EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/315/09

Kawża C-141/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Sajd — Regolament (KE) Nru 27/2005 — Allokazzjoni tal-kwoti tal-qabdiet tal-ħut bejn l-Istati Membri — Att ta' Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja — Tmiem tal-perijodu tranżitorju — Eżiġenza ta' stabbiltà relattiva — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni — Opportunitajiet ġodda ta' sajd — Ammissibbiltà)

ĠU C 315, 22.12.2007, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-141/05) (1)

(Sajd - Regolament (KE) Nru 27/2005 - Allokazzjoni tal-kwoti tal-qabdiet tal-ħut bejn l-Istati Membri - Att ta' Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja - Tmiem tal-perijodu tranżitorju - Eżiġenza ta' stabbiltà relattiva - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni - Opportunitajiet ġodda ta' sajd - Ammissibbiltà)

(2007/C 315/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: E. Braquehais Conesa u M. A. Sampol Pucurull, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u A. De Gregorio Merino, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u T. van Rijn, aġenti)

Suġġett

Annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 27/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004, li jistabbilixxi, għas-sena 2005, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, fir-rigward tal-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra suġġetti għal limitazzjonijiet ta' qbid (ĠU L 12, p. 1) safejn possibilitajiet ġodda ta' sajd fil-baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku ma ġewx allokati billi ttieħdu in kunsiderazzjoni l-interessi ta' Spanja, u dan minkejja t-tmiem tas-sistema tranżitorja — Diskriminazzjoni — Applikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, p. 59)

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż.

3.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 115, 14.5.2005.


Top