet bl-ingrossa Ġappuniżi għat-trota Norveġiża ffriżata għall-perjodu mill-1997 sal-2003, il-prezzijiet fis-suq Ġappuniż waqgħu kontinwament matul il-perjodu ta' l-analiżi kollu, waqt li jkunu kkunsidrati l-inżul u t-tlugħ tar-rati tal-kambju tal-muniti. Madankollu, l-argument li l-prezzijiet tat-trota qawsalla l-kbira huma stabbiliti fid-dinja mis-suq Ġappuniż, ma kienx konfermat mis-sejbiet ta' l-investigazzjoni. Billi huwa veru li l-prezzijiet fil-Komunità niżlu sostanzjalment matul il-IP, bħalma ġara mill-prezzijiet fis-suq Ġappuniż, kienu miżmuma fuq livell raġjonevoli fl-1999 u wkoll żdiedu fl-2000, kuntrarju għal dawk fil-Ġappun. Matul l-istess perjodu, l-oġġetti mportati min-Norveġja u l-Gżejjer tal-Faeroe segwew l-istess tendenza bħall-prezzijiet fil-Komunità waqt f'termini ta' volum huma żammu livell baxx. Kien biss fl-2001, meta il-prezzijiet fis-suq Ġappuniż laħaq livell baxx ħafna, l-oġġetti importati tad-dumping fil-Komunità min-Norveġja u mill-Gżejjer Faroe żdiedu sostanzjalment, primarjament sa tlett darbiet aktar mill-volum ta' sena 2000. Għalhekk din iż-żieda hija direttament attribwita lill-bejgħ fuq is-suq tal-Komunità ta' parti mill-produzzjoni żejda dovuta għat-tnaqqis fl-oġġetti esportati tagħhom fuq il-waqa' tas-suq fil-Ġappun. Fuq il-bażi ta' hawn fuq, għalhekk l-argument ma ġiex aċċettat. (72) Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida oħra mogħtija dwar il-kawżazzjoni, is-sejbiet u l-konklużjoni milħuqa, kif stabbiliti fil-premessi minn 109 sa 120 tar-Regolament provviżorju, huma kkonfermati hawnhekk. H. INTERESS TAL-KOMUNITÀ (73) Wara l-imposizzjoni tal-miżuri proviżjonali, xi Assoċċjazzjonijiet tal-industriji tal-ipproċessar tal-ħut issottomew kummenti li jopponu dawk il-miżuri. Għalhekk kwestjonarju kien indirizzat lilhom, u kienu mistiedna li jissottomettu r-risposti tagħhom, fuq liema bażi kien magħmul assessar tal-effetti ekonomiċi tal-miżuri ta' kontra d-dumping għal dawn il-partijiet. Parti waħda irrispondiet u ssottomettiet informazzjoni dwar sebgħa mill-kumpanniji membri tagħha. A bażi ta' din l-informazzjoni, li kienet ikkonsolidata għas-seba' kumpanniji, kien konkluż illi l-impatt ekonomiku tal-miżuri ta' kontra d-dumping fuq kumpanniji li jipproċessaw il-ħut jkun negliġibbli. L-argument tagħhom għalhekk kien miċħud. (74) Parti waħda argumentat illi l-prodott konċernat minn Norveġja huwa ta' kwalità aħjar u illi l-imposizzjoni ta' miżuri definittivi inaqqsu l-provvista tat-trota ta' kwalità minn Norveġja. Dan ikun ta' detriment għall-importaturi involuti u wkoll għall-konsumaturi billi l-prezzijiet x'aktarx jogħ lew minħabba li tkun imnaqqsa l-provvista minn Norveġja. L-effett ta' provvista inqas minn Norveġja x'aktarx illi jkun qawwi partikolarment fis-sajf u l-ġranet bikrin tal-ħarifa meta l-provvista mill-industrija Finlandiża tkun waħda baxxa. Barra minn hekk, kien argumentat illi l-imposizzjoni tal-miżuri ta' kontra d-dumping jirriżultaw f'ridirezzjoni dewwiema ta' attivitajiet ta' bejgħ ta' esportaturi Norveġiżi mill-Komunità għal swieq oħrajn, li min naħa tagħhom ikunu ta' detriment għall-importaturi u konsumaturi fil-Komunità. (75) Rigward id-differenzi fil-kwalità, għandhu jkun innutat illi kienu kkonsidrati f'tipi differenti tal-prodotti konċernati u b'hekk kienu eżaminati fil-kalkolazzjonijiet ta' dumping u l-istima tal-ħsara. Rigward iż-żieda fil-prezzijiet fil-Komunità minħabba fornitura aktar baxxa minn Norveġja, għandhu jkun enfasizzat illi l-għan tad-dmirijiet ta' kontra d-dumping huwa illi jerġa jkun hemm "kondizzjonijet ugwali", aktar milli li ma titħallix aċċess lis-swieq tal-Komunità. Rigward l-effett tal-miżuri fuq is-suq Finlandiż minħabba fornitura aktar baxxa partikolarment fi żmien is-sajf, għandhu jkun innutat illi s-suq Finlandiż mhuwiex kkonsidrat bħala suq separat skond l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-kondizzjonijiet tal-provvista u tad-domanda huma ddeterminati fuq livell tas-suq tal-Komunità kollha fejn l-importazzjonijiet Norveġiżi jikkompetu mall-produtturi tal-Komunità. Dwar il-possibilità illi produtturi Norveġiżi li jesportaw fi żmien is-sajf meta l-provvista fis-suq Finlandiż hija baxxa, dan huwa vantaġġ komparattiv. Jekk dan il-vantaġġ jeżisti, ma jkunx affettwat bl-imposizzjoni ta' miżuri kontra d-dumping, u għalhekk l-produtturi Norveġiżi li jesportaw ikomplu jibbenefikaw mill-vantaġġ. (76) L-istess parti argumentat illi mindu kien hemm l-imposizzjoni tal-miżuri proviżjonali, espostazzjoni Norveġiża ta' troti fl-ispeċi ta' large rainbow għall-Komunità naqsu b'aktar minn 60 fil-mija meta kkomparati mall-istess perjodu tal-2002. Dan it-tnaqqis fil-provvista jidher x'atarx illi tiżdied fil-futur meta wieħed iqies il-livell dejjem nieżel fil-produzzjoni tat-troti fl-ispeċi ta' large rainbow fin-Norveġja, u li jkun ta' detriment għall-importaturi, għall-industrija tal-ipproċessar u għall-konsumaturi fil-Komunità. (77) F'dan ir-rigward, għandhu jkun primarjament innutat illi l-miżuri ta' kontra d-dumping huma intiżi illi jergħu jġibu "kondizzjonijet ugwali", aktar milli li ma titħallix aċċess lis-swieq tal-Komunità. F'dan il-kuntest, huwa ta' interess illi jkun innotat illi l-importazzjonijiet tkomplew f'livell komparabbli ma' dawk tal-1999 u tal-2000, qabel ma kien hemm żieda ogħlja fl-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping fl-2001. Rigward l-livell li qed jonqos fil-produzzjoni fin-Norveġja, ma ngħatat l-ebda xhieda konvinċenti li tindika illi din is-sitwazzjoni kienet ser tkompli u ssir ta' dejjem. Flimkien ma' dan, kwalsiasi tnaqqis jista', f'kull eventwalità, ma jaffettwax verament l-esportazzjonijiet fis-suq tal-Komunità jekk il-kondizzjonijiet tal-provvista fi swieq oħra ta' importazzjoni kienu aktar favorevoli minn dawk għall-Komunità fil-ħin tal-esportazzjonijiet. Fuq din il-bażi, l-argument kien miċħud. (78) Diversi assoċċjzzjonijiet tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut argumentaw illi ma ngħatatx attenzjoni biżżejjed għall-eżistenza tal-oqsma tas-suq differenti (ħut intier, iffilitjati, bajd tal-ħut u ħut ffumigat) u ipprezzar differenti ta' dawn l-oqsma. Barra minnhekk, kien argumentat illi t-trota fl-ispeċi ta' large rainbow li kienet imrobbija fl-ilmiet mielħa tan-Norveġja għandha pożizzjoni speċifika fuq is-suq u illi jekk wieħed jirrestrinġi l-aċċess ta' dan l-oriġinu speċifiku tal-prodott bl-imposizzjoni ta' taxxa ogħlja ma tkunx iffavorita l-kompetizzjoni ħielsa. (79) Fl-ewwel lok, wieħed għandhu jinnota illi t-trota ffumugata u l-bajd tal-ħut mhumiex soġġetti għal din l-investigazzjoni. Dwar ħut intier u ffilitjat, kienu kkonsidrati bħala tipi differenti tal-prodott ikkonċernat u kienu eżaminati bħala tali fil-kalkolazzjonijiet tad-dumping u fl-istima tagħhom tal-ħsara. Għalhekk, l-ipprezzar different ta' oqsma fis-suq differenti kien verament mittieħed in konsiderazzjoni. Dwar l-oriġini speċifika tal-prodott, l-investigazzjoni stabbilit illi l-prodotti esportati minn Norveġja u mill-Gżejjer tal-Faeroe u l-prodotti mibjugħa minn produtturi tal-Komunità kienu l-istess fil-karatteristiċi kollha essenzali tagħhom u fl-użu. (80) Barra minnhekk, kien argumentat illi t-trota kbira irħisa, l-aktar minn produzzjoni Finlandiża, kienet mibjugħa primarjament għas-suq tal-konsumatur bħala ħut intier jew iffilitjat, meta min jipproċessa ma jużawx ħafna minnha. Dan l-argument ma kienx sostanzjat. B'kuntrast, a bażi tal-informazzjoni pprovduta minn kumpanniji Finlandiżi li kkoperaw, ma kienx misjub biss illi l-produzzjoni tagħhom kienet mibjugħa wkoll lil min jipproċessa, iżda numru minnhom ipproċessaw iktar huma stess il-prodott ikkonċernat qabel ma kien bijugħ fis-suq. Barra minnhekk, it-tnaqqis sinjifikanti stabbilit għall-importazzjonijiet minn Norveġja u mill-Gżejjer tal-Faeroe jindika illi importazzjonijiet irħas minn Norveġja u mill-Gżejjer tal-Faeroe kienu attraenti għal min jipproċessa minħabba l-prezz baxx tagħhom. Dan l-argument gġalhekk kien miċħud. (81) Kien argumentat ukoll illi s-suq tal-Komunità irreġistra prezzijiet ogħla wara l-IP u għalhekk ġab fit-tmiem perjodu ta' prezz baxx għat-trota, u illi huwa verament probabbli illi l-prezzijiet se jibqgħu f'livell relattivament ogħli f'terminu qasir/medju. L-ewwelnett għandhu jkun innotat illi, in linea mall-prattiċi konsistenti tal-Komunità, ġrajjiet relatati ma' perjodu sussegwenti għal perjodu ta' investigazzjoni jista' jittiħedu in konsiderazzjoni biss jekk ikunu manifesti, mhux disputibbli jew li jibqgħu. Madankollu, din l-evoluzzjoni ta' prezzijiet ma kienitx sostanzjata u ma kienux ipprovduti elementi illi wrew illi fin-natura tagħha setgħet tkun għal dejjem,. Għalkemm il-prezzijiet wara l-IP instab illi kienu verament ogħlew, dan il-fatt ma jikkonstitwix evidenza propja għall-prezzijiet futuri, li huma ddeterminati a bażi tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda. F'dan ir-rigward, għandhu jkun innotat illi, b'kuntrast ma' previżjoni possibbli tal-provvista, huwa veru diffikultuż illi tantiċipa d-domanda minħabba illi hemm ħafna fatturi li joqogħdu fuq xulxin fis-suq illi jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-prezzijiet. F'kull każ, ma kienet provvduta l-ebda informazzjoni sabiex tissostanzja estimu ta' dawn iż-żeġ fatturi. Gġalhekk, dan l-argument kien miċħud. (82) Kien ukoll argumentat illi d-dwana fuq l-importazzjonijiet tikkawża awment fil-prezzijiet, min jipproċessa jdur għal tip ieħor ta' ħut bħas-salamun u l-bdiewi tal-Komunità jiffaċċjaw diffikultajiet rigward il-bejgħ tagħhom tat-trota. Għalhekk, il-pretensjoni kienet illi l-miżuri ta' kontra d-dumping ma jkunux fl-interess tal-produtturi. (83) Dwar l-awmentar fil-prezzijiet, il-miżuri ta' kontra d-dumping verament huma intiżi sabiex iżidu l-prezzijiet iddumpjati, u għalhekk ineħħu l-impatt daneġġevoli sofert mill-industrija tal-Komunità. Ma jistgħax ikun eskluż ukoll illi jkun hemm sotituzzjoni, meta wieħed jikkonsidra is-sotitwibbilità tat-trota tal-ispeċi large rainbow bis-salamun u l-prezz differenti bejniethom. Ġeneralment, fejn awment fil-prezz jgħin lill-industrija tal-Komunità tirkupra l-profittabilità, esportaturi oħra li mhumiex fil-mira tal-miżuri kif ukoll l-industrija tal-Komunità via użu ogħla tal-kapaċità tal-produzzjoni jista' jżid il-provvista tagħhom, li min naħa tagħhom għandhom iżommu r-ritmu mad-domanda u jsibu bilanċ ġdid f'livell irħas ta' prezzijiet. F'dan ir-rigward, wieħed għamdhu jinnota illi sostituzzjoni bis-salamun għandhu l-istess effett fuq il-prezzijiet. Bħala konklużjoni, għalkemm d-dwana ta' kontra d-dumping hija intiża sabiex terġa' iġġib "kondizzjonijet ugwali", il-forza rebbieħa tas-suq tistabilixxi l-prezzijiet. (84) Parti waħda argumentat illi l-assenza tar-reazzjoni min naħa tagħha li tirrapreżenta l-interessi tal-assoċċjazzjonijiet tal-konsumatur m'għandhiex tkun interpretata bħala nuqqas ta' interess, u wisq inqas m'għandha tkun użati sabiex ikun konkluż illi l-impatt ta' kwalsiasi miżuri ta' kontra d-dumping jkunu limitati. Għalhekk talbet illi l-premessa 117 tar-Regolament proviżjonali ikun emendat skond l-istess. L-instituzzjonijiet ħadu nota ta' dawn il-pretensjonijiet. Madankollu, fl-assenza ta' kwalsiasi informazzjoni sostanzjata, il-pretensjoni m'għandhiex effett fuq il-konklużjonijiet tar-Regolament proviżjonali dwar l-interess tal-Komunità. (85) Il-Federazzjoni tal-Industrija Finlandiża tal-Ikel u Xorb issottomettiet il-kummenti li xorta waħda ma setgħux jittieħdu in konsiderazzjoni għall-għanijiet tas-sejbiet definittivi minħabba illi kienet naqset milli turi lilha innifisha bħala parti interessata kemm fil-limiti taż-żmien imposti fin-notifika li bdiet dawn il-proċeduri, jew fil-limiti ta' żmien imniżżla fl-Artikolu 2 tar-Regolament proviżorju. Barra minnhekk, l-allegazzjonijiet magħmula minn din il-federazzjoni kienu espressament miċħuda mill-membri tagħha meta kooperaw mal-investigazzjoni. (86) Fl-assenza ta' kwalsiasi informazzjoni ġdida sottomessa fl-interess tal-Komunità, l-iskoperti u l-konklużjonijiet mittieħda, kif imniżżla fil-premessi 109 sa 120 tar-Regolament proviżorju, huma hawnhekk ikkonfermati. I. MIŻURI DEFINITTIVI TA' KONTRA D-DUMPING (87) In vista tal-konklużjonijiet milħuqa dwar id-dumping, danni, kawżazzjonijiet u interess tal-Komunità, huwa kkonsidrat illi miżuri definittiva ta' kontra d-dumping għandhom ikunu imposti sabiex ma jitħallix aktar danni jkunu kkawżati lill-industrija tal-Komunità b'importazzjonijiet iddumpjati minn Norveġja u mill-Gżejjer tal-Faroe. 1. Livell ta' eliminazzjoni ta' Danni (88) Ibbażat fuq il-metodoloġija kif spjegata fil-premessi 121 sa 125 tar-Regolament proviżorju, livell ta' eliminazzjoni ta' danni kien ikkalkolat bil-għan illi jistabbilixxi l-livell ta' miżuri li għandhom ikunu imposti definittivament. (89) L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw illi konsiderazzjoni ta' marġinu ta' profitt normali ta' 12 % huw ogħli wisq. Kien sottomess ukoll illi l-perjodu ta' analiżi ma kienx rappreżentattiv tas-sitwazzjoni kompetittiva normali, minħabba illi l-marġini ta' prezzijiet u profitti, skond l-industrija, kienu partiklarment ogħljin matul dawn is-snin meta kkomparati mas-sitwazzjoni medja fl-industrija. (90) L-ewwelnett, għandhu jkun innotat illi dan l-argument ma kiens sostanzjat. Fit-tieni lok, in-niżla riġida fil-prezzijiet tat-troti Norveġiżi fis-suq Ġappuniż kif spjegat fil-premessa 71 seta' kellha impatt sinjifikati fuq il-profitti realizzati mill-industrija Norveġiża waqt il-perjodu tal-analiżi. Madankollu din in-niżla fil-prezzijiet ma seħħitx fil-Komunità qabel il-mewġa ta' importazzjonijiet iddumpjati, meta kienet tipprevali sitwazzjoni normali kompetittiva. Għalhekk, l-argument illi l-perjodu ta' analiżi ma kienx rappresentant tas-sitwazzjoni kompetittiva normali kien miċħud. (91) Madankollu, a bażi tal-figuri riveduti li jikkonċernaw il-profittabilità tal-industrija tal-Komunità l kif spjegat fil-premessa 55, livell ta' profitt ta' 10 % kienet ikkonsidrata bħala waħda xierqa illi l-industrija tal-Komunità kienet kapaċi tottjeni fl-assenza ta' dumping daneġġevoli. (92) Parti waħda argumentat illi gradi differenti ta' kwalità ta' prodotti simili ma kinux ikkonsidrati xierqa bir-riżultat illi kien hemm ċerti nkonsistenzajiet mall-prezzijiet li kienu mmirati. (93) Kien verament misjub illi xi transazzjonijiet kienu rrekordjati ħażin ai termini ta' kwalità minħabba il-misinterpretazzjoni ta' xi fatturi. It-transazzjonijiet rilevanti għalhekk kienu kollha kkoreġuti u kienu magħmula kalkolazzjonijiet mill-ġdid sabiex ikunu ddeterminati marġini ta' tnaqqis fil-prezzijiet u ta' danni. Barra minnhekk, kienu magħmula korrezzjonijiet sabiex tittieħed in konsiderazzjoni il-kwota ta' dwana ħielsa mogħtija lill-Gżejjer tal-Faeroe. (94) A bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġini ġodda ta' eliminazzjoni ta' danni illi kienu misjuba huma ppreżentati hawn taħt: | Marġini ta' eliminazzjoni ta' ħsara | In-Norveġja | 19,9 % | Il-Faeroe | | P/F Vestsalmon (għal prodotti li kienu provvduti mill-P/F Vestlax) | 43,8 % | P/F PRG Export (għal prodotti li kienu provvduti P/F Luna) | 54,4 % | Oħrajn li qed jikkoperaw | 49,3 % | (95) Fl-assenza ta' kummenti oħra magħmula, il-metodoloġija wżata sabiex ikun stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni ta' danni kif deskritt fil-premessi 121 sa 125 tar-Regolament proviżorju kienet ikkonfermata. 2. Forom u livelli tad-dmirijiet (96) Fid-dawl tal-intqal u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, miżuri ta' kontra dumping definittivi għandhom ikunu imposti in rigward ta' importazzjonijiet li joriġinaw fin-Norveġja u fil-Gżejjer tal-Faeroe. Il-miżuri għandhom ikunu imposti fil-livell ta' marġini ta' danni jew marġini misjuba ta' dumping, liema l-aktar baxx minnhom. M'hemm l-ebda raġuni għaliex dawn il-miżuri m'għandhomx, bħall-miżuri proviżjonali, jieħdu l-forma ta' taxxa ad valorem. (97) Wara l-imposizzjoni ta' kwalsiasi miżuri definittivi, il-Kummissjoni għandha teżamina l-iżviluppi fis-suq, u partikolarment l-effett tal-tkabbir tas-suq tal-Komunità mqiegħedha fis-suq, u tipproponi kambjamenti fl-applikazzjoni tal-miżuri, jekk meħtieġa. 3. Kollezzjoni ta' dmirijiet proviżżjonali (98) In vista tal-daqs tal-marġini tad-dumping misjuba u fid-dawl tad-danni kkważati lill-industrija tal-Komunità, huwa kkonsidrat neċessarju illi l-ammonti protetti bid-dwana ta' kontra d-dumping proviżjonali, imposta mir-Regolament proviżjonali, għandhom ikunu miġbura definittivament fir-rata ta' dwana imposta definittivament. Meta d-dwana definittiva hija ogħla mid-dwana proviżjonali, dawk l-ammonti protetti fuq livell ta' dwana proviżjonali għandhom ikunu definittivament miġbura. (99) Kwalsiasi pretensjoni li titlob applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dwana ta' kontra d-dumping ta' dawn il-kumpanniji individwali (eż. wara kambjament fl-isem tal-entità jew l-istabbiliment ta' produzzjoni ġdida jew entitajiet ta' bejgħ) għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni [4] flimkien mall-informazzjoni kollha rilevanti, partikolarment kwalsiasi modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija li għandhom rabta mall-produzzjoni, bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċċjati magħhom, bħal pereżempju, dak il-kambjament fl-isem jew il-kambjament fil-produzzjoni u l-entitajiet ta' bejgħ. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mall-Kummitat tal-Pariri, temenda r-Regolament kif meħtieġ billi taġġorna il-lista ta' kumpanniji li jibbenefikaw minn rati ta' dwana individwali. 4. Impriżi (100) Il-Kummissjoni permezz tar-Regolament Nru 117/2004 tat-23 ta' Jannar 2004 li jemenda r-Regolament proviżżjonali aċċettat l-impriża offruta miż-żewġ produtturi illi jesportaw fil-Gżejjer tal-Faeroe. Ir-raġunijiet għall-aċċettazzjoni ta' dawn l-impriżi huma mniżżla f'dan ir-Regolament. Il-Kunsill jirrikonoxxi illi l-impriżi eliminaw l-effett daneġġjanti tad-dumping. Flimkien ma' dan, il-kumpanniji għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjonijiet tagħhom fil-Komunità, li jfisser illi l-impriżi jistgħu jkunu mmonitorjati effettivament mill-Kummissjoni. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, huwa kkonsidrat illi r-riskju taċ-ċirkumvenzjoni tal-impriżi kif miftehma huwa llimitat. (101) Qed jiġi muri illi, fl-eventwalità illi jkun hemm uspett ta' ksur fil-ftehim, kisra jew irtirazzjoni tal-impriża, tista' tkun imposta taxxa ta' kontra d-dumping, skond l-artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dmir definittiv ta' kontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta' trota tal-ispeċi large rainbow (Oncorhynchus mykiss) kemm jekk friska, imkessħa jew iffriżata, kemm jekk f'forma ta' ħuta intiera (bir-ras u galġi, jekk imnaddfa, li tiżen aktar minn 1,2 kg il-waħda jew jekk mingħajr ras, galġi jew imnaddfa, tiżen aktar minn 1 kg kull waħda) jew jekk fil-forma ta' fillets (tiżen aktar minn 0,4 kg il-waħda), li bħalissa hija klassifikabbli fil-kodiċi CN 03021120 , 03032120, 03041015 u 03042015, li joriġinaw fin-Norveġja jew fil-Gżejjer tal-Faeroe. 2. Ir-rata tad-dmir definittiv ta' kontra d-dumping applikabbli, qabel id-dwana, għall-prezz nett ħieles – fuq- fruntieri tal-Komunità għal prodotti deskritti fil-paragrafu 1 prodotti minn kumpanniji fin-Norveġja għandha tkun 19,9 %. Ir-rata tad-dmir definittiv ta' kontra d-dumping applikabbli, qabel id-dwana, għall-prezz nett ħieles – fuq- fruntieri tal-Komunità għal prodotti deskritti fil-paragrafu 1 prodotti minn kumpanniji mniżżla hawn isfel mill-Gżejjer tal-Faroe għandha tkun kif ġejj: Produtturi | Dmir ta' kontra d-dumping definittiv (%) | Kodiċi addizzjonali tat-TARIC | P/F PRG flimkien mall-produttur rilatat miegħu P/F Luna, FO-510 Gøta | 54,4 % | A474 | P/F Vestsalmon flimkien mall-produttur rilatat miegħu P/F Vestlax, P.O. Box 82, FO-410 Kollafjørður | 30,0 % | A475 | P/F Alistødin Á Bakka, Bakkavegur FO-625 Glyvrar | 42,6 % | A476 | P/F, FO-900 Vágur, | 42,6 % | A477 | East Salmon, Box 177, FO-700 Klaksvík | 42,6 % | A478 | Funningslaks PF, Miðrás 3, FO-100 Tórshavn | 42,6 % | A479 | Gulin PF, Miðrás 3, FO-100 Tórshavn | 42,6 % | A480 | P/F Hellisvað, FO-727 Árnafjørður | 42,6 % | A481 | Kalbaks Í Brekkum 1, FO-530 Fuglafjørður Laksaaling PF, | 42,6 % | A482 | Navir, P/F, Argjabodagøta 7, FO-160 Argir | 42,6 % | A483 | Il-kumpanniji l-oħra kollha | 54,4 % | A999 | 3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw. Artikolu 2 Importazzjonijiet taħt wieħed mill-kodiċi addizzjonali TARIC li ġejjin li huma prodotti u esportati direttament (i.e. imsiefra u li għalihom nħarġet fattura) minn kumpannija msemmija hawn isfel għall-kumpannija fil-Komunità liema kumpannija hija importatur għaliha għandha tkun eżentata minn dmirijiet ta' kontra d-dumping impost bl-Artikolu 1 kemm-il darba l-oġġetti huma importati in konformità mall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1628/2003. | Fabbrikant | Kodiċi addizzjonali tat-TARIC | Gżejjer tal- Faeroe | P/F PRG Export flimkien mall-produttur rilatat miegħu P/F Luna, FO-510 Gøta | A474 | Gżejjer tal- Faeroe | P/F Vestsalmon flimkien mall-produttur rilatat miegħu P/F Vestlax, P.O. Box 82, FO-410 Kollafjørður | A475 | Artikolu 3 In rigward ta' prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw minn Norveġja u mill-Gżejjer tal-Faeroe, l-ammonti miżmuma fis-sħieħ permezz tad-dmirijiet ta' kontra d-dumping skond ir-Regolament (KE) Nru 1628/2003 għandhom ikunu miġbura skond ir-regoli mogħtija hawn isfel. L-ammonti miżmuma fis-sħieħ li jaqbżgħu r-rati definittivi tad-dmirijiet kontra d-dumping għandhom ikunu rilaxxati. Fejn id-dmirijiet definittivi huma ogħla mid-dmirijiet proviżżjonali, l-ammonti biss miżmuma fis-sħieħ fuq il-livell ta' dmirijiet proviżjonali għandhom ikunu miġbura definittivament. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Marzu 2004. F'isem il-Kunsill Il-President D. Ahern [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1). [2] ĠU L 232, tat-18.9.2003, p. 29. kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 117/2004 (ĠU L 17, ta' l-24.1.2004). [3] OJ L 133, 29.5.2003, p. 1. [4] Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ - Direttorat B - J-79 5/17 Rue de la Loi/Wetstraat 200 B 1049 Brussel. --------------------------------------------------