Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Trattament tal-ilma urban mormi

Trattament tal-ilma urban mormi (sal-2027)

SOMMARJU TA’:

Direttiva 91/271/KEE — trattament tal-ilma urban mormi

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Id-Direttiva 91/271/KEE għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent fl-Unjoni Ewropea (UE) mill-effetti avversi (bħall-ewtrofikazzjoni1) tal-ilma urban mormi
  • Din tistabbilixxi regoli mifruxa mal-UE kollha għall-ġbir, it-trattament u l-iskariku tal-ilma mormi. Il-liġi tkopri wkoll l-ilma mormi li jiġi ġġenerat minn industriji bħall-industriji tal-ikel agrikolu (bħal dawk li jipproċessaw l-ikel u li jipproduċu l-birra).

PUNTI EWLENIN

  • L-Istati Membri tal-UE għandhom:
    • jiġbru u jittrattaw l-ilma mormi f’abitazzjonijiet urbani b’popolazzjoni ta’ mill-inqas 2 000 ruħ u japplikaw trattament sekondarju2 fuq l-ilma mormi li jinġabar;
    • japplikaw trattament aktar avvanzat f’abitazzjonijiet urbani b’popolazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 ruħ li jinsabu f’żoni sensittivi3 magħżula;
    • jiżguraw li l-impjanti tat-trattament issirilhom manutenzjoni xierqa, sabiex jiġi żgurat li dawn ikollhom prestazzjoni suffiċjenti u jkunu jistgħu jitħaddmu taħt il-kundizzjonijiet tat-temp normali kollha;
    • jieħdu miżuri li jillimitaw it-tniġġis tal-ilmijiet riċeventi mit-tifwir tal-ilma wara maltempata taħt sitwazzjonijiet estremi, bħal xita qawwija mhux tas-soltu;
    • jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-impjanti tat-trattament u l-ilmijiet riċeventi;
    • jimmonitorjaw ir-rimi u l-użu mill-ġdid tal-ħama tad-drenaġġ.
  • Minbarra li jiddeskrivi l-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati, l-Anness I jelenka r-rekwiżiti ġenerali:
    • għas-sistemi tal-ġbir,
    • għall-iskariki mill-impjanti għat-trattament tal-ilma urban mormi, inklużi l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet għal dawn,
    • għall-ilma industrijali mormi f’sistemi intiżi għall-ġbir tal-ilma urban.
  • L-Anness II jiddeskrivi l-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ żoni sensittivi u inqas sensittivi.

Revoka

Id-Direttiva (UE) 91/271/KEE se tiġi revokata u sostitwita bid-Direttiva (UE) 2024/3019 (ara s-sommarju) mill-. Madankollu, xi regoli se jkomplu japplikaw wara dan.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mid-, b’bosta skadenzi differenti għad-diversi rekwiżiti. Fl-1998, il-Kummissjoni adottat id-Direttiva 98/15/KE sabiex tikkjarifika wħud mir-regoli minħabba l-interpretazzjonijiet differenti fil-pajjiżi tal-UE. Din daħlet fis-seħħ fis-. Hemm skadenzi oħrajn li japplikaw għall-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem. Dawn huma speċifikati fit-Trattati ta’ Adeżjoni ma’ kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Ewtrofikazzjoni. Ewtrofikazzjoni tal-ilma fejn in-nutrijenti jikkawżaw, fost affarijiet oħra, tkabbir aċċellerat tal-alka li jfixkel il-bilanċ tal-organiżmi fl-ilma u l-kwalità tal-ilma.
  2. Trattament sekondarju. Proċess li ġeneralment ikun jinvolvi trattament bijoloġiku, sabiex jinkisbu r-rekwiżiti fl-Anness I tad-Direttiva.
  3. Żoni sensittivi. Ilma naturali li huwa ewtrofikat jew jista’ jsir ewtorifikat fil-futur qarib jekk ma tittiħidx azzjoni ta’ protezzjoni, jew dak li għandu bżonn aktar trattament avvanzat sabiex jissodisfa l-konformità ma’ Direttivi oħra tal-UE (eż., id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm)

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (GU L 135, , pp. 40–52).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 91/271/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament .

Top