EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0076

Kawża C-76/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta' Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya “Mitnitsi”, li qabel kien Mitnitsa Aerogara Sofia vs “Curtis Balkan” EOOD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 32(1)(c) – Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Artikolu 157(2), Artikolu 158(3), u Artikolu 160 – Determinazzjoni tal-valur doganali – Aġġustament – Drittijiet relatati għall-merkanzija li għandhom jiġu vvalutati – Drittijiet li jikkostitwixxu “kundizzjoni tal-bejgħ” tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata – Drittijiet imħallsa mix-xerrej lill-kumpannija parent tiegħu bħala korrispettiv għall-provvista tan- “know-how” neċessarja għall-manifattura ta’ prodotti lesti – Merkanzija miksuba mingħand terzi u li tikkostitwixxi komponenti li għandhom jiġu inkorporati fil-prodotti liċenzjati)

ĠU C 287, 31.8.2020, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta' Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya “Mitnitsi”, li qabel kien Mitnitsa Aerogara Sofia vs “Curtis Balkan” EOOD

(Kawża C-76/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 32(1)(c) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 157(2), Artikolu 158(3), u Artikolu 160 - Determinazzjoni tal-valur doganali - Aġġustament - Drittijiet relatati għall-merkanzija li għandhom jiġu vvalutati - Drittijiet li jikkostitwixxu “kundizzjoni tal-bejgħ” tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata - Drittijiet imħallsa mix-xerrej lill-kumpannija parent tiegħu bħala korrispettiv għall-provvista tan- “know-how” neċessarja għall-manifattura ta’ prodotti lesti - Merkanzija miksuba mingħand terzi u li tikkostitwixxi komponenti li għandhom jiġu inkorporati fil-prodotti liċenzjati)

(2020/C 287/08)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya “Mitnitsi”, li qabel kien Mitnitsa Aerogara Sofia

Konvenuta:“Curtis Balkan” EOOD

Dispożittiv

L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità moqri flimkien mal-Artikolu 157(2), l-Artikolu 158(3) u l-Artikolu 160 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, għandu jiġi interpretat fis-sens li parti proporzjonali tal-ammont tad-drittijiet imħallsa minn kumpannija lill-kumpannija omm tagħha bħala korrispettiv għall-provvista tan- “know-how” għall-finijiet tal-manifattura ta’ prodotti lesti għandha tiżdied mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, f’ċirkustanzi fejn din il-merkanzija hija intiża li tidħol, fost elementi kostituttivi oħra, fil-kompożizzjoni tal-imsemmija prodotti lesti u nkisbet mill-ewwel kumpannija mingħad il-bejjiegħa distinti mill-kumpannija omm, meta

id-drittijiet ma ġewx inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-imsemmija merkanzija;

dawn huma relatati mal-merkanzija importata, li jippresupponi li teżisti rabta suffiċjentement stretta bejn id-drittijiet u din il-merkanzija;

il-ħlas tad-drittijiet jikkostitwixxi kundizzjoni tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija, b’tali mod li, fl-assenza ta’ dan il-ħlas, il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ dwar il-merkanzija importata u, konsegwentement, il-kunsinna tagħha ma kinitx isseħħ, u

huwa possibbli li jsir tqassim xieraq tad-drittijiet abbażi ta’ data oġġettiva u kwantifikabbli,

hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, b’mod partikolari r-relazzjonijiet ta’ dritt u ta’ fatt bejn ix-xerrej, il-bejjiegħa rispettivi u l-konċedent tal-liċenzja.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


Top