EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1323

Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1323 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

ĠU L 311, 25.9.2020, p. 2–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1323/oj

25.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1323

tal-21 ta’ Settembru 2020

li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, fil-każ ta’ bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Fir-Regolament (UE) 2020/123, il-qabda totali permissibbli (TAC) għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) ġiet stabbilita għal żero. Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/900 (2), li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123, ġiet stabbilita TAC proviżorja biex l-attività tas-sajd titħalla titkompla. L-inċova hija speċi b’ħajja qasira u l-parir xjentifiku l-aktar reċenti nħareġ mil-ICES fit-18 ta’ Ġunju 2020. Il-limiti ta’ qbid għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF, jenħtieġ li jiġu emendati f’konformità ma’ dak il-parir xjentifiku u stabbiliti għal 15 699 tunnellata.

(3)

Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni Ewropea għall-2020, iż-żewġ partijiet qablu li jagħtu lil xulxin aċċess reċiproku għall-ilmijiet ta’ xulxin għas-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe, b’limitu ta’ 37 500 tunnellata. Kundizzjoni speċjali fit-tabella tat-TAC tagħti aċċess lill-Unjoni għall-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe u tillimita, fl-għamla ta’ perċentwal tas-sehem totali tal-Unjoni, l-ammont ta’ stokkafixx li l-Istati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe. Dak il-perċentwal jenħtieġ li jirrappreżenta l-proporzjon tad-drittijiet tal-aċċess tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe ta’ 37 500 tunnellata meta mqabbel mas-sehem totali tal-Unjoni ta’ 326 484 tunnellata ta’ stokkafixx. 37 500 tunnellata jammonta għal perċentwal ta’ 11,4 %, tas-sehem totali tal-Unjoni ta’ 326 484 tunnellata ta’ stokkafixx. Billi l-perċentwal tas-sehem totali tal-Unjoni tal-istokkafixx li l-Istati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe attwalment huwa stabbilit għal 7 %, dak il-perċentwal. jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar arranġamenti għas-sajd ad hoc fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkafixx u tal-aringi Norveġiżi (Atlantu-Skandjani) li jirriproduċu fir-rebbiegħa għall-2020, iż-żewġ partijiet jingħataw aċċess għas-sajd ta’ 190 809 tunnellati ta’ stokkafixx fl-ilmijiet ta’ xulxin. Fit-tabella tat-TAC għall-istokkafixx li tippermetti l-aċċess lin-Norveġja għas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, kundizzjoni speċjali tillimita l-qabda fiż-żona 4a ta’ mhux iktar minn 40 000 tunnellata (f’konformità mar-Rekord Maqbul dwar il-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea għall-2020). Dak il-limitu ta’ qbid fiż-żona 4a jammonta għal 21 % tal-kwota tal-aċċess tan-Norveġja. Dak il-perċentwal, attwalment stabbilit għal 18 %, jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (3), u l-Protokoll (4) tiegħu, jipprevedi li l-Unjoni għandha tirċievi 7,7 % tat-TAC għall-kapelin (Mallotus villosus) li jinqabad fl-ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES. F’konformità ma’ dak il-Protokoll, fit-12 ta’ Ġunju 2020 Greenland offriet lill-Unjoni 13 053 tunnellata ta’ kapelin biex jinqabad bejn l-20 ta’ Ġunju 2020 u l-15 ta’ April 2021. Għalhekk, jenħtieġ li t-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin tiġi emendata skont dan.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-limiti ta’ qbid previsti fir-Regolament (UE) 2020/123 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020 għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, mill-20 ta’ Ġunju 2020 għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES, u mill-1 ta’ Lulju 2020 għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament dwar il-limiti ta’ qbid jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ mill-iktar fis possibbli u jenħtieġ li japplikaw retroattivament għall-istokkafixx mill-1 ta’ Jannar 2020, għall-kapelin mill-20 ta’ Ġunju 2020, u għall-inċova mill-1 ta’ Lulju 2020. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu u għadhom ma ġewx eżawriti.

(8)

Skont il-parir xjentifiku tal-ICES, jenħtieġ li l-qabdiet tal-merluzz tan-Norveġja (Trisopterus esmarkii) fis-subżona 4 u fid-diviżjoni 3a tal-ICES fil-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020 ma jaqbżux il-1 67  105 tunnellata. Minn dak l-istokk, l-Unjoni Ewropea rriżervat sehem ta’ 92 000 tunnellata u ffissat kwota preliminari tal-Unjoni ta’ 65 000 tunnellata fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 (5). Wara l-konsultazzjonijiet, f’Diċembru 2019, l-Unjoni ttrasferiet mill-ammont riżervat li jifdal 14 500 u 5 000 tunnellata biss lin-Norveġja u lill-Gżejjer Faeroe rispettivament. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li s-7  500 tunnellata li jifdal jiżdiedu mal-kwota attwali tal-Unjoni.

(9)

Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (6),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) 2020/123

Ir-Regolament (UE) 2020/123 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Inċova

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF

 

Engraulis encrasicolus

 

(ANE/9/3411)

 

Spanja

 

7 494

 (7)

TAC prekawzjonarja

Il-Portugall

 

8 175

 (7)

 

L-Unjoni

 

15 669

 (7)

 

TAC

 

15 669

 (7)

 

(b)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14, in-nota f’qiegħ il-paġna 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Kondizzjoni speċjali: fil-limitu ta’ kwantità totali tal-aċċess ta’ 37 500 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu sal-perċentwal li ġej tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 11,4 %.”;

(c)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, in-nota f’qiegħ il-paġna 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Kondizzjoni speċjali: fiż-żona 4a ma għandux jinqabad iktar mill-ammont li ġej (WHB/*04 A-C): 40 000

Dan il-limitu ta’ qbid fiż-żona 4a jammonta għall-perċentwal li ġej mill-kwota tal-aċċess tan-Norveġja: 21 %”;

(d)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Il-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet inċidentali marbutin miegħu

Żona:

3a; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

Trisopterus esmarkii

 

(NOP/2A3A4.)

Sena

 

2020

 

 

Id-Danimarka

 

72 433

 (8)  (10)

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

14

 (8)  (9)  (10)

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

In-Netherlands

53

 (8)  (9)  (10)

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

L-Unjoni

 

72 500

 (8)  (10)

 

In-Norveġja

 

14 500

 (11)

 

Il-Gżejjer Faeroe

5 000

 (12)

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

 

(2)

fl-Anness IB, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Kapelin

Żona:

L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14

 

Mallotus villosus

 

(CAP/514GRN)

Id-Danimarka

2 595

 

TAC analitika

Il-Ġermanja

113

 

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

L-Iżvezja

186

 

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ir-Renju Unit

24

 

 

L-Istati Membri kollha

134

 (13)

 

L-Unjoni

3 053

 (14)

 

In-Norveġja

10 000

 (14)

 

TAC

Mhux rilevanti

 

 

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) il-punt (a) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020, il-punti (b) u (c) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.

L-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-20 ta’ Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/900 tal-25 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1838 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 4).

(3)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

(4)  Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).

(6)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(7)  Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.”

(8)  Sa 5 % mill-kwota tista’ tkun qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Flimkien, il-qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(9)  Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

(10)  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

(11)  Għandu jintuża għarbiel.

(12)  Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati (NOP/*2A3A4) u li jridu jingħaddu ma’ din il-kwota.”

(13)  Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jista’ jkollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri Kollha” biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri b’iżjed minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri kollha”.

(14)  Għall-perijodu tas-sajd mill-20 ta’ Ġunju 2020 sal-15 ta’ April 2021.”.


Top