Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020B0227

    Baġit tal-UE 2020: EUR 168,7 biljun

    Status legali tad-dokument Dan is-sommarju ġie arkivjat u mhux se jiġi aġġornat, għaliex id-dokument imqassar ma għadux fis-seħħ jew ma jirriflettix is-sitwazzjoni attwali.

    Baġit tal-UE 2020: EUR 168,7 biljun

     

    SOMMARJU TA’:

    Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2020/227 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

    X’INHU L-GĦAN TA’ DAN L-ATT?

    Dan huwa t-test maqbul mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE li jadotta l-baġit tal-UE għall-2020.

    Il-baġit:

    • jgħin il-prijoritajiet politiċi tal-UE jinbidlu f’realtà;
    • jistabbilixxi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa totali annwali għall-UE u għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;
    • jidentifika oqsma ta’ nefqa ta’ prijorità speċifiċi.

    Għall-2020, l-oqsma ta’ prijorità li huma importanti għaċ-ċittadini jinkludu:

    PUNTI EWLENIN

    Il-baġit tal-UE 2020 jipprovdi għal EUR 168,689 biljun f’impenji* ta’ nfiq u EUR 153,566 biljun f’pagamenti* kreditu.

    L-oqsma ewlenin tan-nefqa huma:

     

    L-impenji (f’EUR miljuni)

    Pagamenti (f’EUR miljuni)

    Il-kompetittività, għat-tkabbir u l-impjiegi (ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, eċċ.)

    25 285

    22 308

    Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (fondi reġjonali, soċjali u ta’ investiment, eċċ .)

    58 646

    50 046

    It-tkabbir sostenibbli, ir-riżorsi naturali (l-agrikoltura, is-sajd, il-politiki rurali u ambjentali, eċċ.)

    59 907

    57 904

    li minnhom: L-appoġġ finanzjarju dirett għall-bdiewa u l-miżuri ta’ intervent fis-suq

    43 410

    43 380

    Is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza (il-protezzjoni tal-fruntieri, il-politika dwar l-asil, l-attivitajiet kontra t-terroriżmu, eċċ.)

    3 729

    3 685

    Ewropa Globali (l-għajnuna għall-iżvilupp barra mill-UE, l-għajnuna umanitarja, eċċ.)

    10 262

    8 929

    Amministrazzjoni (salarji tal-persunal, pensjonijiet u spejjeż operazzjonali)

    10 272

    10 275

    Strumenti speċjali

    588

    419

    • Ir-Renju Unit, minkejja li ħareġ mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020, qed ikompli jikkontribwixxi u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-baġit sal-aħħar tal-2020 daqslikieku kien Stat Membru tal-UE.

    MINN META JIBDA JAPPLIKA L-ATT?

    Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

    SFOND

    • Il-baġit annwali primarjament huwa baġit ta’ investiment li jiffinanzja l-firxa sħiħa tal-politiki, l-attivitajiet, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE. Huwa jirrappreżenta madwar 1 % tad-dħul nazzjonali gross tal-pajjiżi membri u madwar 2 % tal-infiq pubbliku tal-UE. Għandu l-għan li jikkomplementa baġits nazzjonali u jimplimenta prijoritajiet li l-gvernijiet kollha tal-UE jkunu qablu magħhom.
    • Il-baġit tal-UE tal-2020 huwa l-aħħar wieħed taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għaddej bejn l-2014 u l-2020.
    • fil-5 ta’ Ġunju 2019 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet abboż ta’ baġit tal-UE għall-2020 ta’ EUR 168,3 biljun f’impenji (+ 1,3 % fl-2019) u EUR 153,6 biljun f’pagamenti (+ 3,5 %). Il-Kunsill naqqas xi ftit dak l-ammont, filwaqt li l-Parlament żiedu. Fit-18 ta’ Novembru 2019, it-tliet istituzzjonijiet laħqu ftehim dwar il-proċedura ta’ konċiljazzjoni*. Il-baġit tal-UE għall-2020 ġie approvat b’mod formali mill-Kunsill fis-26 ta’ Novembru 2019 u ġie adottat mill-Parlament Ewropew fis-27 ta’ Novembru 2019.

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    TERMINI EWLENIN

    Impenji: reżervazzjoni ta’ flus biex ikopri spejjeż sussegwenti. Din hija l-ispiża total tal-obbligi legali (kuntratti, ftehimiet/deċiżjonijiet ta’ għotjiet) biex tipprovdi finanzjament f’sena partikolari, jekk kemm-il darba jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet.
    Pagamenti: flus li se jitħallsu permezz ta’ trasferimenti ta’ flus kontanti jew bankarji lill-benefiċjarji matul is-sena baġitarja.
    Il-Proċedura ta’ konċiljazzjoni: negozjati bejn il-Kunsill (il-gvernijiet tal-UE), il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (taġixxi bħala sensar onest) sabiex jaqblu fuq il-baġit finali.

    DOKUMENT EWLIENI

    Adozzjoni definittiva (UU, Euratom) 2020/227 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (ĠU L 57, 27.2.2020, pp. 1-2384)

    l-aħħar aġġornament 26.02.2020

    Fuq