Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1907

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — kif l-Unjoni Ewropea tirregola s-sustanzi kimiċi

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — kif l-Unjoni Ewropea tirregola s-sustanzi kimiċi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 — dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament (REACH) dwarir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi jipprovdi qafas leġiżlattiv komprensiv għal sustanzi kimiċi li huma mmanifatturati fl-Ewropa. Hu jgħaddi r-responsabbiltà li tiżgura li sustanzi kimiċi mmanifatturati, importati, mibjugħin u użati fl-Unjoni Ewropea (UE) huma sikuri minn awtoritajiet pubbliċi għall-industrija. Ir-regolament ukoll:

  • jippromwovi metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali;
  • joħloq suq uniku għas-sustanzi kimiċi;
  • Għandu l-għan li jrawwem l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-settur;
  • jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

PUNTI EWLENIN

  • Il-leġiżlazzjoni tapplika għas-sustanzi kimiċi kollha: immanifatturati, importati, mibjugħin, użati waħedhom, f’taħlitiet jew fi prodotti. Ħafna minnhom jistgħu jinstabu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum bħala prodotti tat-tindif, żebgħa jew fl-apparat elettriku.
  • Il-kumpaniji għandhom jirreġistraw is-sustanzi kimiċi kollha li huma jimmanifatturaw jew jimportaw fi kwantitajiet ta’ tunnellata jew aktar kull sena f’bażi ta’ data ċentrali. L-ECHA għandha tivverifika l-informazzjoni sottomessa fir-reġistrazzjonijiet.
  • Il-kumpaniji għandhom jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe riskju relatat mas-sustanzi li huma jimmanifatturaw u jikkummerċjalizzaw fl-UE. Huma għandhom juru kif jużaw il-prodotti tagħhom b’mod sikur u għandhom jinformaw lill-utenti bi kwalunkwe miżura ta’ mmaniġġjar tar-riskji li dawn għandhom jieħdu biex jiżguraw l-użu sikur fil-katina tal-provvista kollha.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jirrestrinġu l-manifattura jew l-użu ta’ ċerti sustanzi jekk huma jqisu li r-riskji ma jkunux ġestiti b’mod adegwat.
  • Il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tissostitwixxi l-aktar sustanzi perikolużi b’alternattivi aktar sikuri, fejn dawn huma disponibbli.
  • Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal ċerti gruppi ta’ sustanzi (eż: dawk li huma radjuattivi jew taħt is-superviżjoni tad-dwana) jew għall-iskart, minħabba li dawn huma diġà regolati estensivament taħt leġiżlazzjoni oħra.

Fl-2013, il-Kummissjoni Ewropea vvalutat l-ewwel 5 snin tar-regolament REACH u kkonkludiet li mhi meħtieġa l-ebda riforma maġġuri. It-tieni rieżami REACH (evalwazzjoni REACH refit) saret fl-2018 u wriet il-bżonn li nirrevedu ċerti elementi tal-leġiżlazzjoni. L-istrateġija tas-sustanzi kimiċi għal sostenibbilità, ippubblikata f’Ottubru 2020, ħabbret il-bżonn għal reviżjoni immirata ta’ REACH (ara l-komunikazzjoni).

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan iIu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.

SFOND

L-industrija tas-sustanzi kimiċi hija waħda mill-akbar setturi tal-manifattura fl-UE. Hija għandha rwol ewlieni x’taqdi fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u fil-kompetittività globali tal-ekonomija. L-UE implimentat leġiżlazzjoni li tippermetti lill-industrija tas-sustanzi kimiċi (u lill-industrija tal-manifattura usa’ li tuża sustanzi kimiċi) biex tiżviluppa u tirrinnova, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li l-prodotti tagħha huma sikuri għan-nies u għall-ambjent.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, pp. 1–849). Test ippubblikat mill-ġdid fir-rettifika (ĠU L 136, 29.5.2007, pp. 3–280).

Emendi u bidliet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u l-annessi tiegħu ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008 tal-1 ta’ Awwissu 2008 li jistipula r-regoli ta’ organizzazzjoni u proċedura tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 206, 2.8.2008, pp. 5-13).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, pp. 1-739).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, 17.4.2008, pp. 6-25).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-istipular ta’ regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 10).

l-aħħar aġġornament 17.12.2022

Fuq