EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0441

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2014 tat-30 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 130, 1.5.2014, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/03/2015; Imħassar b' 32015R0310

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/441/oj

1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2014

tat-30 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament tal-interoperabbiltà) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (3) jistabbilixxi rekwiżiti biex jiddaħħlu b'mod koordinat servizzi ta' kollegament tad-dejta li jibbażaw fuq komunikazzjoni ta' dejta mill-ajru għall-art minn punt għall-ieħor.

(2)

Il-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 tiddefinixxi l-ispazju tal-ajru 'l fuq minn FL285 li fih ikun japplika dak ir-Regolament mill-5 ta' Frar 2015.

(3)

Il-Kroazja ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Għalhekk l-ispazju tal-ajru Kroat għandu jiżdied kif jixraq mal-ispazju tal-ajru li fih japplika r-Regolament (KE) Nru 29/2009.

(4)

Madankollu l-Kroazja għandha tingħata perjodu ta' tranżizzjoni ta' sena, meta mqabbel mad-data tal-applikazzjoni tal-5 ta' Frar 2015 li jkun japplika għall-Istati Membri l-oħra koperti bil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, permezz ta' applikazzjoni differita ta' dan ir-Regolament, biex il-partijiet regolati bħall-operaturi u l-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ikunu jistgħu jħejju għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, tiddaħħal linja ġdida “— Zagreb FIR,” wara l-linja “— Warszawa FIR,”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-5 ta' Frar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3.)


Top