EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0356

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018.
Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ppjanata mir-Renju Unit favur l-impjant tal-enerġija nukleari Hinkley Point C – Kuntratt għad-Differenza, Ftehim tas-Segretarju tal-Istat u Garanzija ta’ Kreditu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Għan ta’ interess pubbliku – Promozzjoni tal-enerġija nukleari – Neċessità ta’ intervent mill-Istat – Avviż dwar il-garanziji – Determinazzjoni tal-element ta’ għajnuna – Proporzjonalità – Għajnuna għall-investiment – Għajnuna għall-funzjonament – Dritt li jiġu ppreżentati kummenti – Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Obbligu ta’ motivazzjoni.
Kawża T-356/15.

Kawża T‑356/15

Ir-Repubblika tal-Awstrija

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ppjanata mir-Renju Unit favur l-impjant tal-enerġija nukleari Hinkley Point C – Kuntratt għad-Differenza, Ftehim tas-Segretarju tal-Istat u Garanzija ta’ Kreditu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Għan ta’ interess pubbliku – Promozzjoni tal-enerġija nukleari – Neċessità ta’ intervent mill-Istat – Avviż dwar il-garanziji – Determinazzjoni tal-element ta’ għajnuna – Proporzjonalità – Għajnuna għall-investiment – Għajnuna għall-funzjonament – Dritt li jiġu ppreżentati kummenti – Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat‑12 ta’ Lulju 2018

  1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Kriterji – Tfittxija li jintlaħaq għan ta’ interess pubbliku – Natura xierqa, neċessarja u mhux sproporzjonata tal-għajnuna – Rilevanza f’dan ir-rigward tal-eżistenza ta’ falliment tas-suq

    (Artikolu 107(3)(c) TFUE)

  2. Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Rikors intiż li jsostni t-talbiet ta’ waħda mill-partijiet imma li jiżviluppa argumenti oħrajn – Ammissibbiltà

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 142(1))

  3. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tar-regoli ġuridiċi kollha

    (Artikolu 296 TFUE)

  4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Miżuri li jfittxu li jilħqu għan li jaqa’ taħt it-Trattat Euratom – Inklużjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet tat-Trattat Euratom fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

    (Artikoli 106(3) KEEA u 107 TFUE)

  5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Kriterji – Tfittxija li jintlaħaq għan ta’ interess pubbliku – Kunċett – Promozzjoni tal-enerġija nukleari – Inklużjoni

    (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 KEEA, l-Artikolu 2(c) KEEA u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 192 KEEA; Artikoli 107(3)(c) TFUE u 194(2) TFUE)

  6. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

    (Artikolu 107(3)(c) TFUE)

  7. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Kriterji – Tfittxija li jintlaħaq għan ta’ interess pubbliku – Natura xierqa, neċessarja u mhux sproporzjonata tal-għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Obbligu li jiġi kkwantifikat l-ekwivalenti għal sussidju ta’ miżura ta’ għajnuna – Assenza

    (Artikolu 107(3)(c) TFUE)

  8. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Kriterji – Regolament Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern – Assenza ta’ natura vinkolanti fil-kuntest ta’ eżami individwali

    (Artikolu 107(3)(c) TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 651/2014)

  9. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Notifika lill-Kummissjoni – Portata tal-obbligu – Neċessità li l-miżuri ta’ għajnuna jiġu nnotifikati fl-istadju ta’ proġetti – Konsegwenzi

    (Artikolu 108(3) TFUE)

  10. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

    (Artikoli 108(2) TFUE u 263 TFUE)

  11. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Kriterji – Tfittxija li jintlaħaq għan ta’ interess pubbliku – Natura xierqa, neċessarja u mhux sproporzjonata tal-għajnuna – Eżami tan-natura mhux sproporzjonata tal-għajnuna – Ibbilanċjar tal-vantaġġi tal-miżuri ta’ għajnuna u tal-impatt negattiv tagħhom fuq is-suq – Komponenti tas-suq intern

    (Artikolu 107(3)(c) TFUE)

  12. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Taxxi li jikkostitwixxu l-metodu ta’ finanzjament ta’ miżura ta’ għajnuna – Assenza ta’ rabta kawżali vinkolanti bejn it-taxxa u l-finanzjament tal-għajnuna kkonċernata – Esklużjoni

    (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE)

  13. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Żvilupp tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fi tmiem il-proċedura – Diverġenza bejn il-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni ta’ ftuħ u dik li tinsab fid-deċiżjoni finali – Ammissibbiltà

    (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6(1))

  14. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Għajnuna għall-funzjonament – Esklużjoni – Eżenzjonijiet

    (Artikolu 107(3)(c) TFUE)

  15. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kampijiet ta’ applikazzjoni – Kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari – Għajnuna mill-Istat intiża li tiggarantixxi stabbiltà fil-prezzijiet għall-bejgħ ta’ elettriku minn dan l-impjant – Assenza ta’ obbligu għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jeżegwixxi xogħlijiet, li jipprovdi prodotti jew li jipprovdi servizzi – Esklużjoni tal-miżura ta’ għajnuna mill-kampijiet ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2004/17 u 2004/18

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17 u 2004/18)

  16. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Miżuri ta’ approssimazzjoni – Regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku – Direttiva 2009/72 – Ħolqien ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni ta’ enerġija – Obbligu li tiġi organizzata proċedura ta’ sejħa għal offerti jew proċedura ekwivalenti – Portata – Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza – Portata

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/72, Artikolu 8)

  17. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligu tal-Kummissjoni li tintima lill-persuni interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom – Portata

    (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6(1))

  1.  Sabiex tkun tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, għajnuna għandha tkun intiża għall-iżvilupp ta’ attività li tikkostitwixxi għan ta’ interess pubbliku u għandha tkun xierqa, neċessarja u mhux sproporzjonata. Għall-kuntrarju, din id-dispożizzjoni ma tinkludi espliċitament ebda kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ falliment tas-suq. Għaldaqstant, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-kwistjoni rilevanti hija jekk l-għan ta’ interess pubbliku li l-Istat Membru jfittex li jilħaq jitwettaqx fl-assenza ta’ intervent min-naħa tiegħu.

    Għalkemm, f’dan il-kuntest, l-eżistenza ta’ falliment tas-suq tista’ tikkostitwixxi element rilevanti sabiex għajnuna mill-Istat tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern, l-assenza ta’ falliment tas-suq ma għandhiex neċessarjament il-konsegwenza li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE ma jkunux issodisfatti. Pereżempju, intervent mill-Istat jista’ jitqies li huwa neċessarju fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta l-forzi tas-suq ma jkunux jistgħu waħedhom jilħqu f’waqtu l-għan ta’ interess pubbliku li l-Istat Membru jfittex li jilħaq, minkejja li, bħala tali, ma jistax jitqies li jkun hemm falliment ta’ tali suq.

    (ara l-punti 48, 150, 151)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 54 sa 58)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 63 sa 67, 535)

  4.  Il-fatt li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom jikkostitwixxu regoli speċjali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE ma jipprekludix li l-Artikolu 107 TFUE jiġi applikat għal miżuri li jfittxu li jilħqu għan li jaqa’ taħt it-Trattat Euratom. Fil-fatt, sa fejn it-Trattat Euratom ma jipprevedix regoli eżawrjenti dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Artikolu 107 TFUE huwa intiż li japplika għall-miżuri li jirrigwardaw il-qasam tal-enerġija nukleari, minkejja li jfittxu li jilħqu għan li jaqa’ taħt it-Trattat Euratom. Madankollu, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal miżuri li jirrigwardaw il-qasam tal-enerġija nukleari, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet u l-għanijiet tat-Trattat Euratom.

    (ara l-punti 73, 74, 76, 78)

  5.  Skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

    Il-kunċett ta’ interess komuni msemmi fl-aħħar tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE jirrigwarda l-ibbilanċjar bejn il-vantaġġi u l-inkonvenjenzi li jirriżultaw minn miżura ta’ għajnuna u jipprekludi li jiġu awtorizzati miżuri li jfixklu l-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Madankollu, l-għan ta’ interess pubbliku li tfittex li tilħaq il-miżura inkwistjoni ma għandux neċessarjament jikkostitwixxi għan kondiviż mill-Istati Membri kollha jew mill-maġġoranza tagħhom.

    Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE għal miżuri li jfittxu li jilħqu għan li jaqa’ taħt it-Trattat Euratom, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni barra minn hekk id-dispożizzjonijiet u l-għanijiet tat-Trattat Euratom. Issa, fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 2(ċ) tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni ma wettqitx żball meta qieset li Stat Membru għandu dritt jiddetermina l-promozzjoni tal-enerġija nukleari u, b’mod iktar speċifiku, l-inċentivazzjoni għall-ħolqien ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni ta’ enerġija nukleari, bħala għan ta’ interess pubbliku fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Fil-fatt, minn naħa, dan l-għan huwa relatat ma’ dak tal-Komunità Euratom li jikkonsisti f’li jiġi ffaċilitat l-investiment fil-qasam nukleari msemmi fl-Artikolu 2(ċ) tat-Trattat Euratom u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 192 tal-imsemmi Trattat Euratom jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tal-Komunità Euratom. Min-naħa l-oħra, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) TFUE jirriżulta li kull Stat Membru għandu d-dritt jagħżel bejn is-sorsi differenti ta’ enerġija dawk li jippreferi.

    (ara l-punti 82, 87, 95 sa 97)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 160, 161, 170, 372, 420)

  7.  Sabiex tkun tista’ tiddikjara miżura ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi li hija tfittex li tilħaq għan ta’ interess pubbliku ddeterminat mill-Istat Membru u li, fid-dawl ta’ dan l-għan, hija tkun xierqa u neċessarja u li la tfixkel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u lanqas dawk tal-kompetizzjoni b’mod sproporzjonat fid-dawl tal-vantaġġi li jirriżultaw minnha.

    Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 107(3)(c) TFUE ma jeżiġix espliċitament li l-Kummissjoni tikkwantifika l-ammont eżatt tal-ekwivalenti għal sussidju li jirriżulta minn miżura ta’ għajnuna. Għaldaqstant, jekk hija tkun f’pożizzjoni li tikkonkludi li miżura ta’ għajnuna hija ta’ natura xierqa, neċessarja u mhux sproporzjonata mingħajr ma dan l-ammont eżatt jiġi speċifikat b’mod espliċitu, hija ma tistax tiġi kkritikata talli ma kkwantifikatux.

    (ara l-punti 248, 249)

  8.  Ir-Regolament Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 TFUE sempliċement jipprevedi approċċ standardizzat għal eżenzjoni skont il-kategorija, iżda ma jorbotx il-Kummissjoni fil-kuntest ta’ eżami individwali mwettaq direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

    (ara l-punti 251, 497)

  9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 263 sa 266)

  10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 333, 359, 361, 410, 416, 418)

  11.  Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, il-Kummissjoni għandha tibbilanċja l-vantaġġi tal-miżuri inkwistjoni u l-impatt negattiv tagħhom fuq is-suq intern.

    Fl-identifikazzjoni tal-effetti negattivi fuq is-suq intern, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-kwistjoni dwar sa fejn il-miżuri ta’ għajnuna huma sfavorevoli għall-protezzjoni tal-ambjent. Fil-fatt, għalkemm il-protezzjoni tal-ambjent għandha tiġi integrata fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk intiżi għall-istabbiliment tas-suq intern, din ma tikkostitwixxix, minnha nnifisha, waħda mill-komponenti ta’ dan is-suq intern. Dan japplika wkoll għall-prinċipji ta’ prekawzjoni, ta’ min iniġġeż iħallas u ta’ sostenibbiltà kif ukoll għall-protezzjoni kontra t-terroriżmu.

    (ara l-punti 516, 519)

  12.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 523)

  13.  Il-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE, huma evalwazzjonijiet preliminari. Għaldaqstant, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni adottata fi tmiem proċedura ta’ investigazzjoni formali ma tistax titqies li hija insuffiċjenti biss minħabba l-fatt li ma hijiex totalment identika għal dik li tinsab fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Għaldaqstant, f’deċiżjoni adottata fi tmiem proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tippreżenta analiżi li tkopri l-kunsiderazzjonijiet kollha li jinsabu fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    (ara l-punti 569, 627)

  14.  L-għajnuna għall-finanzjament intiża għaż-żamma tal-istatus quo jew sabiex teħles impriża mill-ispejjeż li normalment kien imissha ssostni fil-kuntest tal-ġestjoni kurrenti jew tal-attivitajiet normali tagħha, ma tistax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE Għaldaqstant, għajnuna għall-funzjonament li tkun limitata li żżomm status quo ma hijiex ta’ natura li tiffaċilita l-iżvilupp fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. Min-naħa tagħha, għajnuna li tkun limitata li tnaqqas l-infiq kurrenti u abitwali tal-operat li impriża kien ikollha ssostni fi kwalunkwe każ fil-kuntest tal-attività normali tagħha ma tistax titqies li tfittex li tilħaq għan ta’ interess pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

    Min-naħa l-oħra, xejn ma jipprekludi li miżura ta’ għajnuna li tfittex li tilħaq għan ta’ interess pubbliku, li tkun xierqa u neċessarja sabiex jintlaħaq dan l-għan, li ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni u li għalhekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont din id-dispożizzjoni, indipendentement mill-kwistjoni jekk għandhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna għall-investiment jew bħala għajnuna għall-funzjonament.

    (ara l-punti 579, 580, 583)

  15.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 641 sa 676)

  16.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 679 sa 689)

  17.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 699 sa 728)

Top