EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Baġit tal-UE għall-2018: EUR 160.1 biljun

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Il-Baġit tal-UE għall-2018: EUR 160.1 biljun

 

SOMMARJU TA’:

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2018/251 tal-baġit ġenerali tal-UE għas-sena finanzjarja 2018

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?

Huwa t-test li ntlaħaq qbil dwaru mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jadottaw il-baġit tal-UE għall-2018.

Il-baġit:

  • jgħin biex il-prijoritajiet politiċi tal-UE jsiru realtà;
  • jistabbilixxi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa totali annwali għall-UE u għall-Awtorità Ewropea għall-Enerġija Atomika;
  • Jidentifika l-oqsma ta’ nefqa ta’ prijorità speċifiċi. Għall-2018, dawn jinkludu:
    • il-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ;
    • it-tkabbir ekonomiku u l-investiment strateġiku;
    • l-iżvilupp reġjonali;
    • il-migrazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Il-baġit tal-UE għall-2018 jipprevedi EUR 160.1 biljun f’impenji* ta’ nfiq u EUR 144.7 biljun f’pagamenti* kreditu. L-oqsma ewlenin tan-nefqa (f’EUR miljuni) huma:

 

Impenji (EUR miljuni)

Pagamenti (EUR miljuni)

Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi (riċerka, innovazzjoni, edukazzjoni, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, eċċ.)

22 001

20 097

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (fondi reġjonali, soċjali u ta’ investiment, eċċ.)

55 532

46 527

Tkabbir sostenibbli, riżorsi naturali (agrikoltura, sajd, politiki rurali u tal-ambjent, eċċ.)

59 285

56 084

li minnhom: Appoġġ finanzjarju dirett lill-bdiewa u miżuri tas-suq

43 235

43 189

Sigurtà u Ċittadinanza (protezzjoni tal-fruntieri, politika dwar l-asil, miżuri kontra t-terroriżmu, eċċ)

3 493

2 981

Ewropa Globali (għajnuna għall-iżvilupp barra mill-UE, għajnuna umanitarja, eċċ.)

9 569

8 906

Amministrazzjoni (salarji tal-persunal, pensjonijiet u spejjeż operazzjonali)

9 666

9 666

Strumenti speċjali

567

420

MINN META JIBDA JAPPLIKA L-ATT?

Dan ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2018.

SFOND

Il-baġit annwali jiffinanzja l-firxa sħiħa tal-politiki, tal-attivitajiet, tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-UE. Huwa jirrappreżenta madwar 1 % tad-dħul nazzjonali gross tat-28 pajjiż tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-abbozz ta’ proposta tagħha għall-baġit li mbagħad iridu jaqblu fuqu l-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

Fit-30 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni pproponiet baġit għall-2018 ta’ EUR 161 biljun f’impenji u EUR 145 biljun f’pagamenti. Il-Kunsill naqqas xi ftit dak l-ammont filwaqt li l-Parlament żiedu. It-tliet istituzzjonijiet laħqu ftehim dwar il-proċedura ta’ konċiljazzjoni*. Il-ftehim ġie fformalizzat bl-adozzjoni definittiva tal-Parlament Ewropew fit-30 ta’ Novembru 2017.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Impenji: wegħdiet legali biex f’sena partikolari jingħata finanzjament, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Pagamenti: flus li se jitħallsu permezz ta’ trasferimenti ta’ flus jew bankarji lill-benefiċjarji matul is-sena baġitarja.
Il-Proċedura ta’ konċiljazzjoni: negozjati bejn il-Kunsill (il-gvernijiet tal-UE), il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (taġixxi bħala sensar onest) sabiex jaqblu fuq il-baġit finali.

DOKUMENT EWLIENI

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2018/251 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (ĠU L 57, 28.2.2018, pp. 1-2382)

DOKUMENTI RELATATI

Ittra emendatorja Nru 1 għall-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2018 li jaġġorna l-ħtiġijiet stmati għan-nefqa agrikola u aġġustamenti oħra (riżerva għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, aġenziji u nefqa amministrattiva) (COM(2017) 615 final, 16.10.2017)

l-aħħar aġġornament 23.04.2018

Top