Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016E171

Atti atipiċi

Atti atipiċi

 

SOMMARJU TA’:

Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) — Politika ekonomika

Artikolu 148 TFUE — Impjieg

Artikolu 171 TFUE — Netwerks trans-Ewropej

Artikolu 177 TFUE — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Artikolu 218 TFUE — Ftehimiet internazzjonali

Artikolu 232 TFUE — Il-Parlament Ewropew

Artikolu 240 TFUE — Il-Kunsill

Artikolu 249 TFUE — Il-Kummissjoni

Artikolu 254 TFUE — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 256 TFUE — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 287 TFUE — Il-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 295 TFUE — Proċeduri għall-adozzjoni ta’ atti u provvedimenti oħra

Artikolu 303 TFUE — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

Artikolu 306 TFUE — Il-Kumitat tar-Reġjuni

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN L-ARTIKOLI?

  • Atti atipiċi huma kategorija ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) u li jirrelataw mal-organizzazzjoni interna tal-UE. Dawn l-atti huma deskritti bħala atipiċi għax mhumiex parti min-nomenklatura ta’ atti legali li hemm ipprovduti għalihom f’Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE).
  • Hemm ħafna tipi ta’ atti atipiċi. Uħud huma msemmija fit-trattati tal-UE, waqt li oħrajn tfaċċaw fil-prattika.
  • Atti atipiċi huma differenzjati bl-applikazzjoni tagħhom, li, ġeneralment, hi politika. Uħud jistgħu jkunu vinkolanti, għalkemm dan jibqa’ limitat għall-istruttura istituzzjonali tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Atti atipiċi huma previsti bit-trattati

  • Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-istituzzjonijiet tal-UEhuma atti atipiċi. It-trattati fundaturi jistabbilixxu li l-istituzzjonijiet tal-UE jadottaw ir-Regoli ta’ Proċedura tagħhom stess.
  • Ir-Regoli tal-Proċedura jistabbilixxu l-organizzazzjoni interna, l-operat u l-metodi ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn għandhom effett vinkolanti għall-istituzzjoni jew korp ikkonċernat biss
  • L-artikoli li ġejjin jipprovdu għall-bażijiet legali għall-adozzjoni ta’ Regoli tal-Proċedura:
  • It-trattati fundaturi jipprovdu wkoll għal tipi oħra ta’ atti adottati fil-kuntest ta’ djalogu politiku bejn l-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn l-atti huma essenzjalment maħsuba biex jiffaċilitaw ix-xogħol u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet. Pereżempju, fil-kuntest tal-proċedura għall-adozzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jista’ jindirizza linji gwida ta’ negozzjar lill-Kummissjoni Ewropea għan-negozzjar tal-ftehimiet (Artikolu 218 (TFUE).
  • L-istituzzjonijiet jistgħu wkoll imorru lil hinn billi jorganizzaw il-kooperazzjoni tagħhom permezz ta’ ftehimiet interistituzzjonali (Artikolu 295 TFUE). Dawn it-tipi ta’ ftehimiet ukoll huma atti atipiċi. Dawn jista’ jkollhom effett vinkolanti, imma għall-istituzzjonijiet li jkunu iffirmaw il-ftehim biss.

Atti atipiċi mhumiex previsti bit-trattati

L-istituzzjonijiet tal-UE jużaw firxa ta’ strumenti li ħarġu fil-prattika. Dawn jinkludu dikjarazzjonijiet, deliberazzjonijiet, rakkomandazzjonijiet, riżoluzzjonijiet, komunikazzjonijiet, kodiċi ta’ mġiba, ftehimiet interistituzzjonali, skedi ta’ żmien, konklużjonijiet u White u Green Papers.

  • Il-Parlament jesprimi wħud mill-pożizzjonijiet politiċi tiegħu fil-livell internazzjonali permezz ta’ riżoluzzjonijiet (pereżempju fuq l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna)
  • Il-Kunsill regolarment jadotta konklużjonijiet, riżoluzzjonijiet jew linji gwida wara l-laqgħat tiegħu. Dawn l-atti essenzjalment jesprimu l-opinjoni tal-istituzzjoni fuq ċerti kwistjonijiet Ewropej jew internazzjonali. Dawn għandhom applikazzjoni ġenerali iżda ma għandhomx effett vinkolanti. Eżempji jinkludu l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tkabbir tat-12 ta’ Diċembru 2023.
  • Il-Kummissjoni tadotta wkoll bosta atti atipiċi li huma speċifiċi għaliha.
    • L-iktar komuni huma komunikazzjonijiet li, ġeneralment, jippreżentaw programmi ġodda ta’ politika.
    • Dokumenti ta’ ħidma tal-persunal jipprovdu informazzjoni ta’ sfond, inklużi dettalji ta’ riċerka magħmula biex jipprovdu r-raġunament għall-politika imfassla f’komunikazzjoni; dawn jintużaw ukoll biex jispjegaw kif u għaliex għażliet ta’ politika jsiru fil-każ ta’ proposti leġiżlattivi
    • Hi tadotta wkoll Green Papers, li għandhom il-ħsieb li jvaraw konsultazzjonijiet pubbliċi dwar ċerti kwistjonijiet tal-UE (pereżempju l-“Green Paper dwar it-tixjiħ”, adottata fl-2021). Hija tagħmel użu minn dawn biex tiġbor l-informazzjoni neċessarja qabel tfassal proposta leġiżlattiva.
    • Hi, okkażjonalment, tadotta White Papers li jistabbilixxu proposti dettaljati għal miżuri li jridu jittieħdu fil-livell tal-UE (pereżempju l-“White Paper dwar intelliġenza artifiċjali”, maħruġa fl-2020).
    • Hi toħroġ ukoll linji gwida, ta’ spiss biex tipprovdi informazzjoni prattika biex tassisti l-interpretazzjoni ta’ leġiżlazzjoni. Eżempju kieku jkunu l-linji gwida dwar għajnuna mill-Istat għall-klima, protezzjoni ambjentali u enerġija, maħruġa fl-2022.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- it-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni -Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 121 (eks Artikolu 99 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 97–98).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewopea — It-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu IX — l-Impjieg — l-Artikolu 148 (eks Artikolu 128 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 112–113).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- it-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni -Titolu XVI — Netwerks trans-Ewropej- Artikolu 171 (eks Artikolu 155 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 125).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- it-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni -Titolu XVIII — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali- Artikolu 177 (eks Artikolu 161 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 128).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Ħamsa — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu V — Ftehimiet internazzjonali — l-Artikolu 218 (ex Artikolu 300 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 144–146).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 1 — L-Istituzzjonijiet- Taqsima 1- Il-Parlament Ewropew — Artikolu 232 (eks Artikolu 199 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 152).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 1 — L-Istituzzjonijiet- Taqsima 3- Il-Kunsill — Artikolu 240 (eks Artikolu 207 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 154).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 1 — L-Istituzzjonijiet- Taqsima 4- Il-Kummissjoni — Artikolu 249 (eks Artikolu 218 (2) u 212 (TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 157).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 1 — L-Istituzzjonijiet- Taqsima 5- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 254 (eks Artikolu 224 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 158–159).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 1 — L-Istituzzjonijiet- Taqsima 5- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 256 (eks Artikolu 225 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 159–160).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 1 — L-Istituzzjonijiet- Taqsima 7- Il-Qorti tal-Awdituri — Artikolu 287 (eks Artikolu 248 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 170–171).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 2 — Atti legali tal-Unjoni, proċeduri t’adozzjoni u dispożizzjonijiet oħra- Taqsima 2- Proċeduri għall-adozzjoni ta’ atti u dispożizzjonijiet oħra — Artikolu 295 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 175).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 3 — Il-korpi konsultattivii tal-Unjoni — Taqsima 1- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali — Artikolu 303 (eks Artikolu 260 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 178).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea- is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji -Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali- Kapitolu 3 — Il-korpi konsultattivii tal-Unjoni — Taqsima 2- Il-Kumitat tar-Reġjuni — Artikolu 306 (eks Artikolu 264 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 179).

l-aħħar aġġornament 17.05.2024

Fuq