This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeżenta akkordji vertikali* li jagħtu benefiċċji suffiċjenti biex jisbqu l-effetti antikompetittivi.
Ir-regolament, magħruf bħala r-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija ta’ vettura bil-mutur, jagħti s-settur tal-vetturi bil-mutur eżenzjoni ta’ kategorija speċifika għal akkordji vertikali għax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda, u għal akkordji vertikali għall-provvediment ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ tali vetturi u għad-distribuzzjoni ta’ spare parts.
Inizzjalment mistenni jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023, Regolament emendatorju (UE) 2023/822 estenda l-validità tiegħu b’5 snin oħra. Dan hu biex jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea biex tirreaġixxi b’manjera f’waqtha għal bidliet fis-suq tal-vetturi bil-mutur u biex tqis l-iżviluppi bħal dawk li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-vetturi, l-elettrifikazzjoni u mudelli ġodda ta’ mobilità.
Akkordji vertikali relatati max-xiri, bejgħ u bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda
Meta Regolament (UE) Nru 461/2010 kien oriġinarjament adottat, l-iskop tiegħu kien biex japplika r-Regolament (UE) Nru 330/2010 għal akkordji vertikali fir-rigward tax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda. Regolament (UE) 2022/720 ħassar r-Regolament (UE) Nru 330/2010 (ara sommarju).
Akkordji vertikali relatati mar-riperkussjonijiet tal-vetturi bil-mutur
Regolament (UE) Nru 461/2010 japplika wkoll ir-Regolament (UE) 2022/720 għal akkordji vertikali fir-rigward ta’ kundizzjonijiet għax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta’ spare parts għal vetturi bil-mutur jew għall-provvediment ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għal vetturi bil-mutur, diment li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti għal eżenzjoni taħt Regolament (UE) 2022/720, u ma jkollhom ebda minn dawn ir-restrizzjonijiet fundamentali li ġejjin imniżżla fir-Regolament (UE) Nru 461/2010:
Konformi ma’ Regolament Nru 19/65/EEC (ara sommarju), meta networks paralelli ta’ restrizzjonijiet simili vertikali jkopru aktar minn 50% ta’ suq rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-regolament ma japplikax aktar għal akkordji vertikali li jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi għal dak is-suq.
Valutazzjoni
Regolament (UE) Emendatorju 2023/822 jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-operat ta’ Regolament (UE) Nru 461/2010 u tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha qabel il-31 ta’ Mejju 2028. L-evalwazzjoni l-aktar riċenti tal-operat tar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-vettura bil-mutur kienet ippubblikata fl-2021.
Linji Gwida
Il-Kummissjoni aġġornat ukoll il-linji gwida tagħha, li jgħinu lil kumpaniji fis-settur tal-vetturi bil-mutur biex jassessjaw l-akkordji vertikali tagħhom mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE), waqt li jiżguraw li l-operaturi tas-suq sekondarju, inklużi garaxxijiet, jibqgħu jkollhom aċċess għad-data ġġenrata mil-vettura li tkun meħtieġa għat-tiswija u l-manutenzjoni.
Fost affarijiet oħra, il-linji gwida:
Dan ilu japplika mill-1 ta Ġunju 2010 u ser jibqa’ validu sal-31 ta’ Mejju 2028.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar l-applikazzjoni ta’ Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 28.5.2010, pp. 52–57).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 461/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Emendi għall-Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f’akkordji għall-bejgħ u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u għad-distribuzzjoni ta’ spare parts għal vetturi bil-mutur (2023/C 133 I/01) (ĠU C 133 I, 17.4.2023, pp. 1–6).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/720 tal-10 ta’ Mejju 2022 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 134, 11.5.2022, pp. 4–13).
Rapport mill-Kummissjoni — Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-operat tar-Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-Vetturi bil-Mutur (UE) Nru 461/2010 (COM(2021) 264 final, 28.5.2021).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — it-Tielet Parti — Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni — Titlolu VII — Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, tassazzjoni u approssimazzjoni tal-liġi — Kapitolu 1 — Regoli dwar il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — Artikolu 101 (eks Article 81 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88–89).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni — Titlolu VII — Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, tassazzjoni u approssimazzjoni tal-liġi — Kapitolu 1 — Regoli dwar il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — Artikolu 102 (eks Article 82 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 89).
Ir-Regolament Nru 19/65/KEE tat-2 ta’ Marzu 1965 tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ Artikolu 85 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma (ĠU 36, 6.3.1965, pp. 533–535).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 02.06.2023