EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0247

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-247/12

Meliha Veli Mustafa

vs

Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad)

“Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 80/987/KEE — Direttiva 2002/74/KE — Direttiva 2008/94/KE — Artikoli 2 u 3 — Obbligu li jiġu pprovduti garanziji għall-krediti tal-ħaddiema impjegati — Possibbiltà li tiġi limitata l-garanzija għall-krediti li jippreċedu r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja — Effetti — Tkomplija tal-attivitajiet tal-persuna li timpjega”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013

Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega – Direttiva 2008/94 – Obbligu li jiġu pprovduti garanziji għall-krediti tal-ħaddiema impjegati – Limitu tal-garanzija għall-krediti maħluqa qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja – Ammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/94, Artikolu 2(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 3)

Id-Direttiva 2008/94, dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tobbligax lill-Istati Membri jipprovdu garanziji għall-krediti tal-ħaddiema f’kull stadju tal-proċedura ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom. B’mod partikolari, hija ma tipprekludix li l-Istati Membri jipprovdu garanzija biss għall-krediti tal-ħaddiema maħluqa qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja, anki jekk din id-deċiżjoni ma tordnax il-waqfien tal-attivitajiet tal-persuna li timpjega.

Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/94 ma jirrikjedix, sabiex il-garanzija prevista b’din id-direttiva tkun applikabbli, li jkun ġie ordnat il-waqfien tal-attivitajiet tal-persuna li timpjega. Min-naħa l-oħra, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94 jagħti lill-Istati Membri l-fakulta li jiddeterminaw id-data li qabilha u/jew, jekk ikun il-każ, warajha jkun jinsab il-perijodu li fih il-krediti li jikkorrispondu għal remunerazzjonijiet mhux imħallsa jittieħdu taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni ta’ garanzija. Din id-dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri l-libertà li jiddeterminaw data xierqa.

(ara l-punti 37, 39, 41, 43 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C-247/12

Meliha Veli Mustafa

vs

Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad)

“Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 80/987/KEE — Direttiva 2002/74/KE — Direttiva 2008/94/KE — Artikoli 2 u 3 — Obbligu li jiġu pprovduti garanziji għall-krediti tal-ħaddiema impjegati — Possibbiltà li tiġi limitata l-garanzija għall-krediti li jippreċedu r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja — Effetti — Tkomplija tal-attivitajiet tal-persuna li timpjega”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013

Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94 — Obbligu li jiġu pprovduti garanziji għall-krediti tal-ħaddiema impjegati — Limitu tal-garanzija għall-krediti maħluqa qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja — Ammissibbiltà