Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex
EU integrated political crisis response (IPCR) arrangements
L-arranġamenti integrati ta’ rispons politiku f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi (IPCR) tal-UE
L-arranġamenti integrati ta’ rispons politiku f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi (IPCR) tal-UE
Din tistabbilixxi arranġamenti għar-rispons għall-kriżijiet politiċi integrati (IPCR) tal-Unjoni Ewropea (UE). Dawn isaħħu l-kapaċità tal-UE li tieħu deċiżjonijiet politiċi rapidi meta tkun qed tiffaċċja kriżijiet* interni jew esterni kbar b’impatt wiesa’ jew b’sinifikat politiku, kemm jekk joriġinaw fl-UE kif ukoll jekk barra minnha. Kriżijiet li għalihom l-IPCR kienet attivata, bħala regola, kienu trażversali fin-natura.
L-IPCR:
Id-deċiżjoni biex tattiva jew tiddiżattiva l-IPCR hi l-prerogativa tal-Presidenza, b’ċerti eċċezzjonijiet. L-IPCR hi awtomatikament attivata f’modalità sħiħa meta Stat Membru tal-UE jinvoka l-klawżola ta’ solidarjetà (Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Id-deċiżjoni biex tattiva l-IPCR f’modalità ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni tista’ tittieħed ukoll mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAS, f’konsultazzjoni mal-Presidenza.
Il-Presidenza:
Dispożizzjonijiet finali jeħtieġu:
Din ilha tapplika mit-18 ta’ Diċembru 2018.
Wara l-attakki terroristiċi fuq il-World Trade Center fil-11 ta’ Settembru 2001, l-UE rrealizzat li kellha bżonn ta’ qafas biex tikkoordina r-rispons tagħha għal kriżijiet maġġuri. Il-Kunsill ħoloq dan bl-adozzjoni tal-arranġamenti tal-IPCR fil-25 ta’ Ġunju 2013.
L-IPCR hi attivata bħalissa f’modalità sħiħa għas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, minħabba l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u minħabba kwistjonijiet ta’ migrazzjoni. Mit-2 ta’ Mejju 2023, l-attivazzjonijiet tal-IPCR għal COVID-19 u t-terremoti fis-Sirja u fit-Turkija ġew diżattivati u mbiddla għal modalità ta’ superviżjoni.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (ĠUJ L 320, 17.12.2018, pp. 28–34).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 16 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 24).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Ħamsa — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — It-Titolu VII — Klawżola ta’ solidarjetà — L-Artikolu 222 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 148).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Seba’ Parti — Dispożizzjonijiet ġenerali u finali — l-Artikolu (346 (ex Artikolu 296 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 194).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/415/UE tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawżola ta’ solidarjetà (ĠU L 192, 1.7.2014, pp. 53–58).
L-emendi suċċessivi tad-Deċiżjoni 2014/415/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, pp. 1–50).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 15.03.2024