Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità hu mniżżel f’Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan jipprova jistabbilixxi azzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) fi ħdan limiti speċifiċi.

Taħt dan il-prinċipju, miżuri tal-UE:

  • iridu jkunu xierqa biex jilħqu l-għan mixtieq;
  • iridu jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għan mixtieq; u
  • m’għandhomx jimponu piż li hu eċċessiv fuq l-individwu fir-rigward tal-objettiv li qed jippruvaw jilħqu (proporzjonalità fis-sens strett).

Hu marbut fil-qrib mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, li jirrekjedi li l-UE tieħu azzjoni biss jekk tkun aktar effettiva minn azzjoni meħuda fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Prinċipju ieħor relatat, il-prinċipju tal-għoti, jgħid li l-oqsma ta’ politika mhux espliċitament mifthiema fit-trattati mill-Istati Membri jibqgħu fid-dominju tagħhom.

Il-kriterju għall-applikazzjoni tal-prinċipju huma stabbilti fil-protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità annessi mat-trattati.

F’każ ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-applikanti jistgħu — sakemm il-kundizzjonijiet ikunu milħuqa — jisfidaw il-validità ta’ miżuri rilevanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

ARA WKOLL

Top