This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0401
Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Myanmar/Burma
Ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 li jikkonċerna miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma
Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmarr/Burma
Id-deċiżjoni u r-regolament jistabbilixxu miżuri restrittivi (sanzjonijiet) kontra persuni u entitajiet riżultat tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma.
Tagħmir użat għal ripressjoni interna u skopijiet militari
Il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir, li jista’ jintuża għal ripressjoni interna, għal xi persuna jew entità fil-, jew għall-użu fil-Myanmar/Burma hu pprojbit jekk hu intenzjonat għall-użu militari, utenti finali militari jew pulizija tal-gwardja tal-fruntiera. Dan jinkludi:
Il-projbizzjoni ma tinkludix ilbies protettiv, inkluż ġkieket u elmi rinfurzati, esportati temporanjament għal Myanmar/Burma minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea (UE) jew Stat Membru tal-UE, il-media jew ħaddiema umanitarji u fl-iżvilupp għall-użu personali biss.
Assistenza teknika u attività ta’ finanzjament militari
Il-forniment (jew promozzjoni) ta’ dawn li ġejjin lil xi persuna, entità jew korp fi jew għal użu fil-Myanmar/Burma hija pprojbita:
Tagħmir, teknoloġija u software biex jissorveljaw jew għall-interċettazzjoni tal-komunikazzjoni bl-internet jew bit-telefon
Il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir, teknoloġija jew software li jista’ jintuża għas-sorveljanza jew interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet bl-internet jew bit-telefon mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru rilevanti, huma pprojbiti.
L-Istati Membri m’għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjoni jekk jemmnu li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software ser jintużaw għal ripressjoni interna mill-gvernijiet, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tal-Myanmar/Burma.
Sanzjonijiet ekonomiċi
Derogi
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rillaxx ta’ ċerti fondi ffriżati, inkluż għal:
Persuni u entitajiet b’sanzjonijiet
Ir-Regolament iħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (ĠU L 121, 3.5.2013, pp. 1–7).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, pp. 75–76).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fil-21 ta’ Frar 2022 (tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jiggvernaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari) (li taġġorna u tissostitwixxi l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fis-17 ta’ Frar 2020) (ĠU C 100, 1.3.2022, pp. 3–35).
Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet Ġenerali fuq l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi fuq il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi fuq il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 29 (ex Artikolu 15 TEU) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).
Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti ħamsa — l-azzjoni esterma tal-Unjoni — Titlolu IV — Miżuri restrittivi — Artikolu 215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).
l-aħħar aġġornament 30.01.2023