Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0461

Vetturi bil-mutur — eżenzjoni ta’ kategorija mid-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea

Vetturi bil-mutur — eżenzjoni ta’ kategorija mid-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 461/2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeżenta akkordji vertikali1 li jagħtu benefiċċji suffiċjenti biex jisbqu l-effetti antikompetittivi.

Ir-regolament, magħruf bħala r-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija ta’ vettura bil-mutur, jagħti s-settur tal-vetturi bil-mutur eżenzjoni ta’ kategorija speċifika għal akkordji vertikali għax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda, u għal akkordji vertikali għall-provvediment ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ tali vetturi u għad-distribuzzjoni ta’ spare parts.

Inizzjalment mistenni jiskadi fil-, Regolament emendatorju (UE) 2023/822 estenda l-validità tiegħu b’5 snin oħra. Dan hu biex jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea biex tirreaġixxi b’manjera f’waqtha għal bidliet fis-suq tal-vetturi bil-mutur u biex tqis l-iżviluppi bħal dawk li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-vetturi, l-elettrifikazzjoni u mudelli ġodda ta’ mobilità.

PUNTI EWLENIN

Akkordji vertikali relatati max-xiri, bejgħ u bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda

Meta Regolament (UE) Nru 461/2010 kien oriġinarjament adottat, l-iskop tiegħu kien biex japplika r-Regolament (UE) Nru 330/2010 għal akkordji vertikali fir-rigward tax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda. Regolament (UE) 2022/720 ħassar r-Regolament (UE) Nru 330/2010 (ara sommarju).

Akkordji vertikali relatati mar-riperkussjonijiet tal-vetturi bil-mutur

Regolament (UE) Nru 461/2010 japplika wkoll ir-Regolament (UE) 2022/720 għal akkordji vertikali fir-rigward ta’ kundizzjonijiet għax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta’ spare parts għal vetturi bil-mutur jew għall-provvediment ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għal vetturi bil-mutur, diment li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti għal eżenzjoni taħt Regolament (UE) 2022/720, u ma jkollhom ebda minn dawn ir-restrizzjonijiet fundamentali li ġejjin imniżżla fir-Regolament (UE) Nru 461/2010:

  • restrizzjoni fuq il-bejgħ ta’ spare parts għal vetturi bil-mutur minn membri ta’ sistema selettiva tad-distribuzzjoni;
  • ir-restrizzjoni, miftiehma bejn fornitur ta’ partijiet tal-bdil jew tagħmir tat-tiswija u manifattur ta’ vetturi bil-mutur, tal-kapaċità tal-fornitur li jbigħ dawk l-oġġetti lil distributuri, garaxxijiet tat-tiswija jew lil utenti finali awtorizzati jew indipendenti;
  • Restrizzjoni, mifthiema bejn fabbrikant ta’ vetturi bil-mutur li juża komponenti għall-immuntar inizjali ta’ vetturi bil-muturi u l-fornitur ta’ tali komponenti, tal-abbiltà tal-fornitur li jpoġġi b’mod viżibbli l-marka kummerċjali jew logo fuq il-komponenti fornuti.

Konformi ma’ Regolament Nru 19/65/EEC (ara sommarju), meta networks paralelli ta’ restrizzjonijiet simili vertikali jkopru aktar minn 50% ta’ suq rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-regolament ma japplikax aktar għal akkordji vertikali li jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi għal dak is-suq.

Valutazzjoni

Regolament (UE) Emendatorju 2023/822 jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-operat ta’ Regolament (UE) Nru 461/2010 u tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha qabel il-. L-evalwazzjoni l-aktar riċenti tal-operat tar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-vettura bil-mutur kienet ippubblikata fl-2021.

Linji Gwida

Il-Kummissjoni aġġornat ukoll il-linji gwida tagħha, li jgħinu lil kumpaniji fis-settur tal-vetturi bil-mutur biex jassessjaw l-akkordji vertikali tagħhom mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE), waqt li jiżguraw li l-operaturi tas-suq sekondarju, inklużi garaxxijiet, jibqgħu jkollhom aċċess għad-data ġġenrata mil-vettura li tkun meħtieġa għat-tiswija u l-manutenzjoni.

Fost affarijiet oħra, il-linji gwida:

  • jiċċaraw li data ġġenerata mis-sensuri tal-vettura tista’ tkun input essenzjali għall-provvediment tas-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni; u għalhekk, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ Artikolu 101, sewwejja awtorizzati u indipendenti jrid ikollhom aċċess għal tali data fuq l-istess livell;
  • jeħtieġu li fornituri tal-vetturi japplikaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta jqisu jekk iżommux l-inputs bħal data ġġenerata mill-vettura, abbażi ta’ tħassib potenzjali ta’ ċibersigurtà;
  • jenfasizzaw li fejn fornitur iżomm b’mod unilaterali input essenzjali minn operaturi indipendenti, bħal data ġġenerata mill-vettura, Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar abbuż ta’ pożizzjoni dominati jista’ jkun applikabbli.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill- u ser jibqa’ validu sal-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Akkordju vertikali. Akkordju jew prattika mifthiema li jidħlu fihom żewġ impriżi jew aktar li kollha kemm huma joperaw f’livell differenti tal-katina tal-produzzjoni jew distribuzzjoni, u jirrelataw mal-kundizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, jbigħu jew jerġgħu jbigħu ċerti oġġetti jew servizzi.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas- dwar l-applikazzjoni ta’ Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 129, , pp. 52–57).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 461/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Fuq