This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0955
Fond Soċjali għall-Klima
Bħala parti mill-pakkett lest għall-mira ta’ 55 %, huwa jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima mfassal biex jintuża mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex:
Unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi u utenti tat-trasport
Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi sistema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra biex tippromwovi tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż mill-bini u t-trasport bit-triq. Tliet gruppi fil-mira tal-Fond Soċjali għall-Klima huma identifikati bir-Regolament (UE) 2023/955 bħala li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatt tal-ispiża tal-iskambju l-ġdid tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq:
Pjanijiet soċjali għall-klima
Kull Stat Membru għandu jissottometti pjan soċjali għall-klima lill-Kummissjoni Ewropea wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili. Il-pjanijiet għandhom ikopru miżuri u investimenti biex jindirizzaw l-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi u utenti tat-trasport sabiex jiżguraw tisħin, tkessiħ u mobbiltà affordabbli.
Miżuri u investimenti eliġibbli
Il-pjanijiet jistgħu jinkludu l-appoġġ għall-miżuri u l-investimenti li ġejjin biex jitfasslu għal impatt dejjiemi:
L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-pjanijiet tagħhom appoġġ għal dħul dirett għall-utenti vulnerabbli tal-unitajiet domestiċi u tat-trasport biex inaqqsu l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet tat-trasport bit-triq u tal-karburanti għat-tisħin. Tali appoġġ dirett għandu:
Finanzjament
Massimu ta’ EUR 65 biljun mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembr 2032 huma allokati għall-fond. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu mill-inqas 25 % tal-ispejjeż totali stmati tal-pjanijiet tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu trasferimenti lill-fond mill-programmi tal-politika ta’ koeżjoni taħt ġestjoni kondiviża stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/1060. L-Istati Membri jistgħu wkoll jittrasferixxu sa 15 % tal-allokazzjoni tagħhom mill-fond għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni.
Informazzjoni
Dawk li jirċievu appoġġ mill-fond għandhom jiġu infurmati dwar fejn joriġinaw il-fondi, inkluż meta dawn jibbenefikaw minn dawn il-fondi permezz ta’ intermedjarji. L-informazzjoni għandha tinkludi l-emblema tal-UE u l-kliem “iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea — Fond Soċjali dwar il-Klima”.
Trasparenza
Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri, u d-deċiżjonijiet, simultanjament u fuq termini ugwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien żejjed.
Dan japplika mit-30 ta’ Ġunju 2024.
Ir-regolament jemenda l-Artikolu 26 (it-trasferiment tar-riżorsi) tar-Regolament (UE) 2021/1060 — regoli komuni dwar il-fondi tal-UE (2021–2027).
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, pp. 1–51).
Id-Direttiva 2003/87/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, pp. 32–46).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2003/87/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni) (ĠU L 231, 20.9.2023, pp. 1–111).
Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal-Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, pp. 1–20).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Politika tal-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, pp. 159–706).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2021) 102 final, 4.3.2021).
Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, pp. 17–75).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, pp. 1–10).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final, 11.12.2019).
Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2002/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, pp. 1–77).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, pp. 82–209).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, pp. 1–3).
Il-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, pp. 4-18).
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L 153, 18.6.2010, pp. 13–35).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 11.12.2023