EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0623

2008/623/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Lulju 2008 dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-Estonja fl-2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3723)

ĠU L 200, 29.7.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/623/oj

29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-24 ta' Lulju 2008

dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-Estonja fl-2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3723)

(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)

(2008/623/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skond l-Artikolu 4(2) ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiksbu kontribut finanzjarju lejn l-ispejjeż ta' ċerti miżuri għall-qerda tal-marda ta' Newcastle.

(2)

L-Artikoli 3(5) u 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxu regoli dwar il-perċentwali tan-nefqa mġarrba mill-Istat Membru li jista’ jkun kopert mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

(3)

Il-ħlas ta’ kontribut finanzjarju tal-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-marda ta' Newcastle huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2).

(4)

Tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle feġġew fl-Estonja fl-2007. Il-preżenza ta’ din il-marda tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. L-Estonja ħadet miżuri, skond l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, biex jiġu miġġielda dawk it-tifqigħat.

(5)

L-Estonja kienet konformi għal kollox ma’ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Fis-6 ta’ Ottubru 2007, l-Estonja ppreżentat stima ta’ l-ispejjeż li ġġarrbu biex ittieħdu l-miżuri għall-qerda tal-marda ta' Newcastle.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Estonja

Kontribut finanzjarju mill-Komunità tista' tingħata lill-Estonja għan-nefqa li ġarrab dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skond l-Artikolu 3(2) u 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-2007.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Estonja.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


Top