This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019L0790
Id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali
Id-Direttiva (UE) 2019/790 dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali
Id-Direttiva għandha 3 għanijiet ewlenin:
Id-Direttiva taġġorna iżda ma tissostitwixxix il-11-il direttiva li flimkien jinkorporaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur. Dawn jinkludu:
Id-Direttiva tagħmilha aktar faċli biex wieħed juża materjal protett bid-drittijiet tal-awtur għal finijiet differenti, l-aktar relatat mal-aċċess għall-għarfien, billi tintroduċi eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet tal-awtur biex trawwem:
Hija tiffaċilita l-liċenzjar biex jingħata aċċess usa’ għall-kontenut, b’mod partikolari billi tipprovdi:
Id-Direttiva tiċċara wkoll li kulħadd jista’ juża u jaqsam mingħajr restrizzjoni kopji ta’ xogħlijiet tal-arti fid-dominju pubbliku (pereżempju, stampa ta’ skultura li ma tkunx għadha koperta mid-drittijiet tal-awtur), skont ċerti kundizzjonijiet.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li meta attur jew awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-drittijiet tiegħu għall-isfruttament minn parti oħra (eż. pubblikatur jew produttur) japplika prinċipju ta’ remunerazzjoni xieraq u proporzjonat.
L-awturi u l-atturi għandhom jirċievu b’mod regolari, mill-anqas darba f’sena, informazzjoni aġġornata, rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttament tax-xogħlijiet u tal-prestazzjonijiet tagħhom. Huma għandhom dritt ta’ revoka, wara perjodu ta’ żmien raġonevoli, fil-każ tan-nuqqas ta’ użu tax-xogħol jew tal-prestazzjoni tagħhom.
Id-drittijiet ta’ negozjar tal-awturi u tal-atturi jiġu msaħħa. Huma għandhom id-dritt ta’ pretensjoni mill-parti li magħha jkollhom kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet, remunerazzjoni addizzjonali xierqa u ġusta f’każijiet meta r-remunerazzjoni inizjalment maqbula tkun baxxa b’mod raġonevoli fir-rigward tal-introjtu kollu sussegwenti li jirriżulta mill-isfruttament tax-xogħlijiet.
Id-Direttiva ilha tapplika mis- u trid issir liġi fil-pajjiżi kollha tal-UE sas-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, , pp. 92-125)
l-aħħar aġġornament