Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0224

    Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru- Afrikana

    Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru- Afrikana

     

    SOMMARJU TA’:

    Deċiżjoni 2013/798 PESK rigward miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

    Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAR-REGOLAMENT?

    PUNTI EWLENIN

    Id-deċiżjoni u r-regolament, li kienu emendati bosta drabi:

    • projbizzjoni
      • il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi, munizjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju,
      • il-provvediment ta’ assistenza teknika u finanzjarja, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ attivitajiet militari u l-provvediment, manifattura, manutenzjoni u użu ta’ armi u tagħmir militari relatat ta’ kull tip lil xi persuna ġuridika jew fiżika, entità jew korp fil- jew għall-użu fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.
    • friża fuq il-fondi u riżorsi ekonomiċi kollha ta’ individwi, kumpaniji u korpi identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU għax jimminaw il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, jiksru l-embargo tal-armi jew huma involuti f’atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi internazzjonali umanitarja (Anness għar-regolament);
    • jipprojbixxu kull involviment attiv li jittanta jevita s-sanzjonijiet
    • jitolbu lill-Istati Membri tal-UE biex:
      • jirreġistraw u jarmu (inkluż permezz ta’ qerda) kull arma u tagħmir pprojbit li jiskopru;
      • jipprevjenu li individwi elenkati f’Anness l jidħlu jew jgħaddu mit-territorji tagħhom;
      • japplikaw pieni għal ksur tas-sanzjonijiet;
      • jappuntaw awtoritajiet nazzjonali biex jimplimentaw ir-regolament (Anness l tar-regolament)

    Eżenzjonijiet

    Id-deċiżjoni u r-regolament għandhom ċerti eżenzjonijiet mill-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet, inkluż b’mod partikulari:

    Il-miżuri restrittivi japplikaw:

    • ġol-UE, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
    • abbord inġenji tal-ajru u bastimenti rreġistrati fl-UE;
    • għal ċittadini u negozji tal-UE, sew ġo kif ukoll barra t-territorju tal-UE;
    • għal kull individwu jew kumpanija li tinnegozja kompletament jew parzjalment ġol-UE.

    Eżenzjonijiet umanitarji

    Wara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2664 (2022), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/331 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/338 jintroduċu fil-liġi tal-UE eżenzjoni għal miżuri ta’ ffriżar tal-assi għal assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġjaw bżonnijiet bażiċi umani mwettqa minn organizzazzjonijiet umanitarji rilevanti.

    MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U R-REGOLAMENT?

    Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK ilha tapplika mill-24 ta’ Diċembru 2013.

    Ir-Regolament (UE) Nru 224/2014 ilu japplika mill-11 ta’ Marzu 2014.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI PRINĊIPALI

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 rigward miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 352, 24.12.2013, pp. 51–52).

    L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta’ Marzu 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 70, 11.3.2014, pp. 1–9).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    DOKUMENTI RELATATI

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 29 (ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Ħamsa — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — Artikolu 215 (ex Artikolu 301 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

    l-aħħar aġġornament 15.03.2023

    Fuq