Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0816

    Sistema Ewropea ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali — informazzjoni ta’ kundanna dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)

    Sistema Ewropea ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali — informazzjoni ta’ kundanna dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)

     

    SOMMARJU TA’:

    Ir-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri tal-UE li għandhom informazzjoni ta’ kundanna dwar ċittadini mhux tal-UE u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN)

    X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

    • Dan jistabbilixxi:
      • ECRIS-TCN (Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekord kriminali — ċittadini ta’ pajjiżi terzi) — sistema li tidentifika l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) li għandhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadini ta’ “pajjiżi terzi” — (mhux tal-UE) u persuni mingħajr stat;
      • il-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jaċċessaw l-ECRIS-TCN sabiex jiksbu informazzjoni dwar kundanni preċedenti permezz tas-sistema Ewropea ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali (ECRIS) (Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI — ara s-sommarju), u l-kundizzjonijiet li taħthom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jistgħu jużaw is-sistema;
      • it-termini skont liema l-ECRIS-TCN tgħin biex tiffaċilita u tassisti fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni rreġistrati fl-ECRIS-TCN (skont ir-Regolament (UE) 2019/818 li jemenda, li jistabbilixxi qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni — ara s-sommarju);
      • il-kundizzjonijiet li taħthom id-data fl-ECRIS-TCN tista’ tintuża mill-awtoritajiet maħtura mis-sistema ta’ informazzjoni dwar il-viża (VIS) skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 (ara s-sommarju) biex jivvalutaw jekk applikant għal viża, viża għal soġġorn fit-tul jew permess ta’ residenza jista’ joħloq theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna (li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1133);
      • il-kundizzjonijiet skont liema d-data fl-ECRIS-TCN tista’ tintuża mis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) Unità Ċentrali, stabbilita fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont ir-Regolament (UE) 2018/1240 biex tappoġġa l-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà billi tipprovdi għal valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju tas-sigurtà tal-applikanti, qabel il-wasla tagħhom f’punti esterni ta’ qsim tal-fruntieri, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx indikazzjonijiet fattwali, jew raġunijiet raġonevoli bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali, li jikkonkludu li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri hija ta’ riskju għas-sigurtà (li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1151).

    PUNTI EWLENIN

    Il-leġiżlazzjoni tapplika għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ ċittadini mhux tal-UE b’kundanni* preċedenti f’wieħed mill-Istati Membri, biex jiġi ddeterminat liema Stat Membru ddeċieda s-sentenza. Dan japplika bl-istess mod għaċ-ċittadini tal-UE li għandhom ukoll ċittadinanza mhux tal-UE. L-informazzjoni dwar il-kundanna nnifisha tista’ tinkiseb biss mill-Istat Membru tal-kundanna.

    L-arkitettura teknika tal-ECRIS-TCN tikkonsisti minn:

    Att ta’ implimentazzjoni, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2470, tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tal-ECRIS-TCN. Dan jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-ipproċessar ta’ data alfanumerika u ta’ marki tas-swaba’, il-kwalità tad-data, id-dħul tad-data, l-aċċess u l-kwalifika tal-ECRIS-TCN, iż-żamma u l-aċċessar ta’ reġistri u l-għoti ta’ statistika, flimkien ma’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u disponibbiltà tal-ECRIS-TCN.

    Awtoritajiet ċentral* Nazzjonali għandhom joħolqu rekord ta’ data fl-ECRIS-TCN mill-aktar fis għal kull ċittadin mhux tal-UE li jikkundannaw. Dan ikun fih:

    • il-kunjom u l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità (jew in-nazzjonalitajiet), is-sess, ismijiet preċedenti jekk applikabbli u l-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna;
    • jekk disponibbli, dettalji tad-dokumenti tal-identità tal-individwu, psewdonimi jew ismijiet assunti;
    • id-data dwar il-marki tas-swaba’ miġbura skont il-liġi nazzjonali u li tissodisfa ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi;
    • immaġnijiet tal-wiċċ, jekk permessi skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-kundanna;
    • marka li tindika li ċ-ċittadin mhux tal-UE kkonċernat ġie kkundannat fil-25 sena preċedenti ta’ reat terroristiku, jew fil-15-il sena preċedenti ta’ kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk ikun punibbli b’piena ta’ kustodju jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin taħt il-liġi nazzjonali, inkluż il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.

    Awtoritajiet ċentrali nazzjonali jistgħu jużaw l-ECRIS-TCN biex jidentifikaw l-Istat Membru li għandu l-informazzjoni dwar rekord kriminali ta’ ċittadin mhux tal-UE, sabiex sussegwentement jiksbu informazzjoni fuq kundanni preċedenti ta’ individwu permezz tal-ECRIS, meta din tkun meħtieġa għal finijiet ta’ proċedimenti kriminali kontra dak l-individwu jew għal:

    • verifika tar-rekord kriminali ta’ persuna fuq talba tagħha;
    • kisba ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà;
    • kisba ta’ liċenzja jew permess;
    • valutazzjoni tal-impjieg;
    • attivitajiet volontarji li jinvolvu kuntatt dirett u regolari ma’ tfal jew ma’ persuni vulnerabbli;
    • viża, ċittadinanza, migrazzjoni u proċeduri tal-ażil;
    • kontrolli marbuta ma’ kuntratti pubbliċi u eżamijiet pubbliċi.

    L-UPPE, il-Eurojust u l-Europol:

    • jistgħu jaċċessaw l-ECRIS-TCN b’mod dirett biex jidentifikaw l-Istat Membru li għandu l-informazzjoni dwar ir-rekord kriminali fuq ċittadin mhux tal-UE;
    • ma jistgħux idaħħlu, jikkoreġu jew iħassru kwalunkwe data fl-ECRIS-TCN;
    • jistgħu jitolbu informazzjoni ta’ rekords kriminali mill-Istat Membru kkonċernat meta jkun hemm hit* iseħħ permezz tal-kanali tagħhom stess;
    • huma responsabbli għall-konnessjoni teknika tagħhom mal-ECRIS-TCN;
    • għandhom jipprovdu lill-persunal b’taħriġ xieraq, speċjalment dwar is-sigurtà tad-data, il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali.

    Pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jitolbu lill-Eurojust għal informazzjoni dwar liema l-Istati Membri jistgħu jżommu rekords kriminali ta’ ċittadin mhux tal-UE kkonċernat, għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali biss. Jekk ikun hemm tqabbil, u l-Istat Membru kkonċernat jagħti l-kunsens tiegħu, il-Eurojust jinforma lill-pajjiż mhux tal-UE jew lill-organizzazzjoni internazzjonali dwar liema Stat Membru huwa kkonċernat, sabiex ikunu jistgħu jitolbu lil dak l-Istat Membru għall-estratti rilevanti mir-rekords kriminali.

    data:

    • tinħażen fis-sistema ċentrali sakemm tinżamm fir-rekords kriminali nazzjonali;
    • titħassar mill-awtoritajiet nazzjonali meta jiskadi l-perjodu taż-żamma nazzjonali;
    • tista’ tiġi modifikata jew imħassra mill-Istati Membri li jkunu daħħluha fis-sistema ċentrali jew fir-repożitorju komuni tall-identità;
    • tista’ tiġi pproċessata biss biex jiġu identifikati l-Istati Membri li għandhom informazzjoni ta’ rekords kriminali ta’ ċittadini mhux tal-UE.

    L-eu-LISA hija responsabbli għal:

    • l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN, il-ġestjoni operattiva tiegħu u ż-żamma tal-implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS*;
    • is-superviżjoni tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħha;
    • iż-żamma ta’ proċeduri għat-twettiq ta’ kontrolli ta’ kwalità fuq data maħżuna fl-ECRIS-TCN u l-monitoraġġ tal-funzjonament u l-manutenzjoni teknika tagħha;
    • is-sottomissjoni ta’ rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea;
    • l-għoti tat-taħriġ tekniku meħtieġ;
    • l-applikazzjoni tar-regoli xierqa dwar is-segretezza professjonali u l-kunfidenzjalità;
    • it-teħid tal-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ECRIS-TCN;
    • l-illoggjar tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data fl-ECRIS-TCN;
    • l-għoti ta’ statistika ta’ kull xahar lill-Kummissjoni dwar ir-reġistrazzjoni, il-ħżin u l-iskambju ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali permezz tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS.

    L-Istati Membri huma responsabbli għal:

    • konnessjoni sikura bejn ir-rekords kriminali nazzjonali, bażijiet tad-data tal-marki tas-swaba’ u punti nazzjonali ta’ aċċess ċentrali nazzjonali;
    • ġestjoni tal-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali u t-taħriġ tiegħu;
    • l-ipproċessar legali ta’ data rreġistrata fl-ECRIS-TCN u, b’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li:
      • persunal awtorizzat biss għandu aċċess għad-data,
      • id-data tinġabar u tiddaħħal fl-ECRIS-TCN legalment, filwaqt li jiġu rispettati d-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini mhux tal-UE, u
      • l-informazzjoni tkun preċiża u aġġornata meta tiddaħħal fl-ECRIS-TCN;
    • kull awtorità ċentrali li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni;
    • l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali.

    Individwu jew Stat Membru li qed isofri danni minn imġiba inkompatibbli mar-regolament jista’ jirċievi kumpens minn:

    • l-Istat Membru responsabbli għad-dannu;
    • l-eu-LISA jekk l-aġenzija ma tkunx ikkonformat mal-obbligi tagħha.

    Iċ-ċittadini mhux tal-UE jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru biex jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom, il-korrezzjoni, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tagħha fuq l-użu tagħha.

    Penali jew miżuri dixxiplinarji japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe użu ħażin ta’ data mdaħħla fl-ECRIS-TCN.

    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data jissorvelja l-attivitajiet tal-eu-LISA dwar l-ipproċessar ta’ data personali u jipproduċi verifika tal-anqas kull tliet snin għall-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

    MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    • Ir-Regolarment (UE) 2019/816 ilu japplika mill-11 ta’ Ġunju 2019.
    • Ir-Regolarment Emendatorju (UE) 2021/1151 ilu japplika mit-3 ta’ Awwissu 2021.
    • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2021/1133 se japplika mid-data tal-bidu tal-operazzjoni tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134. Dan l-artikolu jiddikjara li mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi d-data li fiha jibdew l-operazzjonijiet tal-VIS.
    • L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mill-aktar fis sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-ECRIS-TCN.
    • Il-Kummissjoni jeħtiġilha tkun issodisfata li ċerti kundizzjonijiet jiġu sodisfati qabel ma tiġi ddeterminata d-data li minnha l-Istati Membri jistgħu jibdew idaħħlu d-data fl-ECRIS-TCN. Wara t-testijiet tekniċi finali jkunu saru mill-eu-LISA, il-Kummissjoni se tiddeċiedi meta s-sistema se tibda topera.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    TERMINI EWLENIN

    Kundanna. Kwalunkwe deċiżjoni finali minn qorti kriminali kontra individwu u mdaħħla fir-rekords kriminali.
    Awtorità Ċentrali. Awtorità ta’ rekords kriminali nazzjonali nnominata skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/83/ĠAI.
    Tqabbil. Tqabbil bejn l-informazzjoni dwar l-identità rreġistrata fis-sistema ċentrali u dik użata għal tfittxija.
    l-implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS. Software żviluppat mill-Kummissjoni u magħmul disponibbli għall-Istati Membri għall-iskambju ta’ data ta’ rekords kriminali permezz tal-ECRIS.

    DOKUMENT EWLIENI

    Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 1–26).

    L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/816 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2470 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tas-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) (ĠU L 322, 16.12.2022, pp. 107–121).

    Ir-Regolament (UE) 2021/1133 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, pp. 1–10).

    Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 85–135).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 138–183).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 99–137).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 39–98).

    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, pp. 1–71).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1–71).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53–114).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1–88).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 89–131).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, pp. 23–32).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 60–81).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 10.05.2023

    Fuq