Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 16(9) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-konfigurazzjonijiet differenti tagħha— minbarra l-Affarijiet Barranin — titwettaq minn rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE fil-Kunsill fuq bażi ta’ rotazzjoni ndaqs. Il-Kunsill iddeċieda li din għandha titwettaq minn gruppi ta’ tliet pajjiżi tal-UE stabbiliti minn qabel. Kull membru tat-triju jżomm il-Presidenza għal perjodu ta’ 6 xhur, sabiex b’hekk jiġi żgurat l-operat bla xkiel tal-ħidma tal-Kunsill.

Il-Presidenza tal-Kunsill Affarijiet Barranin tinżamm mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li jirrappreżenta wkoll lill-UE fi kwistjonijiet relatati malpolitika estera u ta’ sigurtà komuni.

Ir-responsabbiltajiet tal-Presidenza huma:

  • li tippresjedi l-laqgħat tal-Coreper u ta’ gruppi u kumitati ta’ ħidma oħrajn tal-Kunsill;
  • li torganizza u tmexxi l-operat tal-Kunsill f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu.

ARA WKOLL

Top