EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1208
Council Decision (EU) 2021/1208 of 19 July 2021 amending Decision 2003/76/EC establishing the measures necessary for the implementation of the Protocol, annexed to the Treaty establishing the European Community, on the financial consequences of the expiry of the ECSC Treaty and on the Research Fund for Coal and Steel
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1208 tad-19 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1208 tad-19 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar
ST/9399/2021/REV/1
ĠU L 261, 22.7.2021, p. 54–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1208
tad-19 ta’ Lulju 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 37) dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar skada fit-23 ta’ Lulju 2002 f’konformità mal-Artikolu 97 ta’ dak it-Trattat. L-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) ġew ittrasferiti lill-Unjoni fl-24 ta’ Lulju 2002. |
(2) |
F’konformità mal-Protokoll (Nru 37), il-valur nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, kif jidhru fuq il-karta tal-bilanċ tal-KEFA tat-23 ta’ Lulju 2002, irid jiġi kkunsidrat bħala assi maħsubin għar-riċerka fis-setturi marbutin mal-industrija tal-faħam u l-azzar, imsejħa “KEFA f’likwidazzjoni” u, meta titlesta l-likwidazzjoni, imsejħa “assi tal-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar ”. |
(3) |
Il-Protokoll (Nru 37) jipprevedi wkoll li d-dħul minn dawk l-assi, imsejħa “Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar” (RFCS, Research Fund for Coal and Steel), għandu jintuża esklużivament għar-riċerka, ’il barra mill-programm qafas ta’ riċerka, fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u l-azzar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll (Nru 37) u tal-atti adottati abbażi tiegħu. |
(4) |
Fl-1 ta’ Frar 2003, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2003/76/KE (2), li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Protokoll (Nru 37). |
(5) |
Minħabba l-kuntest ta’ rati baxxa tal-imgħax, id-dħul assenjat għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka għall-faħam u l-azzar qed jonqos b’rata mgħaġġla. Dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn il-baġit minimu kritiku meħtieġ għall-organizzazzjoni ta’ sejħa annwali għall-proposti għall-programm ta’ riċerka tal-RFCS (il-“programm”) jaf ma jintlaħaqx. Baġit minimu kritiku għall-organizzazzjoni ta’ sejħa huwa meħtieġ sabiex il-programm jipprovdi appoġġ sinifikanti għal proġetti ta’ riċerka kollaborattiva siewja li jkollhom il-massa kritika u l-valur miżjud tal-Unjoni għat-titjib tas-sostenibbiltà, tal-kompetittività, tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali fis-setturi marbutin mal-industrija tal-faħam u l-azzar. |
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tappoġġa teknoloġiji rivoluzzjonarji u nodfa tal-azzar li jwasslu għal produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero sal-2030. Biex dan ikun possibbli, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tesplora jekk tistax tintuża parti mill-finanzjament permezz tal-KEFA f’likwidazzjoni. |
(7) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni kkunsidrat li, sabiex jitwettqu l-objettivi tal-Unjoni, kien hemm bżonn ta’ reviżjoni tal-bażijiet ġuridiċi tal-RFCS biex ikunu jistgħu jintużaw l-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, meta titlesta l-likwidazzjoni, l-assi tar-RFCS. |
(8) |
Jenħtieġ li jiġi permess il-bejgħ ta’ sehem mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, meta titlesta l-likwidazzjoni, mill-assi tar-RFCS għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka fis-setturi tal-faħam u l-azzar bil-kondizzjoni li jinżammu riżervi biex jiġu garantiti l-obbligi limitati li jifdal li jirriżultaw minn kwalunkwe obbligazzjoni mhux prevedibbli u bil-kondizzjoni li parti raġonevoli tal-assi li m’għadhomx meħtieġa biex jiggarantixxu dawk l-obbligi tiġi investita biex tiġġenera dħul. |
(9) |
Il-bejgħ ta’ sehem mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, meta titlesta l-likwidazzjoni, mill-assi tar-RFCS jistgħu jkunu meħtieġa biex jipprovdu allokazzjoni annwali ta’ EUR 111-il miljun lir-RFCS sas-sena 2027. Dik l-allokazzjoni ser tintuża kif ġej: EUR 40 miljun fis-sena ser jiffinanzjaw ir-riċerka kollaborattiva fis-setturi tal-faħam u l-azzar u l-EUR 71 miljun li jifdal ser jiffinanzjaw teknoloġiji rivoluzzjonarji li jwasslu għal produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero u proġetti ta’ riċerka għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta ta’ minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, u l-infrastruttura relatata skont il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta u f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2003/76/KE. Il-possibbiltà li jinbiegħ sehem mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, meta titlesta l-likwidazzjoni, mill-assi tar-RFCS hija limitata għall-finanzjament tal-allokazzjonijiet annwali għas-snin finanzjarji 2021–2027. |
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-RFCS ma jkunx iffinanzjat biss mid-dħul nett mill-investimenti iżda wkoll, fejn ikun meħtieġ, mid-dħul iġġenerat mill-bejgħ ta’ parti mill-assi tar-RFCS sal-ammont previst għall-perijodu 2021–2027. |
(11) |
Id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxi l-proċedura għall-adozzjoni tal-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-ġestjoni tal-assi u dawk li jistabbilixxu l-proċedura għall-adozzjoni tal-linji gwida tekniċi pluriennali għall-programm jenħtieġu jitħassru għaliex huma [koperti mill-Artikolu 2(2) tal-Protokoll (Nru 37) u għalhekk huma] superfluwi. |
(12) |
Il-mekkaniżmu ta’ livellar imsemmi fl-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2003/76/KE għandu jiġi abolit billi dan huwa meqjus bħala obsolet. |
(13) |
Jenħtieġ li jiddaħħal paragrafu ġdid mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/76/KE, sabiex jippermetti t-tħassir ta’ pretensjonijiet abbażi tal-prinċipji stabbiliti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-“Regolament Finanzjarju”). |
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2003/76/KE tiġi emendata skont dan, |
ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/76/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1 jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Il-Kummissjoni għandha tħassar il-pretensjonijiet, anke qabel ma jiġu eżawriti r-rimedji kollha msemmija, fil-każijiet li ġejjin:
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 1. L-assi għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni b’tali mod li tinżamm allokazzjoni annwali tal-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar ta’ EUR 111-il miljun sas-sena 2027 għall-finanzjament tar-riċerka fis-setturi marbutin mal-industrija tal-faħam u l-azzar, u jiġifieri EUR 40 miljun għall-finanzjament tar-riċerka kollaborattiva f’dawk is-setturi u EUR 71 miljun għall-finanzjament tar-riċerka għal teknoloġiji rivoluzzjonarji li jwasslu għal produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero u proġetti tar-riċerka għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta ta’ minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, u l-infrastruttura relatata skont il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta u f’konformità mal-Artikolu 4(2). Wara s-sena 2027, l-assi għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni b’tali mod li jiġi żgurat redditu fit-tul. L-assi għandhom jiġu investiti bl-objettiv li jiġi ppreżervat, u fejn possibbli mtejjeb, il-valur ta’ dawk l-assi. 2. L-allokazzjoni annwali ta’ EUR 111-il miljun għandha tkun magħmula mid-dħul nett mill-investimenti u, jekk dak id-dħul ma jkunx suffiċjenti, mill-bejgħ ta’ parti mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, meta titlesta l-likwidazzjoni, mill-assi tal-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.”; |
(3) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. Kull sena għandhom jitfasslu rapport tal-introjtu, karta tal-bilanċ, u rapport finanzjarju biex juru, separatament minn operazzjonijiet finanzjarji oħra tal-Unjoni, l-operazzjonijiet ta’ likwidazzjoni previsti fl-Artikolu 1 u l-operazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet ta’ investiment u tal-ġestjoni tal-assi taħt l-Artikolu 2. Dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ser ikunu annessi mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni kull sena taħt l-Artikolu 318 TFUE u r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) (ir-“Regolament Finanzjarju”). 2. Is-setgħat tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri li jirrigwardaw il-kontroll u l-ħelsien mid-dejn kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. (*1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).”;" |
(4) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jitħassar; |
(6) |
l-Anness jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PODGORŠEK
(1) L-approvazzjoni tas-7 ta’ Lulju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29 5.2.2003, p. 22).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).