Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0499

    Macikowski

    Kawża C‑499/13

    Marian Macikowski

    vs

    Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali — Tassazzjoni ta’ kunsinna ta’ proprjetà immobbli fil-kuntest ta’ proċedura ta’ bejgħ b’subbasta forzat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-marixxall tal-qorti li jeżegwixxi tali bejgħ li jikkalkola u jħallas il-VAT fuq tali tranżazzjoni — Pagament tal-prezz ta’ xiri lill-qorti kompetenti u neċessità li l-VAT li għandha titħallas tiġi ttrasferita, minn din tal-aħħar, lill-marixxall tal-qorti — Responsabbiltà pekunjarja u kriminali tal-marixxall tal-qorti fil-każ ta’ nuqqas ta’ pagament tal-VAT — Differenza bejn it-terminu statutorju ġenerali għall-pagament tal-VAT minn persuna taxxabbli u t-terminu impost fuq tali marixxall tal-qorti — Impossibbiltà li titnaqqas il-VAT tal-input imħallsa”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa – Proċedura ta’ bejgħ b’subbasta forzat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-marixxall tal-qorti li jagħmel tali bejgħ l-obbligi ta’ kalkolu, ta’ ġbir u ta’ pagament tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq tali tranżazzjoni fit-termini stabbiliti – Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 9, 193 u 199(1)(g))

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq marixxall tal-qorti l-obbligu li jassumi r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’obbligu fil-kwalità ta’ persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

    3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-persuna li tħallas indikata minn din l-obbligi ta’ kalkolu, ta’ ġbir u ta’ pagament tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq bejgħ ta’ oġġetti mwettaq permezz ta’ infurzar mingħajr il-possibbiltà ta’ tnaqqis – Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 206, 250 u 252)

    1.  L-Artikoli 9, 193 u 199(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li, fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli mwettaq permezz ta’ infurzar, timponi fuq persuna, jiġifieri l-marixxall tal-qorti li jkun għamel l-imsemmi bejgħ, l-obbligi ta’ kalkolu, ta’ ġbir u ta’ pagament ta’ taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq id-dħul minn din it-tranżazzjoni fit-termini stabbiliti.

      Fil-fatt, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali hija intiża sabiex tevita li l-persuna taxxabbli, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, tikser l-obbligu fiskali tagħha ta’ pagament ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, tali leġiżlazzjoni tista’ tiżgura l-ġbir korrett tat-taxxa u għalhekk tista’ taqa’ taħt l-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112. Barra minn hekk, jekk huwa minnu li l-Artikoli 193 u 199(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 jipprevedu li t-taxxa tista’ tkun dovuta biss mill-persuna taxxabbli li tagħmel il-kunsinna ta’ oġġetti taxxabbli jew, f’ċerti ċirkustanzi, mill-akkwirent tal-proprjetà immobbli, il-funzjoni tal-marixxall tal-qorti inkwantu intermedjarju inkarigat bil-ġbir tal-imsemmija taxxa ma taqax taħt dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-fatt, l-obbligu tiegħu li jillimita ruħu li jiggarantixxi l-ġbir tal-ammont tat-taxxa u l-ħlas tagħha lill-awtorità tat-taxxa f’isem il-persuna taxxabbli li minnha għandha titħallas it-taxxa, fit-terminu stabbilit, ma għandux in-natura ta’ obbligu fiskali, għaliex dan jibqa’ fuq il-persuna taxxabbli.

      (ara l‑punti 38, 39, 41, 42, 45, u d‑dispożittiv 1)

    2.  Il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li marixxall tal-qorti għandu jinżamm responsabbli bl-assi kollha tiegħu għall-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq id-dħul mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli mwettaq permezz ta’ infurzar fil-każ fejn ma jissodisfax l-obbligu tiegħu ta’ ġbir u ta’ ħlas ta’ din it-taxxa, sakemm il-marixxall tal-qorti kkonċernat ikollu, fil-fatt, kull mezz legali sabiex jissodisfa dan l-obbligu, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

      (ara l-punt 53, dispożittiv 2)

    3.  L-Artikoli 206, 250 u 252 tad-Direttiva 2006/112 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li l-persuna li tħallas indikata minn din id-dispożizzjoni hija meħtieġa tikkalkola, tiġbor u tħallas l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq il-bejgħ ta’ oġġetti mwettaq permezz ta’ infurzar mingħajr ma tkun tista’ tnaqqas l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud mħallsa bħala taxxa tal-input mill-bidu tal-perijodu ta’ tassazzjoni sad-data tal-ġbir tat-taxxa mill-persuna taxxabbli.

      Dan huwa l-każ meta hija l-persuna taxxabbli proprjetarja tal-oġġetti mibjugħa b’subbasta mill-marixxall tal-qorti, u mhux il-persuna li tħallas, li hija mitluba tissottometti denunzja ta’ taxxa fuq il-valur miżjud li tieħu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjoni ta’ bejgħ tal-oġġetti tagħha, u meta hija wkoll il-persuna taxxabbli, u mhux il-persuna li tħallas, li għandha d-dritt tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa bħala taxxa tal-input mit-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta għal din it-tranżazzjoni. Dan it-tnaqqis jirrigwarda l-perijodu ta’ tassazzjoni li matulu seħħet l-imsemmija tranżazzjoni.

      (ara l-punti 57, 61 u d-dispożittiv 3)

    Top

    Kawża C‑499/13

    Marian Macikowski

    vs

    Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali — Tassazzjoni ta’ kunsinna ta’ proprjetà immobbli fil-kuntest ta’ proċedura ta’ bejgħ b’subbasta forzat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-marixxall tal-qorti li jeżegwixxi tali bejgħ li jikkalkola u jħallas il-VAT fuq tali tranżazzjoni — Pagament tal-prezz ta’ xiri lill-qorti kompetenti u neċessità li l-VAT li għandha titħallas tiġi ttrasferita, minn din tal-aħħar, lill-marixxall tal-qorti — Responsabbiltà pekunjarja u kriminali tal-marixxall tal-qorti fil-każ ta’ nuqqas ta’ pagament tal-VAT — Differenza bejn it-terminu statutorju ġenerali għall-pagament tal-VAT minn persuna taxxabbli u t-terminu impost fuq tali marixxall tal-qorti — Impossibbiltà li titnaqqas il-VAT tal-input imħallsa”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa — Proċedura ta’ bejgħ b’subbasta forzat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-marixxall tal-qorti li jagħmel tali bejgħ l-obbligi ta’ kalkolu, ta’ ġbir u ta’ pagament tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq tali tranżazzjoni fit-termini stabbiliti — Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 9, 193 u 199(1)(g))

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq marixxall tal-qorti l-obbligu li jassumi r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’obbligu fil-kwalità ta’ persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

    3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-persuna li tħallas indikata minn din l-obbligi ta’ kalkolu, ta’ ġbir u ta’ pagament tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq bejgħ ta’ oġġetti mwettaq permezz ta’ infurzar mingħajr il-possibbiltà ta’ tnaqqis — Ammissibbiltà