This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0147
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawża C-147/12
ÖFAB, Östergötlands Fastigheter AB
vs
Frank Koot u Evergreen Investments BV
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för Nedre Norrland)
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Qorti li għandha ġurisdizzjoni — Ġurisdizzjoni speċjali ‘f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt’ [f’materji kuntrattwali] u ‘f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt’ [f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt]”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji esklużi – Fallimenti, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanniji falluti, arranġamenti ġuridiċi, kompożizzjoni jew proċedimenti analogi – Kunċett – Azzjoni ppreżentata kontra membru tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata minn kreditur ta’ din tal-aħħar intiża li jinżammu responsabbli għad-djun tal-kumpannija – Esklużjoni – Applikabbiltà tar-Regolament
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(b))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament kklassifikati bħala ekwivalenti għall-Konvenzjoni ta’ Brussell – Interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-Konvenzjoni
(Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968; Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali u f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Kunċetti
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(1)(a) u (3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Kunċett – Azzjoni ppreżentata kontra membru tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata minn kreditur ta’ din tal-aħħar intiża sabiex li jinżammu responsabbli għad-djun tal-kumpannija – Inklużjoni – Trasferiment ta’ dejn – Assenza ta’ effett
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domanda magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali – Inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Post fejn seħħ id-dannu – Kunċett – Post tal-attivitajiet imwettqa mill-kumpannija u post li għandu rabta mas-sitwazzjoni finanzjarja marbuta ma’ dawn l-attivitajiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 24-26)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 28, 29)
Il-kunċett ta’ materji ta’ delitt jew kważi-delitt fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, jinkludi kull talba li tkun intiża li tqiegħed inkwistjoni r-responsabbiltà ta’ konvenut u li ma tkunx marbuta ma’ materji kuntrattwali fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir-regolament.
F’dan ir-rigward, minn naħa, il-kunċett ta’ materji kuntrattwali fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir-regolament ma jistax jinftiehem li jirrigwarda sitwazzjoni li fiha ma jkun hemm ebda impenn liberalment assunt minn parti fil-konfront ta’ oħra. Għalhekk, l-applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali prevista f’materji kuntrattwali fl-imsemmi Artikolu 5(1)(a) jippreżumi l-iffissar ta’ obbligu legali mogħti b’kunsens liberu minn persuna lil oħra u li fuq dan l-obbligu tkun ibbażata l-azzjoni tar-rikorrent. Min-naħa l-oħra, responsabbiltà f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt tista’ biss tittieħed inkunsiderazzjoni bil-kundizzjoni li tkun tista’ tiġi stabbilita rabta bejn id-dannu u l-fatt li wassal għal dan id-dannu.
(ara l-punti 32-34)
Il-kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt [f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt]”, li jinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/200, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jinftiehem fis-sens li jkopri azzjonijiet ippreżentati minn kreditur ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata intiżi li jinżammu responsabbli għad-djun ta’ din il-kumpannija, minn naħa, membru tal-bord tad-diretturi tal-imsemmija kumpannija u, min-naħa l-oħra, azzjonist ta’ din tal-aħħar, peress li huma jkunu ppermettew lill-imsemmija kumpannija tkompli tiffunzjona minkejja li din ma kellhiex kapital biżżejjed, u kellha tkun fi stralċ.
F’dan ir-rigward, ma tistax tintlaqa’ l-interpretazzjoni li tgħid li l-klassifikazzjoni ta’ tali azzjonijiet għandha ssegwi l-klassifikazzjoni tad-djun tal-kumpannija inkwantu jaqgħu taħt il-materji kuntrattwali u mhux kuntrattwali. Fil-fatt, din l-interpretazzjoni jkollha l-konsegwenza li timmultiplika l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jisimgħu l-azzjonijiet li jqiegħdu inkwistjoni l-istess aġir żbaljat tal-amministratur jew tal-azzjonist tal-kumpannija kkonċernata, skont in-natura tad-djun differenti ta’ din il-kumpannija li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali azzjonijiet. F’tali sitwazzjoni, l-għan ta’ viċinanza tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni speċjali stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (3) tar-Regolament Nru 44/2001, ibbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta partikolarment stretta bejn il-kuntratt jew il-post fejn seħħ il-fatt dannuż u l-qorti msejħa tisma’ l-kawża, jipprekludi l-fatt li d-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni tkun tista’ tiddependi min-natura tad-djun tal-kumpannija kkonċernata.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-kreditu inkwistjoni kien ġie ttrasferit mill-kreditur inizjali lil ħaddieħor ma għandux effett fuq id-determinazzjoni tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament inkwistjoni.
(ara l-punti 38, 41, 42, 59, u d-dispożittivi 1 u 3)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 44-47)
Il-kunċett ta’ “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”, li jinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ azzjonijiet intiżi li membru tal-bord tad-diretturi kif ukoll azzjonist ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata jinżammu responsabbli għad-djun ta’ din il-kumpannija, l-imsemmi post jinsab fil-post li miegħu jkunu marbuta l-attivitajiet imwettqa mill-imsemmija kumpannija, kif ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja marbuta ma’ dawn l-attivitajiet.
Fil-fatt, fir-rigward tal-azzjonijiet ippreżentati kontra l-amministratur u l-azzjonist prinċipali ta’ din il-kumpannija għan-negliġenza tagħhom fir-rigward tal-obbligi legali tagħhom, il-post tal-avveniment kawżali għandu jippreżenta, kemm għar-rikorrenti kif ukoll għall-konvenuti, grad għoli ta’ prevedibbiltà. Bl-istess mod, f’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jkun hemm, f’termini ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u organizzazzjoni utli tal-proċess, rabta partikolarment stretta bejn l-azzjonijiet ippreżentati mir-rikorrenti u l-imsemmi post.
(ara l-punti 52, 55 u d-dispożittivi 2, 3)
Kawża C-147/12
ÖFAB, Östergötlands Fastigheter AB
vs
Frank Koot u Evergreen Investments BV
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för Nedre Norrland)
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Qorti li għandha ġurisdizzjoni — Ġurisdizzjoni speċjali ‘f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt’ [f’materji kuntrattwali] u ‘f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt’ [f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt]”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji esklużi — Fallimenti, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanniji falluti, arranġamenti ġuridiċi, kompożizzjoni jew proċedimenti analogi — Kunċett — Azzjoni ppreżentata kontra membru tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata minn kreditur ta’ din tal-aħħar intiża li jinżammu responsabbli għad-djun tal-kumpannija — Esklużjoni — Applikabbiltà tar-Regolament
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(b))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament kklassifikati bħala ekwivalenti għall-Konvenzjoni ta’ Brussell — Interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-Konvenzjoni
(Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968; Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali u f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Kunċetti
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(1)(a) u (3))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Kunċett — Azzjoni ppreżentata kontra membru tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata minn kreditur ta’ din tal-aħħar intiża sabiex li jinżammu responsabbli għad-djun tal-kumpannija — Inklużjoni — Trasferiment ta’ dejn — Assenza ta’ effett
(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domanda magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali — Inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Post fejn seħħ id-dannu — Kunċett — Post tal-attivitajiet imwettqa mill-kumpannija u post li għandu rabta mas-sitwazzjoni finanzjarja marbuta ma’ dawn l-attivitajiet