Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L2034

    Superviżjoni prudenzjali ta’ ditti tal-investiment

    Superviżjoni prudenzjali ta’ ditti tal-investiment

     

    SOMMARJU TA’:

    Id-Direttiva (UE) 2019/2034 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment

    X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

    Id-direttiva, li hija magħrufa bħala d-direttiva tad-ditti tal-investiment, tistabbilixxi regoli għad-ditti tal-investiment dwar:

    • il-kapital inizzjali;
    • is-setgħat superviżorji u l-għodod għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment mill-awtoritajiet rilevanti;
    • is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment b’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2033 (ara s-sommarju);
    • ir-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni għall-awtoritajiet rilevanti.

    PUNTI EWLENIN

    Id-direttiva:

    • Tapplika għad-ditti tal-investiment awtorizzati u ssorveljati taħt id-Direttiva 2014/65/UE (ara ssommarju), magħrufa wkoll bħala d-direttiva tal-investimenti finanzjarji fis-swieq (MiFID 2), li tipprovdi qafas legali għas-swieq tat-titoli, intermedjarji tal-investiment u ċentri ta’ negozjar;
    • Ma tapplikax għal ditti ta’ investiment li l-assi kkonsolidati tagħhom huma daqs jew iktar minn EUR 15-il biljun (jiġifieri l-kategorija tal-1“ kategorija”) — dawn huma koperti mid-Direttiva 2013/36/UE (ara s-sommarju).

    L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti:

    • jissorveljaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment u, fejn applikabbli, tal-kumpaniji holding ta’ investiment kif ukoll kumpaniji holding finanzjarji mħallta;
    • ikollhom is-setgħat kollha meħtieġa għall-ġbir tal-informazzjoni u għall-investigazzjoni, inkluż l-abilità li jwettqu spezjonijiet fuq il-post;
    • ikollhom il-kwalifika, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat u l-indipendenza meħtieġa biex jagħmlu xogħolhom;
    • jistgħu jintervjenu fl-attività tad-ditti tal-investiment b’mod effettiv u proporzjonat billi jżidu l-ammont ta’ fondi propji li jeħtieġ li jkollhom, pereżempju, sabiex dan ikun adattat għall-profil tar-riskju tagħhom;
    • jirċievu l-informazzjoni kollha li jeħtieġu mid-ditti tal-investiment;
    • jikkooperaw mill-qrib ma’ awtoritajiet jew korpi oħra pubbliċi li jissorveljaw istituzzjonijiet ta’ kreditu* u istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istat Membru tagħhom, mas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja u mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku;
    • jiskambjaw informazzjoni, b’mod partikolari fuq il-problemi u r-riskji potenzjali, kif ukoll jikkollaboraw mal-imsieħba fi Stati Membri oħra;
    • jikkunsidraw l-impatt tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq is-sistema finanzjarja fi Stati Membri oħra u fl-Unjoni Ewropea (UE) kollha;
    • jirrispettaw is-segretezza professjonali u l-informazzjoni kunfidenzjali;
    • jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ korpi ta’ sorveljanza li mhumiex fl-UE;
    • jużaw l-informazzjoni dwar l-iskali tal-pagi sabiex jevalwaw ix-xejriet u l-prattiċi tal-pagi;
    • jagħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, inkluż il-leġiżlazzjoni applikabbli, il-kriterji u l-metodoloġiji li jużaw għad-data li ġabru għal skopijiet ta’ superviżjoni u statistika.

    Ir-Rekwiżiti kapitali għal ditti ta’ investiment huma stabbiliti mir-Regolament (UE) 2019/2033. Id-direttiva dwar id-ditti tal-investiment jagħtu d-dritt lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jżidu magħhom.

    Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra:

    • japplikaw għal ksur tad-direttiva, għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u r-Regolament 2019/2033, bħan-nuqqas ta’ rrappurtar tal-informazzjoni korretta lill-awtoritajiet rilevanti;
    • huma effettivi, proporzjonati u dissważivi;
    • jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, bħas-serjetà u t-tul tal-ksur;
    • jistgħu jikkonsistu f’multi ta’:
      • sa 10 % tal-fatturat net annwali totali jew id-doppju tal-ammont tal-profitti akkwistati jew telf li ġie evitat minħabba l-ksur fil-każ ta’ ditta, jew
      • sa EUR 5 miljuni għal individwu;
    • meta jiġu applikati jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet tal-awtorità rilevanti, bid-dettalji tal-ksur u l-awtur tar-reat, u rrappurtati lill-Awtorità Bankarja Ewropea.

    Ditti tal-investiment:

    • għandhom jirreġistraw it-tranżazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi tagħhom li huma suġġetti għal din id-direttiva u għar-Regolament (UE) 2019/2033, u b’hekk iħallihom iwettqu sorveljanza effettiva mill-awtoritajiet rilevanti;
    • għandhom japplikaw proċeduri xierqa interni li jiffaċilitaw lill-impjegati biex jirrappurtaw kwalunkwe ksur tad-direttiva, it-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali u r-Regolament (UE) 2019/2033;
    • jeħtieġ li jkollhom arranġamenti robusti ta’ governanza, inkluż:
      • struttura organizzattiva ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti,
      • proċessi effettivi biex jidentifikaw, jimmaniġġjaw, jimmonitorjaw u jirrappurtaw ir-riskji li huma, jew oħrajn, jistgħu jiġu esposti għalihom,
      • mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, inkluż amministrazzjoni u proċeduri ta’ kontabilità tajba,
      • politiki ta’ pagament konsistenti ma’ immaniġġjar tar-riskju b’mod tajjeb u effettiv;
    • għandhom jipprovdu informazzjoni dwar fergħat fi Stati Membri tal-UE oħrajn jew f’pajjiżi mhux tal-UE, bħal fatturat, profitt u telf u l-għadd ta’ impjegati, fuq bażi annwali;
    • ma jistgħux jagħmlu pagamenti varjabbli lil membri tal-korp tal-maniġment, jekk jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja pubblika speċjali.

    Ir-regoli superviżorji u ta’ evalwazzjoni jistipulaw li l-awtoritajiet rilevanti għandhom:

    • jirrevedu u jevalwaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi li d-ditti tal-investiment stabbilixxew sabiex jikkonformaw mad-direttiva u mar-Regolament (UE) 2019/2033;
    • jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jieħdu, fi stadju bikri, il-miżuri meħtieġa jekk huma ma jikkonformawx mad-direttiva u mar-Regolament (UE) 2019/2033 jew jekk x’aktarx jiksru l-proviżjonijiet nazzjonali.

    L-Awtorità Bankarja Ewropea:

    • tifformola, b’konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, bosta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji;
    • tipprepara rapport fuq kriterji tekniċi relatati mal-objettivi ambjentali, soċjali u ta’ governanza;
    • tevalwa informazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti dwar il-proċessi ta’ reviżjoni u ta’ evalwazzjoni tagħhom sabiex jiżviluppaw konsistenza madwar l-UE;
    • tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-grad ta’ konverġenza li qed tinkiseb bil-proċess tar-reviżjoni.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħa tadotta atti delegati għal 5 snin mill-25 ta’ Diċembru 2019. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jħassar din is-setgħa fi kwalunkwe ħin. Minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni adottat l-atti ta’ delega sussegwenti:

    • Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2154 dwar standards tekniċi li jispeċifikaw kriterji xierqa biex jiġu identifikati kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ ditta tal-investiment jew tal-assi li timmaniġġa;
    • Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2155 dwar standards tekniċi li jispeċifika il-klassijiet ta’ strumenti li jirriflettu b’mod adegwat il-kwalità tal-kreditu tad-ditta tal-investiment bħala negozju avvjat u arranġamenti alternattivi possibbli li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta’ rimunerazzjoni varjabbli;
    • Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2153 dwar standards tekniċi li jispeċifikaw il-kriterji biex ċerti ditti tal-investiment jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ara s-sommarju).

    Il-Kummissjoni qed tagħmel abbozz, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, ta’ rapport dwar varji aspetti tad-direttiva li ser jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sas-26 ta’ Ġunju 2024.

    MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLI?

    Id-Direttiva (UE) 2019/2034 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sas-26 ta’ Ġunju 2021, ħlief għar-regoli li jipprovdu l-forniment ta’ servizzi fuq l-inizjattiva tal-klijent, li jkunu applikaw mis-26 ta’ Marzu 2020.

    SFOND

    TERMINI EWLENIN

    Istituzzjoni ta’ kreditu. Impriża li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u tagħti kreditu għall-kont tagħha stess.

    DOKUMENT PRINĊIPALI

    Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, pp. 64-114).

    L-emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2019/2034 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2153 tas-6 ta’ Awwissu 2021 lli jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji biex ċerti ditti tal-investiment jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ĠU L 436, 7.12.2021, p. 9-10).

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2155 tat-13 ta’ Awwissu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-klassijiet ta’ strumenti li jirriflettu b’mod adegwat il-kwalità tal-kreditu tad-ditta tal-investiment bħala negozju avvjat u arranġamenti alternattivi possibbli li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta’ rimunerazzjoni varjabbli (ĠU L 436, 7.12.2021, pp. 17-25).

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2154 tat-13 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw kriterji xierqa biex jiġu identifikati kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ ditta tal-investiment jew tal-assi li timmaniġġa (ĠU L 436, 7.12.2021, p. 11-16).

    Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, pp. 1-63).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE and d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 349-496).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 190-348).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 338-436).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 1-337).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2011/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, pp. 1-73).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, pp. 32-96).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1-27).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 28.06.2022

    Fuq