This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1781
Regulation (EU) 2024/1781 of the European Parliament and of the Council of 13 June 2024 establishing a framework for the setting of ecodesign requirements for sustainable products, amending Directive (EU) 2020/1828 and Regulation (EU) 2023/1542 and repealing Directive 2009/125/EC (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
PE/106/2023/REV/1
ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
28/06/2024
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1781 |
28.6.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/1781 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ġunju 2024
li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 huwa l-istrateġija ta’ tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, kompetittiva, newtrali għall-klima u ċirkolari u ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi. Dan jistabbilixxi l-objettiv ambizzjuż li jiġi żgurat li l-Unjoni ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Dan jirrikonoxxi l-vantaġġi tal-investiment fis-sostenibbiltà kompetittiva tal-Unjoni billi tinbena Ewropa aktar ġusta, aktar ekoloġika u aktar diġitali. Il-prodotti jaqdu rwol ċentrali f’din it-tranżizzjoni ekoloġika. Filwaqt li jissottolinja li l-proċessi tal-produzzjoni u x-xejriet tal-konsum attwali għadhom lineari wisq u jiddependu minn throughput ta’ materjali ġodda estratti, innegozjati u pproċessati f’oġġetti li finalment jintremew bħala skart jew emissjonijiet, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal tranżizzjoni lejn mudell ta’ ekonomija ċirkolari u jenfasizza l-progress sinifikanti li għad irid isir. Dan jidentifika wkoll l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi fl-2030 u fl-2050. |
|
(2) |
Biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn mudell ta’ ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni fasslet aġenda orjentata lejn il-futur fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Marzu 2020 dwar Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva (CEAP), bl-objettiv li tagħmel il-qafas regolatorju adattat għal futur sostenibbli. Is-CEAP jissottolinja li, “għaċ-ċittadini, l-ekonomija ċirkolari se tipprovdi prodotti ta’ kwalità għolja, funzjonali u sikuri, li jkunu effiċjenti u affordabbli, idumu jservu aktar u li jkunu ddisinjati għal użu mill-ġdid, tiswija u riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.”. Kif stabbilit fis-CEAP, bħalissa ma hemm l-ebda sett komprensiv ta’ rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-prodotti kollha imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jsiru dejjem aktar sostenibbli u jissodisfaw il-kriterji taċ-ċirkolarità. B’mod partikolari, id-disinn tal-prodott ma jippromwovix biżżejjed is-sostenibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Minħabba f’hekk, il-prodotti qed jiġu sostitwiti ta’ spiss, u dan jinvolvi użu sinifikanti tal-enerġija u tar-riżorsi sabiex jiġu prodotti u distribwiti prodotti ġodda u jintremew dawk qodma. Għadu diffiċli wisq għall-operaturi ekonomiċi u għaċ-ċittadini biex jagħmlu għażliet sostenibbli fir-rigward tal-prodotti, peress li l-informazzjoni rilevanti u l-għażliet affordabbli biex jagħmlu dan huma nieqsa. Dan iwassal għal opportunitajiet mitlufa għas-sostenibbiltà u għal operazzjonijiet li jżommu l-valur, domanda limitata għal materjali sekondarji u ostakli għall-adozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari. |
|
(3) |
Suq intern li jiffunzjona bis-sħiħ għall-prodotti sostenibbli huwa prerekwiżit għall-istabbiliment ta’ ekonomija ċirkolari fl-Unjoni. Rekwiżiti komuni tal-ekodisinn fil-livell tal-Unjoni jippermettu l-iżvilupp, l-użu u l-espansjoni ta’ mudelli ta’ negozju ġodda tal-ekonomija ċirkolari fis-suq intern kollu. Tali miżuri jtaffu wkoll il-piż fuq il-kumpaniji u jipprovdu lill-industrija u lill-konsumaturi aċċess għal data affidabbli u ċara, u b’hekk jippermettu li jsiru għażliet aktar sostenibbli. |
|
(4) |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2020 dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa tistabbilixxi l-ambizzjoni komprensiva tal-Unjoni li trawwem “tranżizzjoni doppja” lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitali. Din tirrifletti l-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-enfasi fuq ir-rwol ewlieni li l-industrija tal-Ewropa trid taqdi f’dak il-għan, billi tnaqqas l-impronta tal-karbonju u l-impronta tal-materjali tagħha u tintegra ċ-ċirkolarità fl-ekonomija kollha, u tissottolinja l-ħtieġa li nimxu lil hinn mill-mudelli tradizzjonali, u nirrivoluzzjonaw il-mod kif niddisinjaw, nagħmlu, nużaw u narmu l-prodotti, kif ukoll il-ħtieġa ta’ provvista sikura ta’ materja prima. Ir-riċiklaġġ u l-użu tal-materja prima sekondarja se jgħinu biex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2021 intitolata “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” jsaħħaħ il-messaġġi prinċipali tal-Istrateġija tal-2020 u jiffoka fuq it-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19, inkluża l-ħtieġa li titrawwem ir-reżiljenza. |
|
(5) |
Fin-nuqqas ta’ liġi tal-Unjoni, diġà tfaċċaw approċċi nazzjonali diverġenti għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, li jvarjaw minn rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-kompatibbiltà tas-software tal-apparati elettroniċi għal rapportar tal-obbligi dwar l-immaniġġar ta’ oġġetti durabbli mhux mibjugħa. Din hija indikazzjoni li aktar sforzi nazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet li jfittex li jilħaq dan ir-Regolament aktarx iwasslu għal aktar frammentazzjoni tas-suq intern. Għalhekk, sabiex isir kontribut favur il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, huwa meħtieġ qafas regolatorju ambizzjuż biex jiġu introdotti progressivament rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti. Dan ir-Regolament se jistabbilixxi tali qafas, billi jagħmel l-approċċ tal-ekodisinn stabbilit inizjalment fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) applikabbli għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ prodotti. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament se jappoġġa xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum li jkunu allinjati mal-miri kumplessivi tas-sostenibbiltà tal-Unjoni, inklużi dawk klimatiċi, ambjentali, u dawk b’rabta mal-enerġija, l-użu tar-riżorsi u l-bijodiversità, filwaqt li jibqa’ fi ħdan il-limiti planetarji, billi jistabbilixxi qafas leġiżlattiv li jikkontribwixxi biex ikun possibbli li l-prodotti jkunu adatti għal ekonomija newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari, filwaqt li jitnaqqas l-iskart u jiġi żgurat li l-prestazzjoni ta’ dawk li jinsabu fuq quddiem nett fis-sostenibbiltà ssir in-norma b’mod progressiv. Jenħtieġ li jipprevedi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ġodda tal-ekodisinn biex jittejbu d-durabbiltà, l-affidabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, il-possibbiltà ta’ titjib fil-kwalità, il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà, jittejbu l-possibbiltajiet għar-rinnovazzjoni u għall-manutenzjoni ta’ prodotti, tiġi indirizzata l-preżenza ta’ sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti, tiżdied l-effiċjenza enerġetika u fir-riżorsi ta’ prodotti, inkluż fir-rigward tal-possibbiltà ta’ rkupru tal-materja prima strateġika u kritika, tonqos il-ġenerazzjoni mistennija tagħhom tal-iskart u jiżdied il-kontenut riċiklat fil-prodotti, filwaqt li jiġu żgurati l-prestazzjoni u s-sikurezza tagħhom, ikunu possibbli l-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja u jonqsu l-impronta tal-karbonju u dik ambjentali. |
|
(7) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jindirizzaw ukoll il-prattiki assoċjati ma’ obsolexxenza prematura. Tali prattiki għandhom impatt negattiv kumplessiv fuq l-ambjent fil-forma ta’ żieda fl-iskart u użu tal-enerġija u tal-materjali, li jistgħu jitnaqqsu permezz tar-rekwiżiti tal-ekodisinn filwaqt li jikkontribwixxu għal konsum sostenibbli. |
|
(8) |
Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2020“Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi” (4), laqa’ l-promozzjoni ta’ prodotti durabbli li huma aktar faċli biex jissewwew, jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2021 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (5), il-Parlament Ewropew issottolinja li prodotti u materjali sostenibbli, ċirkolari, sikuri u mhux tossiċi jenħtieġ li jsiru n-norma fis-suq tal-Unjoni u mhux l-eċċezzjoni u jenħtieġ li jitqiesu bħala l-għażla prestabbilita li tkun attraenti, affordabbli u aċċessibbli għall-konsumaturi kollha. Il-Parlament Ewropew appella wkoll għal miri vinkolanti tal-Unjoni biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-impronti tal-materjali u tal-konsum tal-Unjoni. Qies li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari tista’ tipprovdi soluzzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali attwali u l-kriżi ekonomika li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19. Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar “Nagħmlu l-Irkupru Ċirkolari u Ekoloġiku” adottati fil-11 ta’ Diċembru 2020, laqa’ wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti leġiżlattivi bħala parti minn qafas ta’ politika komprensiv u integrat dwar il-prodotti sostenibbli li jippromwovi n-newtralità klimatika, l-effiċjenza enerġetika u fir-riżorsi u ekonomija ċirkolari mhux tossika, li jipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, u jagħti s-setgħa u jipproteġi lill-konsumaturi u lix-xerrejja pubbliċi. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament se jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-klima u mal-enerġija. F’konformità mal-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Pariġi, adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (6) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 (7), ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra ta’ mill-anqas 55 % sal-2030 u jnaqqax fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Fl-2021, il-Kummissjoni adottat il-Pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex tagħmel il-politiki tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija adatti għall-ksib ta’ dawn l-objettivi. Biex dan isir, f’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” minqux fid-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), it-titjib fl-effiċjenza enerġetika jeħtieġ li jiżdied b’mod sinifikanti, sa madwar 36 % f’termini tal-konsum finali tal-enerġija sal-2030. Ir-rekwiżiti tal-prodotti stabbiliti fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament se jaqdu rwol sinifikanti fl-ilħuq ta’ dik il-mira billi jnaqqsu b’mod sostanzjali l-impronta enerġetika tal-prodotti. Dawk ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika se jnaqqsu wkoll il-vulnerabbiltà tal-konsumatur għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Kif rikonoxxut mill-Ftehim ta’ Pariġi, it-titjib tas-sostenibbiltà tal-konsum u tal-produzzjoni se jaqdi wkoll rwol importanti fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament se jikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali usa’ tal-Unjoni. It-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jonqox f’qafas legali l-objettiv tal-Unjoni li tibqa’ fi ħdan il-limiti planetarji u jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji, li jinkludu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari mhux tossika. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jappella wkoll biex l-Unjoni timmonitorja, tirrapporta, tipprevjeni u tirrimedja aħjar it-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija u tal-prodotti għall-konsumatur. Dan ifisser li s-sustanzi kimiċi, il-materjali u l-prodotti jridu jkunu sikuri u sostenibbli fil-livell tad-disinn u tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, filwaqt li jwasslu għal ċikli ta’ materjali mhux tossiċi kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 rigward Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà – Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità li tappella għat-tħaddin tal-għanijiet ta’ tniġġis żero fil-produzzjoni u fil-konsum. Barra minn hekk, kemm il-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll is-CEAP jirrikonoxxu li s-suq intern tal-Unjoni jipprovdi massa kritika li kapaċi tinfluwenza l-istandards globali dwar is-sostenibbiltà tal-prodott u d-disinn tal-prodott. Dan ir-Regolament għalhekk se jaqdi rwol sinifikanti lejn il-kisba ta’ diversi miri stabbiliti fl-ambitu tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni, b’mod partikolari l-miri fl-ambitu tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli nru 12 (“Konsum u produzzjoni responsabbli”). |
|
(11) |
Id-Direttiva 2009/125/KE stabbiliet qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Flimkien mar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), din naqqset b’mod sinifikanti d-domanda għall-enerġija primarja tal-Unjoni għall-prodotti u huwa stmat li dak l-iffrankar se jkompli jiżdied. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE inkludew ukoll rekwiżiti dwar aspetti taċ-ċirkolarità, bħad-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija u r-riċiklabbiltà. Fl-istess ħin, l-istrumenti bħall-Ekotikketta tal-UE, introdotti bir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jew il-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 intitolata “Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar” għandhom ambitu usa’ iżda jħallu inqas impatt minħabba l-limitazzjonijiet tal-approċċi volontarji. |
|
(12) |
Id-Direttiva 2009/125/KE b’mod ġenerali rnexxielha trawwem l-effiċjenza enerġetika u xi aspetti taċ-ċirkolarità ta’ prodotti relatati mal-enerġija, u l-approċċ tagħha fir-rigward tal-ekodisinn għandu l-potenzjal li jindirizza b’mod progressiv is-sostenibbiltà tal-prodotti kollha. Biex jitwettqu l-impenji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, dan l-approċċ jenħtieġ li jiġi estiż għal gruppi ta’ prodotti oħra u jindirizza sistematikament aspetti ewlenin biex tiżdied is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti b’rekwiżiti vinkolanti. Billi jiżgura li l-prodotti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti biss jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, dan ir-Regolament mhux biss se jtejjeb il-moviment liberu ta’ tali prodotti billi jevita d-disparitajiet nazzjonali, iżda wkoll inaqqas l-impatti ambjentali negattivi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li għalihom jiġu stabbiliti tali rekwiżiti. |
|
(13) |
Biex jinħoloq qafas regolatorju armonizzat, effettiv u li jibqa’ validu fil-futur, jeħtieġ li jkun permess l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għall-oġġetti fiżiċi kollha mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz, inklużi komponenti bħal tajers u prodotti intermedji. Il-kontenut diġitali li jkun parti integrali minn prodott fiżiku jiġi inkluż ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tqis l-usa’ firxa ta’ prodotti possibbli meta tipprijoritizza l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u b’hekk timmassimizza l-effettività tagħhom. Meta meħtieġ, jenħtieġ li jiġu pprovduti eżenzjonijiet speċifiċi meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn, b’mod partikolari meta r-rekwiżiti tal-ekodisinn ma jkunux meħtieġa biex jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali ta’ prodotti speċifiċi, jew pereżempju għal prodotti b’użu partikolari, prodotti bi skop partikolari li ma setax jiġi ssodisfat meta tali prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn jew prodotti fabbrikati fi kwantitajiet żgħar ħafna, jew meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u d-daqs tas-suq tal-prodott. Barra minn hekk, jenħtieġ lidan ir-Regolament ma japplikax għal prodotti li għalihom diġà huwa ċar li r-rekwiżiti tal-ekodisinn mhumiex se jkunu xierqa jew meta oqfsa oħra jipprevedu l-istabbiliment ta’ tali rekwiżiti. Dan jenħtieġ li jkun il-każ għall-ikel u għall-għalf kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), għall-prodotti mediċinali kif definit fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), għall-prodotti mediċinali veterinarji kif definit fir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), għall-pjanti ħajjin, annimali u mikroorganiżmi, għall-prodotti li joriġinaw mill-bniedem, u għall-prodotti ta’ pjanti u annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom u għall-vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18),fir-rigward ta’ dawk l-aspetti tal-prodotti li għalihom ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-ambitu tal-atti leġiżlattivi settorjali tal-Unjoni applikabbli għal dawk il-vetturi. Dawk il-vetturi huma soġġetti għal diversi rekwiżiti speċifiċi għall-prodott u sistemi tal-approvazzjoni tat-tip armonizzati differenti fl-ambitu tal-atti ġuridiċi tal-Unjoni, bħad-Direttivi 2000/53/KE (19) u 2005/64/KE (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) 2018/858. Rekwiżiti armonizzati addizzjonali għall-vetturi jenħtieġ li jiġu limitati għal aspetti li bħalissa mhumiex indirizzati, pereżempju r-rekwiżiti ambjentali għat-tajers. Jenħtieġ, madankollu, li r-roti elettriċi u l-iscooters elettriċi ma jkunux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija għall-elementi tal-bini li jagħmlu parti mill-involukru tal-bini u rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, l-installazzjoni kif suppost u d-dimensjonar, l-aġġustament u l-kontroll xierqa tas-sistemi tekniċi tal-bini fil-bini ġdid jew eżistenti. Hija konsistenti mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament li dawk ir-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija jistgħu f’ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-installazzjoni ta’ prodotti relatati mal-enerġija li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwux ostaklu mhux ġustifikat għas-suq. |
|
(15) |
Biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern, jenħtieġ li tiġi delxefegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li bħala regola japplikaw għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti, bħal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ għal użu domestiku jew u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Biex tiġi massimizzata l-effettività tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tittejjeb b’mod effiċjenti s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li rekwiżit orizzontali tal-ekodisinn wieħed jew aktar jiġu stabbiliti għal firxa usa’ ta’ gruppi ta’ prodotti, bħall-apparati elettroniċi jew it-tessuti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn meta s-similaritajiet tekniċi tal-gruppi ta’ prodotti jippermettu li s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom tittejjeb abbażi tal-istess rekwiżiti. Huwa importanti li jiġu żviluppati rekwiżiti orizzontali b’mod partikolari rigward id-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija. |
|
(16) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li, kif xieraq, jinkludu rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew rekwiżiti ta’ informazzjoni, jew it-tnejn. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jintużaw biex jittejbu l-aspetti tal-prodott rilevanti għas-sostenibbiltà ambjentali, bħad-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, il-possibbiltà ta’ tiswija,l-effiċjenza enerġetika, ir-riċiklabbiltà, u l-impronta tal-karbonju u dik ambjentali. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u f’konformità mar-regoli kummerċjali internazzjonali. |
|
(17) |
Is-settur tal-oġġetti secondhand jaqdi rwol importanti fil-promozzjoni tal-produzzjoni u tal-konsum sostenibbli, inkluż fl-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari ġodda, u jikkontribwixxi biex jittawwal it-tul tal-ħajja ta’ prodott u jiġi evitat li jsir skart. Il-prodotti secondhand, b’mod partikolari prodotti li jgħaddu minn rinnovazzjoni jew tiswija, li joriġinaw mill-Unjoni mhumiex prodotti ġodda u jistgħu jiċċirkolaw fis-suq intern mingħajr il-ħtieġa li jikkonformaw mal-atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn li daħlu fis-seħħ wara t-tqegħid tagħhom fis-suq. Madankollu, il-prodotti manifatturati mill-ġdid huma meqjusa prodotti ġodda u jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn jekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat. |
|
(18) |
Ladarba att delegat li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn jiġi adottat mill-Kummissjoni għal grupp ta’ prodotti partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern, ma jibqgħux jitħallew jistabbilixxu rekwiżiti nazzjonali ta’ prestazzjoni abbażi tal-parametri tal-prodott koperti minn tali rekwiżiti ta’ prestazzjoni stabbiliti f’dak l-att delegat, u ma jibqgħux jitħallew jistabbilixxu rekwiżiti nazzjonali ta’ informazzjoni abbażi tal-parametri tal-prodott koperti minn tali rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dak l-att delegat. Sabiex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi li ma huwa meħtieġ l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ xi parametru speċifiku tal-prodott jekk rekwiżit relatat ma’ dak il-parametru speċifiku tal-prodott ikollu impatt negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-ekodisinn meqjusa għal dak il-grupp ta’ prodotti. |
|
(19) |
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis in-natura u l-iskop tal-prodotti kkonċernati kif ukoll il-karatteristiċi tas-swieq rilevanti. Pereżempju, it-tagħmir tad-difiża jeħtieġ li jkun jista’ jopera f’kundizzjonijiet speċifiċi u xi drabi ħorox, u dak jeħtieġ li jitqies meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Ċerta informazzjoni dwar it-tagħmir tad-difiża jenħtieġ li ma tiġix divulgata u jenħtieġ li tiġi protetta. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-ekodisinn ma jiġux stabbiliti għall-prodotti bl-iskop uniku li jaqdu d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali. Importanti li għal tagħmir militari jew sensittiv ta’ tip ieħor, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn iqisu l-ħtiġijiet tas-sigurtà u l-karatteristiċi tas-suq tad-difiża, kif definit fid-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). Bl-istess mod, l-industrija spazjali hija strateġika għall-Ewropa kif ukoll biex l-Ewropa ma tkunx dipendenti mil-lat teknoloġiku. Peress li t-teknoloġiji spazjali joperaw f’kundizzjonijiet estremi, kwalunkwe rekwiżit tal-ekodisinn għall-prodotti spazjali jenħtieġ li jibbilanċja l-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà mar-reżiljenza u mal-prestazzjoni mistennija. Barra minn hekk, għall-apparati mediċi kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-ħtieġa li ma jiġux affettwati b’mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti u tal-utenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tivvaluta l-karatteristiċi tas-suq u tipprepara r-rekwiżiti tal-ekodisinn, tistinka biex tqis il-karatteristiċi nazzjonali, bħall-kundizzjonijiet klimatiċi differenti fl-Istati Membri u l-prattiki u t-teknoloġiji użati fl-Istati Membri b’effetti ambjentali ta’ benefiċċju ppruvati. |
|
(20) |
Biex jiġi evitat il-piż regolatorju, jenħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti f’liġijiet oħra tal-Unjoni, speċjalment dawk li jikkonċernaw il-prodotti, is-sustanzi kimiċi, l-imballaġġ u l-iskart. Madankollu, jenħtieġ li l-eżistenza ta’ setgħat fl-ambitu ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni biex jiġu stabbiliti rekwiżiti bl-istess effetti tar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament jew b’effetti simili għal dawk ta’ dan ir-Regolament ma tillimitax is-setgħat inklużi f’dan ir-Regolament, dment li ma jkunx speċifikat f’dan ir-Regolament. |
|
(21) |
Meta tipprepara r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis għadd ta’ elementi, jiġifieri l-prijoritajiet tal-Unjoni, il-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali, ftehimiet internazzjonali rilevanti kif ukoll miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni u standards rilevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-prijoritajiet għall-klima, l-ambjent, l-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza fir-riżorsi u s-sigurtà, inkluża l-ekonomija ċirkolari mhux tossika, u prijoritajiet u miri relatati oħra tal-Unjoni. Huwa importanti li tingħata attenzjoni lill-objettivi tat-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591, inkluż li, sa mhux aktar tard mill-2050, in-nies ikunu qed jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f’ekonomija favur il-benesseri, il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” u l-ġerarkija tal-iskart kif definit fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), kif ukoll l-impenji tal-Unjoni li tipproteġi u tirrestawra l-bijodiversità kif espressi wkoll fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 dwar Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal adottat fil-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(22) |
L-atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li, kif kien il-każ għall-miżuri ta’ implimentazzjoni fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE, isirulhom valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati apposta, u jenħtieġ li jitfasslu f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, u jinkludu valutazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali u tal-impatti fuq pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża l-valutazzjoni tal-impatt tagħha fuq l-aħjar evidenza disponibbli u tqis kif xieraq l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Meta tipprepara r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża approċċ xjentifiku kif ukoll tqis l-informazzjoni teknika rilevanti użata bħala bażi għal, b’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, jew derivata minnha, mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku. |
|
(23) |
Sabiex titqies id-diversità tal-prodotti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħżel il-metodi biex tivvaluta l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u, kif xieraq, tiżviluppahom aktar. Tali metodi għandhom ikunu abbażi tan-natura tal-prodott, tal-aspetti l-aktar rilevanti tiegħu u tal-impatti tiegħu fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenza tagħha fil-valutazzjoni tal-istabbiliment tar-rekwiżiti fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE u l-isforzi kontinwi biex jiġu żviluppati u mtejba għodod ta’ valutazzjoni bbażati fuq ix-xjenza, inklużi l-aġġornament tal-metodoloġija għall-ekodisinn ta’ prodotti relatati mal-enerġija, u l-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 (28), inkluż fir-rigward tal-ħżin temporanju tal-karbonju, kif ukoll l-iżvilupp ta’ standards minn organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej tal-istandardizzazzjoni, inkluż dwar l-effiċjenza materjali tal-prodotti relatati mal-enerġija. Filwaqt li tibni fuq dawk l-għodod u tuża studji dedikati meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli ssaħħaħ l-aspetti taċ-ċirkolarità, bħad-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija inkluż punteġġ għat-tiswija, ir-riċiklabbiltà, il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, l-identifikazzjoni ta’ sustanzi kimiċi li jfixklu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fil-valutazzjoni tal-prodotti, f’konformità ma’ approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja bil-ħsieb tat-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, u jenħtieġ li tiżviluppa metodi jew għodod ġodda meta jkun xieraq. L-informazzjoni relatata mal-indikaturi ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-impronta tal-karbonju, jenħtieġ li jiġu kkalkolati fid-dawl ta’ metodi konsolidati fil-livell internazzjonali li diġà huma implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Huwa importanti wkoll li jitqiesu l-metodi xjentifiċi rakkomandati minn organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni internazzjonali u Ewropej. B’mod partikolari, għal dak li għandu x’jaqsam mal-immudellar tal-enerġija użata fil-proċessi tal-manifattura, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-immudellar tat-taħlita tal-enerġija li jkun iqis ukoll kwistjonijiet bħall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija, il-garanziji tal-oriġini u l-ġenerazzjoni proprja tal-elettriku. Jistgħu x’aktarx ikunu meħtieġa wkoll approċċi ġodda għat-tħejjija ta’ kriterji obbligatorji tal-akkwist pubbliku u għall-projbizzjonijiet fuq il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa. |
|
(24) |
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jenħtieġ li jkunu relatati ma’ parametru tal-prodott magħżul rilevanti għall-aspett tal-prodott fil-mira li għalih ikun ġie identifikat potenzjal għal titjib tas-sostenibbiltà ambjentali. Tali rekwiżiti jistgħu jinkludu livelli minimi jew massimi ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-parametru tal-prodott, rekwiżiti mhux kwantitattivi li jkollhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni fir-rigward tal-parametru tal-prodott, jew rekwiżiti relatati mal-prestazzjoni funzjonali ta’ prodott biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni magħżula ma jħallux impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-prodott li jwettaq il-funzjoni li għaliha jkun ġie ddisinjat u kummerċjalizzat. Fir-rigward tal-livelli minimi jew massimi, dawn jistgħu pereżempju jieħdu l-forma ta’ limitu fuq il-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu jew fuq il-kwantitajiet ta’ materjal partikolari inkorporat fil-prodott, rekwiżit għal kwantitajiet minimi ta’ kontenut riċiklat, jew limitu fuq kategorija speċifika ta’ impatt ambjentali jew fuq aggregazzjoni tal-impatti ambjentali rilevanti kollha. Eżempju ta’ rekwiżit mhux kwantitattiv huwa l-projbizzjoni ta’ soluzzjoni teknika speċifika li tkun ta’ detriment għall-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodott. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni se jintużaw biex tiġi żgurata t-tneħħija tal-prodotti bl-agħar prestazzjoni mis-suq u biex gradwalment ikun hemm tranżizzjoni għall-prodotti bl-aħjar prestazzjoni meta dak ikun meħtieġ biex jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ sostenibbiltà ambjentali ta’ dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jistgħu jikkonċernaw ukoll l-użu tar-riżorsi, inklużi r-rekwiżiti relatati mal-użu ta’ riżorsi rinnovabbli jew materjali b’kontenut b’bażi bijoloġika fil-prodott u jindirizzaw ir-rilaxx ta’ nanoplastiks u ta’ mikroplastiks. Meta tipprevedi kombinazzjoni ta’ rekwiżiti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvalutahom fit-totalità tagħhom u tidentifika l-kombinazzjoni ta’ rekwiżiti li twassal għall-ogħla benefiċċji għas-sostenibbiltà ambjentali. |
|
(25) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jenħtieġ li jikkomplementaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-iskart. Filwaqt li r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ bħala prodott finali huma stabbiliti fl-ambitu tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (29), dan ir-Regolament jista’ jikkomplementa dik id-Direttiva billi jistabbilixxi rekwiżiti bbażati fuq il-prodott li jiffukaw fuq l-imballaġġ ta’ prodotti speċifiċi meta jitqiegħdu fis-suq. Meta rilevanti, tali rekwiżiti komplementari jenħtieġ li jikkontribwixxu b’mod partikolari biex jimminimizzaw l-ammont ta’ imballaġġ użat, u b’hekk jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart fl-Unjoni. |
|
(26) |
Is-sikurezza kimika hija element rikonoxxut tas-sostenibbiltà tal-prodott. Hija bbażata fuq il-perikli intrinsiċi tas-sustanzi kimiċi għas-saħħa jew għall-ambjent flimkien ma’ esponiment speċifiku jew ġeneriku, u hija indirizzata mil-liġi tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi, bħar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004 (30), (KE) Nru 1907/2006 (31), (KE) Nru 1272/2008 (32), (KE) Nru 1223/2009 (33), (UE) 2017/745 u (UE) 2019/1021 (34) u d-Direttiva 2009/48/KE (35) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipprevedix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi bbażati prinċipalment fuq is-sikurezza kimika, kif isir fl-ambitu ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni. Il-liġi tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi diġà tipprevedi r-restrizzjoni ta’ sustanzi jew taħlitiet relatati mas-sikurezza jew mar-riskju, meta meħtieġ. Madankollu, l-istabbiliment tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jenħtieġ ukoll li, meta xieraq, inaqqas riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni rigward il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib, se jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tal-esponiment għas-sustanzi kimiċi, filwaqt li jżidu mal-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju pprovduti minn liġijiet oħra tal-Unjoni. Bl-istess mod, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi għal raġunijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel. Madankollu, il-liġi tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ikel ma tipprovdix għall-indirizzar tal-impatti fuq is-sostenibbiltà li mhumiex relatati mas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi jew mas-sikurezza tal-ikel permezz ta’ restrizzjonijiet fuq ċerti sustanzi. Biex tingħeleb dik il-limitazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi, f’ċerti kundizzjonijiet, ir-restrizzjoni ta’ sustanzi preżenti fi prodotti jew użati fil-proċessi tal-manifattura tagħhom li jaffettwaw b’mod negattiv is-sostenibbiltà tal-prodotti. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa, meta meħtieġ, iżda la jidduplika u lanqas jissostitwixxi r-restrizzjonijiet fuq sustanzi koperti mid-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), li għandha bħala l-objettiv tagħha l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni ambjentali, inklużi rkupru u rimi li jħarsu l-ambjent tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku. |
|
(27) |
Jenħtieġ li, meta l-Kummissjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni, tkun tista’ tintroduċi rekwiżiti li jipprevjenu li ċerti sustanzi jiġu inklużi fi prodott. Jenħtieġ li l-identifikazzjoni ta’ tali sustanzi tkun parti mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal grupp speċifiku ta’ prodotti, u jenħtieġ li f’dik il-valutazzjoni l-Kummissjoni tqis, pereżempju, jekk sustanza tagħmilx l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta’ prodott aktar ikkumplikat, jew jekk taffettwax b’mod negattiv il-proprjetajiet tal-materjal riċiklat, pereżempju minħabba l-kulur jew ir-riħa tagħha. Meta jkun diġà ġie stabbilit, għal grupp ta’ prodotti, li sustanza hija waħda li tfixkel iċ-ċirkolarità, dan jista’ jkun indikazzjoni li din tfixkel ukoll iċ-ċirkolarità għal gruppi oħra ta’ prodotti. L-identifikazzjoni, u r-restrizzjoni possibbli, ta’ sustanza jenħtieġ li jagħtu lok ukoll għal rekwiżit ta’ informazzjoni. |
|
(28) |
Biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jkunu relatati ma’ parametru tal-prodott magħżul rilevanti għall-aspett tal-prodott, bħall-impronta ambjentali u tal-karbonju tal-prodott u d-durabbiltà tiegħu. Dawn jenħtieġ li jirrikjedu li l-manifattur jagħmel disponibbli informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta’ parametru tal-prodott magħżul jew informazzjoni oħra li tista’ tinfluwenza l-mod kif il-prodott jiġi ttrattat minn partijiet oħra minbarra l-manifattur sabiex tittejjeb il-prestazzjoni b’rabta ma’ tali parametru. Tali rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti jew flimkien mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni fuq l-istess parametru tal-prodott, inkella minflokhom, kif ikun xieraq. Huwa importanti li l-Kummissjoni tiġġustifika kif xieraq id-deċiżjoni tagħha li tistabbilixxi biss rekwiżiti ta’ informazzjoni minflok rekwiżiti ta’ prestazzjoni. Meta att delegat jinkludi rekwiżiti ta’ informazzjoni, jenħtieġ li dan jindika l-metodu biex l-informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli u aċċessibbli b’mod faċli, bħall-inklużjoni tagħha fuq sit web b’aċċess liberu, fil-passaport diġitali tal-prodott jew fuq it-tikketta tal-prodott.Jenħtieġ li l-informazzjoni essenzjali relatata mas-saħħa, mas-sikurezza u mad-drittijiet tal-utenti finali dejjem tiġi pprovduta lill-konsumaturi permezz ta’ mezzi fiżiċi u tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data inkluż fuq il-prodott. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni huma meħtieġa biex joħolqu t-tibdil meħtieġ fl-imġiba ħalli jiġi żgurat li jinkisbu l-objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ dan ir-Regolament. L-informazzjoni rilevanti għat-teħid ta’ deċiżjoni infurmata dwar ix-xiri ta’ prodott jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-konsumatur qabel ix-xiri tal-prodott. Billi jipprovdu mezz xieraq għax-xerrejja u għall-awtoritajiet pubbliċi biex iqabblu l-prodotti abbażi tas-sostenibbiltà ambjentali tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni huma mistennija li jixprunaw lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi lejn għażliet aktar sostenibbli. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għal rati ta’ ġbir imtejba mill-Istati Membri għal gruppi ta’ prodotti rilevanti, b’mod partikolari għal dawk li għalihom jeżisti potenzjal sinifikanti ta’ użu mill-ġdid u rinnovazzjoni, bħall-mobiles li għalihom ir-rata ta’ ġbir fl-Istati Membri ma taqbiżx il-5 %, pereżempju billi jiffaċilitaw l-informazzjoni dwar skemi ta’ teħid lura permezz ta’ inċentivi finanzjarji u sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu, garanziji tal-privatezza tad-data, bażijiet tad-data ta’ punti fejn wieħed jista’ jħalli l-prodott, u informazzjoni personalizzata dwar it-tmiem tal-ħajja permezz ta’ passaport diġitali tal-prodott, dwar il-valur tal-prodott u dwar l-aħjar prattiki dwar ir-rimi xieraq. |
|
(29) |
Meta l-atti delegati jinkludu rekwiżiti ta’ informazzjoni, dawn jistgħu wkoll, barra minn hekk, jiddeterminaw il-klassijiet ta’ prestazzjoni b’rabta ma’ parametru tal-prodott wieħed jew aktar rilevanti, sabiex jiffaċilitaw it-tqabbil bejn il-prodotti. Il-klassijiet ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodotti abbażi tas-sostenibbiltà relattiva tagħhom u jistgħu jintużaw kemm mill-konsumaturi kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi. Bħala tali, huma maħsuba biex jixprunaw is-suq lejn prodotti aktar sostenibbli. |
|
(30) |
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ tiswija u d-durabbiltà jaqdu rwol ewlieni biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu konsum sostenibbli. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-istabbiliment ta’ punteġġi għall-possibbiltà ta’ tiswija jew tad-durabbiltà għall-prodotti fejn tali punteġġi jitqiesu xierqa għall-għan li jiġu pprovdutibenefiċċji ambjentali u informazzjoni aktar ċara lill-konsumaturi. Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jivvalutaw u jqabblu l-prodotti b’mod effettiv, huwa importanti li l-format, il-kontenut u l-wiri ta’ tali punteġġi tal-possibbiltà ta’ tiswija u tad-durabbiltà jinkludu lingwaġġ u pittogrammi faċli biex jinftiehmu u li l-punteġġ tal-possibbiltà ta’ tiswija jkun ibbażat fuq metodoloġija armonizzata speċifikata għall-prodott jew għall-grupp ta’ prodotti li taggrega l-parametri, bħad-disponibbiltà u l-prezz tal-ispare parts, kemm huwa faċli li jiżżarma l-prodott u d-disponibbiltà tal-għodod f’punteġġ wieħed. |
|
(31) |
L-informazzjoni dwar il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-prodotti hija element ewlieni biex jiġu identifikati u promossi prodotti li huma sostenibbli. Il-kompożizzjoni kimika tal-prodotti tiddetermina b’mod wiesa’ l-funzjonalitajiet u l-impatti tagħhom, kif ukoll il-possibbiltà għall-użu mill-ġdid tagħhom jew għall-irkupru ladarba jsiru skart. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020“Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità” tappella biex tiġi minimizzata l-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-prodotti, u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-kontenut kimiku u l-użu sikur, billi jiddaħħlu rekwiżiti ta’ informazzjoni u tiġi traċċata l-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-materjali u tal-prodotti. Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u liġijiet eżistenti oħra dwar is-sustanzi kimiċi bħar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 diġà jiżguraw komunikazzjoni dwar perikli għas-saħħa jew għall-ambjent ikkawżati minn ċerti sustanzi ta’ tħassib waħedhom jew f’taħlita. L-utenti tas-sustanzi u tat-taħlitiet jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll b’informazzjoni pertinenti. Barra minn hekk, l-utenti ta’ prodotti għajr sustanzi jew taħlitiet, u dawk responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart minn tali prodotti, jenħtieġ li jirċievu wkoll informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni primarjament relatata mal-perikli tas-sustanzi kimiċi għas-saħħa jew għall-ambjent. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti relatati mat-traċċar u mal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, inkluża l-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, bil-ħsieb ukoll li dawn jiġu ddekontaminati u rkuprati meta jsiru skart. Tali qafas jenħtieġ li jkollu l-għan li jkopri b’mod progressiv is-sustanzi ta’ tħassib fil-prodotti kollha elenkati fil-pjanijiet ta’ ħidma li serjiġu adottati mill-Kummissjoni. Tali rekwiżiti rigward it-traċċar ta’ sustanzi ta’ tħassib jenħtieġ li jiġu inklużi b’mod awtomatiku meta rekwiżit ta’ informazzjoni jkollu jiġi stabbilit fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, għajr meta tali rekwiżit ta’ informazzjoni jkun parti minn rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn. Sabiex jitqiesu l-kriterji li jridu jiġu ssodisfati mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, u b’mod partikolari biex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, kif xieraq għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat, tistabbilixxi limiti fuq il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi fil-prodott jew fil-komponenti rilevanti li jagħtu lok għar-rekwiżit ta’ traċċar, tistabbilixxi skadenzi differenzjati għall-applikazzjoni u, f’każijiet debitament ġustifikati, tipprovdi derogi mir-rekwiżit ta’ traċċar. Meta tistabbilixxi d-dettall tal-informazzjoni meħtieġa u l-limiti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u l-limiti eżistenti fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-ambitu tar-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u (KE) Nru 1272/2008, u leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti. Tista’ tapplika deroga bbażata fuq il-fattibbiltà teknika f’każijiet li fihom il-preżenza ta’ sustanza fi prodott ma tkunx tista’ tiġi vverifikata bit-teknoloġiji attwalment disponibbli. |
|
(32) |
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżit li passaport diġitali tal-prodotti jsir disponibbli. Il-passaport diġitali tal-prodotti huwa għodda importanti biex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-atturi tul il-katina tal-valur kollha u d-disponibbiltà ta’ passaport diġitali tal-prodotti mistennija ttejjeb b’mod sinifikanti t-traċċabbiltà minn tarf sa tarf ta’ prodott tul il-katina tal-valur tiegħu. Fost affarijiet oħra, il-passaport diġitali tal-prodotti mistenni jgħin lill-klijenti jagħmlu għażliet infurmati billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni rilevanti, jippermetti lill-operaturi ekonomiċi, jiġifieri lill-manifatturi, lir-rappreżentanti awtorizzati, lill-importaturi, lid-distributuri, lin-negozjanti u lill-fornituri ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni, u lil atturi oħra tal-katina tal-valur, bħal klijenti, sewwejja professjonisti, operaturi indipendenti, rinnovaturi, manifatturi mill-ġdid, riċiklaturi, awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, riċerkaturi, trade unions u l-Kummissjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni li taġixxi għalihom, jaċċessaw, jintroduċi jew jaġġornaw id-data rilevanti u jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jwettqu dmirijiethom, mingħajr ma titqiegħed il-periklu l-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Għal dak il-għan, huwa importanti li l-passaport diġitali tal-prodotti jkun faċli għall-utent u li d-data li jkun hemm fih tkun preċiża, kompluta, u aġġornata. Il-passaport diġitali tal-prodotti jenħtieġ li, meta neċessarju, jkun ikkomplementat b’forom mhux diġitali tat-trażmissjoni tal-informazzjoni, bħall-informazzjoni fil-manwal tal-prodott jew fuq it-tikketta. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-passaport diġitali tal-prodotti jintuża għall-għoti ta’ informazzjoni li tirrigwarda l-grupp ta’ prodotti rilevanti skont liġijiet oħra tal-Unjoni. |
|
(33) |
Biex titqies in-natura tal-prodott u tas-suq tiegħu, l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti jenħtieġ li tiġi eżaminata bir-reqqa fuq bażi ta’ każ b’każ meta jitħejjew regoli speċifiċi għall-prodott. Biex jiġi ottimizzat l-aċċess għad-data li tirriżulta filwaqt li jiġu protetti wkoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-passaport diġitali tal-prodotti jeħtieġ li jitfassal u jiġi implimentat b’mod li jippermetti aċċess differenzjat għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti skont it-tip ta’ data u t-tipoloġija tal-partijiet ikkonċernati. Bl-istess mod, biex jiġu evitati kostijiet għall-kumpaniji u għall-pubbliku li jkunu sproporzjonati għall-benefiċċji usa’, il-passaport diġitali tal-prodotti jenħtieġ li jkun speċifiku għall-mudell tal-oġġett, tal-lott jew tal-prodott, skont, pereżempju, il-kumplessità tal-katina tal-valur, id-daqs, in-natura jew l-impatti tal-prodotti kkunsidrati. Jenħtieġ li l-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa meta jkunu qed jitħejjew atti delegati li jistabbilixxu rekwiżiti tal-ekodisinn janalizzaw ukoll il-kostijiet u l-benefiċċji tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni permezz ta’ passaporti diġitali tal-prodotti fil-livell tal-mudell, tal-lott jew tal-oġġett. It-terminu “mudell” normalment jirreferi għal verżjoni ta’ prodott li l-unitajiet kollha tiegħu jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn u l-istess identifikatur tal-mudell, it-terminu “lott” normalment jirreferi għal subsett ta’ mudell speċifiku magħmul mill-prodotti kollha prodotti f’impjant speċifiku tal-manifattura f’mument ta’ żmien speċifiku u t-terminu “oġġett” normalment jirreferi għal unità waħda ta’ mudell. Il-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ ukoll, sal-punt li l-passaport diġitali tal-prodotti jiddependi minn standards li mhumiex mingħajr ħlas, tqis jekk tali dipendenza hijiex xierqa u kif jistgħu jiġu evitati kostijiet sproporzjonati għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). |
|
(34) |
Peress li liġi oħra tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-prodotti u tistabbilixxi sistemi biex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-operaturi ekonomiċi u għall-klijenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li torbot ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ma’ dawk ir-rekwiżiti, bħal pereżempju l-obbligu li jiġu pprovduti skedi tad-data dwar is-sikurezza għas-sustanzi u għat-taħlitiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Meta jkun fattibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni torbot ukoll il-passaport diġitali tal-prodotti ma’ bażijiet tad-data u għodod eżistenti tal-Unjoni bħar-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL) jew il-bażi tad-data għal informazzjoni dwar Sustanzi ta’ Tħassib F’oġġetti, bħala tali jew f’oġġetti kumplessi (Prodotti) (SCIP). |
|
(35) |
Sabiex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għajr dawk li jikkonċernaw il-passaport diġitali tal-prodotti jew biex jiġi żgurat li l-passaporti diġitali tal-prodotti jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla teżenta lil gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżiti tal-passaport diġitali tal-prodotti jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux disponibbli fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali għad-disinn tekniku u għall-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti. Bl-istess mod, sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla teżenta lil gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżiti tal-passaport diġitali tal-prodotti f’każ li liġijiet oħra tal-Unjoni diġà jinkludu sistema għall-forniment diġitali ta’ informazzjoni dwar il-prodott li tippermetti lill-atturi tul il-katina tal-valur jaċċessaw informazzjoni rilevanti dwar il-prodott u tiffaċilita l-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawk l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jiġu rieżaminati perjodikament filwaqt li titqies disponibbiltà ulterjuri tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
|
(36) |
L-identifikazzjoni unika tal-prodotti hija element fundamentali biex it-traċċabbiltà tkun possibbli tul il-katina tal-provvista. Għalhekk, il-passaport diġitali tal-prodotti jenħtieġ li jkun marbut ma’ identifikatur uniku tal-prodott. Barra minn hekk, meta xieraq, il-passaport diġitali tal-prodotti jenħtieġ li jkun marbut ma identifikatur uniku tal-operatur u ma’ identifikatur uniku tal-faċilità li jkunu jippermettu t-traċċar tal-atturi u tal-faċilitajiet tal-manifattura relatati ma’ dak il-prodott. Sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà, il-mezz ta’ data,l-identifikatur uniku tal-operatur u l-identifikatur uniku tal-faċilità li jippermettu t-traċċabbiltà jenħtieġ li jinħarġu f’konformità ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment. Jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex temenda dan ir-Regolament billi tissostitwixxi jew iżżid standards li f’konformità magħhom jistgħu jinħarġu l-mezz ta’ data, l-identifikatur uniku tal-operatur u l-identifikatur uniku tal-faċilità, fid-dawl tal-progress tekniku jew xjentifiku. Dan jenħtieġ li jiżgura li d-data li jkun hemm fil-passaport diġitali tal-prodotti tkun tista’ tiġi rreġistrata u trażmessa mill-operaturi ekonomiċi kollha, kif ukoll li tiġi ggarantita l-kompatibbiltà tal-identifikaturi uniċi ma’ komponenti esterni bħal pereżempju l-apparati tal-iskennjar. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-data tkun trasferibbli permezz ta’ network interoperabbli miftuħ għall-iskambju tad-data mingħajr intrappolament tal-klijentela. |
|
(37) |
L-informazzjoni diġitalizzata dwar il-prodott u ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jew, meta applikabbli, il-passaport tiegħu jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli bl-iskennjar ta’ mezz ta’ data, bħal marka tal-ilma jew kodiċi ta’ rispons rapidu (QR). Meta possibbli, il-mezz ta’ data jenħtieġ li jkun fuq il-prodott innifsu biex jiġi żgurat li d-data tibqa’ aċċessibbli tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Madankollu, jenħtieġ li jkunu possibbli derogi skont in-natura, id-daqs jew l-użu tal-prodotti kkonċernati. |
|
(38) |
Sabiex jiġi żgurat aċċess għall-passaport diġitali tal-prodotti għall-perjodu speċifikat fl-atti delegati, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni, l-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq, jenħtieġ li jagħmel disponibbli kopja ta’ riżerva tal-passaport diġitali tal-prodotti permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti li jkun parti terza indipendenti. |
|
(39) |
Biex tkun żgurata l-introduzzjoni effettiva tal-passaport diġitali tal-prodotti, id-disinn tekniku, ir-rekwiżiti tad-data u t-tħaddim tiegħu jenħtieġ li jkunu konformi ma’ sett ta’ rekwiżiti tekniċi essenzjali li jipprovdu bażi għall-użu konsistenti tal-passaport diġitali tal-prodotti fis-setturi kollha. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali, fil-forma ta’ standards armonizzati li għalihom ir-referenzi ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, bħala għażla ta’ riżerva, speċifikazzjonijiet komuni adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Id-disinn tekniku jenħtieġ li jiżgura li l-passaport diġitali tal-prodotti jġorr id-data b’mod sigur, filwaqt li jirrispetta r-regoli tal-privatezza. Huwa neċessarju li l-passaport diġitali tal-prodott jiġi żviluppat fi djalogu miftuħ mas-sħab internazzjonali, sabiex jitqiesu l-fehmiet tagħhom meta jiġu żviluppati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u biex jiġi żgurat li dawn jgħinu biex jitneħħew l-ostakli kummerċjali għal prodotti aktar ekoloġiċi b’ċikli tal-ħajja u ċirkolarità estiżi, jitnaqqsu l-kostijiet għall-investimenti sostenibbli, il-konformità, u tiġi appoġġata l-innovazzjoni. Sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni effettiva, huwa importanti li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti relatati mat-traċċabbiltà tul il-katina tal-valur tiġi żviluppata, sa fejn ikun possibbli, abbażi ta’ approċċ kunsenswali u tal-involviment, ir-rieda, u l-kollaborazzjoni effettiva ta’ sett varjat ta’ atturi, inklużi korpi ta’ standardizzazzjoni, assoċjazzjonijiet tal-industrija, negozji ġodda, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, esperti, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u sħab internazzjonali, inklużi ekonomiji li qed jiżviluppaw. |
|
(40) |
Jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi b’mod ċar ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti bħal pereżempju l-aġenziji emittenti u l-fornituri tas-servizzi li se jkunu involuti fil-ħolqien, fl-awtentikazzjoni, fl-ipproċessar u fil-ħżin tad-data u, possibbilment fl-irtirar ta’ elementi importanti tal-passaport diġitali tal-prodotti, bħall-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data. Il-Kummissjoni tista’, sa dak il-punt, twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tinvestiga jekk huwa xieraq li tiżviluppa skema ta’ ċertifikazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti. |
|
(41) |
Sabiex jiġi żgurat li l-passaport diġitali tal-prodotti jkun flessibbli, aġli u mmexxi mis-suq u li jevolvi f’konformità mal-mudelli ta’ negozju, mas-swieq u mal-innovazzjoni, jenħtieġ li dan ikun ibbażat fuq sistema ta’ data deċentralizzata u jiġi stabbilit u miżmum mill-operaturi ekonomiċi. Madankollu, għal finijiet ta’ infurzar u monitoraġġ, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni jkollhom aċċess dirett għal rekord tal-identifikaturi uniċi kollha marbuta ma’ prodotti mqiegħda fis-suq jew fis-servizz. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm reġistru tal-passaporti diġitali tal-prodotti biex taħżen tali data (ir-“reġistru”). Meta meħtieġ, biex jiġi ffaċilitat aktar l-infurzar, il-Kummissjoni jenħtieġ li, kif xieraq, tispeċifika data oħra inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti li jeħtieġ li tinħażen fir-reġistru. |
|
(42) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm aġġornat web portal faċli għall-utent u disponibbli għall-pubbliku fejn il-partijiet ikkonċernati bħall-klijenti, l-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra, ikollhom aċċess għad-data inkluża fil-passaporti diġitali tal-prodotti u l-possibbiltà li jfittxu għal u jqabblu d-data inkluża f’dawk il-passaporti f’konformità mad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom speċifikati fl-atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Jenħtieġ li l-web portal jipprovdi links għal data diġà maħżuna mill-operatur ekonomiku fil-passaport deċentralizzat tiegħu tal-prodotti. |
|
(43) |
Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament irid ikun f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali. L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri jrid isir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipji tal-protezzjoni tad-data fil-livell tad-disinn u b’mod prestabbilit. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni, b’mod partikolari dik maħżuna fir-reġistru, irid isir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38). Jenħtieġ li d-data personali tal-klijenti ma tinħażinx fil-passaport diġitali tal-prodotti. |
|
(44) |
L-infurzar effettiv fir-rigward ta’ prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni, kemm jekk prodotti internament kif ukoll jekk importati, huwa essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet ir-reġistru, l-awtoritajiet doganali jenħtieġ li jkollhom aċċess dirett għalih permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39). Ir-rwol tal-awtoritajietdoganali jenħtieġ li jkun li jivverifikaw bħala minimu li l-identifikatur uniku ta’ reġistrazzjoni ta’ prodott li huwa meħtieġ li jiġi pprovdut jew magħmul disponibbli lilhom u l-kodiċi tal-komodità rilevanti jikkorrispondu għad-data maħżuna fir-reġistru.. Dan jippermetti lill-awtoritajiet doganali jivverifikaw li jeżisti passaport diġitali tal-prodotti għall-prodotti importati. Meta xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi fl-att ta’ implimentazzjoni tagħha dwar ir-reġistru l-obbligi meħtieġa għall-operaturi ekonomiċi biex iżommu aġġornata d-data maħżuna fir-reġistru. |
|
(45) |
Id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti tista’ tippermetti lill-awtoritajiet doganali jsaħħu u jiffaċilitaw il-ġestjoni tar-riskju u tippermetti li l-kontrolli fil-fruntiera jkunu mmirati aħjar. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jirkupraw u jużaw d-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti u fir-reġistru relatat għat-twettiq tal-kompiti tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni inkluż għall-ġestjoni tar-riskju f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40). |
|
(46) |
Sabiex il-konsumaturi jitħeġġu jagħmlu għażliet sostenibbli, jenħtieġ li t-tikketti, meta jkunu meħtieġa mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, jipprovdu informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment li tippermetti tqabbil effettiv tal-prodotti, pereżempju billi jindikaw il-klassijiet tal-prestazzjoni. Speċifikament għall-konsumaturi, it-tikketti fiżiċi jistgħu jkunu sors addizzjonali ta’ informazzjoni fil-post tal-bejgħ. Dawn jenħtieġ li jipprovdu bażi viżiva rapida għall-konsumaturi biex jiddistingwu bejn il-prodotti abbażi tal-prestazzjoni tagħhom b’rabta ma’ parametru speċifiku tal-prodott jew sett ta’ parametri tal-prodott. Jenħtieġ li, meta xieraq, jagħmlu wkoll possibbli l-aċċess għal informazzjoni addizzjonali billi jkollhom fuqhom referenzi speċifiċi bħall-indirizzi tas-siti web, il-kodiċijiet QR dinamiċi, il-links għat-tikketti online jew kwalunkwe mezz xieraq orjentat lejn il-konsumatur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi fl-att delegat rilevanti l-aktar mod effettiv biex turi dawn it-tikketti, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod online, filwaqt li tqis l-implikazzjonijiet għall-klijenti u għall-operaturi ekonomiċi u l-karatteristiċi tal-prodotti kkonċernati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tirrikjedi wkoll li t-tikketta tiġi stampata fuq l-imballaġġ tal-prodott. |
|
(47) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 li jistabbilixxi qafas dwar it-tikkettar tal-enerġija japplika, b’mod parallel għal dan ir-Regolament, għall-prodotti relatati mal-enerġija. It-tikketti tal-enerġija huma strument ta’ suċċess fir-rigward tal-għoti tal-informazzjoni xierqa lill-konsumaturi għall-prodotti relatati mal-enerġija. Il-klassijiet ta’ prestazzjoni ddeterminati fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li, meta xieraq, ikunu inkorporati fit-tikketta tal-enerġija bħala informazzjoni supplimentari kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2017/1369. Meta l-informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni ta’ prodott b’rabta ma’ parametru ta’ prodott ma tkunx tista’ tiġi inkluża bħala informazzjoni supplimentari fit-tikketta tal-enerġija, jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta xieraq, tkun tista’ tirrikjedi l-istabbiliment ta’ tikketta f’konformità ma’ dan ir-Regolament minflok it-tikketta tal-enerġija, li fiha tista’ tiġi inkorporata l-informazzjoni rilevanti tat-tikketta tal-enerġija. |
|
(48) |
Hemm bżonn li l-konsumaturi jiġu protetti minn informazzjoni qarrieqa li tista’ xxekkel l-għażliet tagħhom għal prodotti aktar sostenibbli. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jkun ipprojbit li jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz il-prodotti li jkollhom fuqhom tikketti jew ikunu akkumpanjati b’tikketti li x’aktarx iqarrqu jew iħawdu lill-klijenti billi jimitaw it-tikketti previsti f’dan ir-Regolament, jew li huma akkumpanjati bi kwalunkwe informazzjoni oħra li x’aktar tqarraq jew tħawwad lill-klijenti fir-rigward tat-tikketti previsti f’dan ir-Regolament. L-Ekotikketta tal-UE jew ekotikketti oħra EN ISO 14024 tat-tip I rikonoxxuti uffiċjalment fil-livell nazzjonali jew reġjonali jridu jitqiesu bħala tikketti qarrieqa jew li jħawdu, dment li l-kriterji żviluppati fl-ambitu ta’ dawk l-iskemi ta’ tikkettar ikunu tal-anqas stretti daqs ir-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
|
(49) |
Biex l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jinkisbu bl-aktar mod effiċjenti u biex l-ewwel jiġu indirizzati l-prodotti li jħallu l-akbar impatt, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq prijoritizzazzjoni tal-prodotti li jridu jiġu regolati fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti li se japplikaw għalihom. Abbażi tal-proċess segwit għall-prijoritizzazzjoni fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta pjan ta’ ħidma, li jkopri mill-anqas tliet snin, li jistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom biħsiebha tadotta atti delegati kif ukoll l-aspetti tal-prodotti li għalihom biħsiebha tadotta atti delegati ta’ applikazzjoni orizzontali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża l-prijoritizzazzjoni tagħha fuq sett ta’ kriterji li jappartjenu b’mod partikolari għall-kontribut potenzjali tal-atti delegati għall-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-klima, l-ambjent u l-enerġija u l-potenzjal tagħhom għat-titjib tal-aspetti tal-prodotti magħżula mingħajr ma tasal għal kostijiet sproporzjonati għall-operaturi pubbliċi u ekonomiċi. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġu kkonsultati wkoll permezz tal-Forum dwar l-Ekodisinn li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Minħabba l-komplementarjetajiet bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2017/1369 għall-prodotti relatati mal-enerġija, l-iskedi ta’ żmien għall-pjan ta’ ħidma fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u għall-pjan ta’ ħidma previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1369 jenħtieġ li jiġu allinjati.Meta tiddefinixxi l-prijorità tal-prodotti intermedji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-konsegwenzi għall-prodotti finali li jkunu magħmula minn tali prodotti intermedji. Meta titqies l-importanza tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-enerġija, il-pjani ta’ ħidma jenħtieġ li jinkludu sehem adegwat ta’ azzjonijiet relatati ma’ prodotti relatati mal-enerġija. Il-vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/858 diġà huma soġġetti għal dispożizzjonijiet komprensivi, inklużi rekwiżiti ambjentali speċifiċi, u għalhekk jenħtieġ li ma jingħatawx prijorità għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn. Għall-ewwel pjan ta’ ħidma, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ħadid, lill-azzar, lill-aluminju, lit-tessuti, b’mod partikolari l-ilbies, xedd is-saqajn, l-għamara, inklużi s-saqqijiet, it-tajers, id-deterġenti, iż-żebgħa, il-lubrikanti, is-sustanzi kimiċi, il-prodotti relatati mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u prodotti elettroniċi oħrajn, u prodotti relatati mal-enerġija li għalihom ir-rekwiżiti tal-ekodisinn iridu jiġu stabbiliti għall-ewwel darba jew li għalihom il-miżuri eżistenti adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jridu jiġu rieżaminati skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa f’każ li tiddeċiedi li timmodifika dik il-lista. |
|
(50) |
L-industrija tas-siment, peress li hija wieħed mill-aktar setturi b’intensità għolja ta’ enerġija, materjali u karbonju, bħalissa hija responsabbli għal madwar 7 % tal-emissjonijiet globali u 4 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Unjoni, u dan jagħmilha settur fundamentali għall-allinjament malajr kemm jista’ jkun mal-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima u l-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-klima. Filwaqt li l-prodotti għall-bini, inkluż is-siment, iridu jkunu koperti skont Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (ir-“Regolament dwar il-prodotti għall-bini”), dawn jibqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ rekwiżiti tal-prodotti meħtieġa b’mod urġenti biex jintlaħqu l-objettivi tagħna b’rabta mal-klima u mal-ambjent, fl-assenza ta’ rekwiżiti adegwati ta’ prestazzjoni u ta’ informazzjoni għal dawn il-prodotti skont ir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti li jistabbilixxu rekwiżiti tal-ekodisinn għas-siment mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2028 u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030. |
|
(51) |
Fl-indirizzar tal-prodotti għall-bini, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prodotti finali biss meta l-obbligi maħluqa mir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini u l-implimentazzjoni tiegħu x’aktarx li ma jilħqux biżżejjed l-objettivi ta’ sostenibbiltà ambjentali li dan ir-Regolament qed ifittex li jilħaq. Barra minn hekk, meta tfassal il-pjanijiet ta’ ħidma, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis li, b’kontinwazzjoni tal-prattika attwali, ir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini, tagħti prevalenza lir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Dan jenħtieġ li jkun il-każ pereżempju għall-apparati tat-tisħin, għall-bojlers, għall-pompi tas-sħana, għall-apparati tat-tisħin tal-ilma u tal-post, għall-fannijiet, għas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni u għall-prodotti fotovoltajċi, esklużi pannelli fotovoltajċi integrati fil-bini. Ir-Regolament dwar il-prodotti għall-binijista’ japplika għal dawk il-prodotti b’mod komplementari meta meħtieġ, prinċipalment fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza, filwaqt li jqis ukoll liġijiet oħra tal-Unjoni dwar prodotti bħal apparati tal-gass, makkinarju u tagħmir b’vultaġġ baxx. |
|
(52) |
Sabiex tiġi żgurata li ssir konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati kollha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Forum dwar l-Ekodisinn, magħmul minn esperti ddeżinjati mill-Istati Membri u minn partijiet interessati oħra, bħar-rappreżentanti tal-industrija, fosthom l-SMEs, is-settur tas-snajja’, l-impriżi soċjali, it-trade unions, il-kummerċjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-organizzazzjoniji ambjentali u tal-konsumatur, l-atturi involuti fl-attivitajiet tal-ekonomika ċirkolari, l-organizzazzjonijiet Ewropej fil-qasam tal-istandardizzazzjoni kif ukoll ir-riċerkaturi. Fi ħdan il-Forum dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri, li jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tħejjija ta’ rekwiżiti ġodda tal-ekodisinn, għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni, għall-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar miżuri li jsaħħu l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħall-edukazzjoni u l-kampanji ta’ informazzjoni jew l-għoti ta’ appoġġ lill-SMEs, kif ukoll għall-istabbiliment tal-prijoritajiet. |
|
(53) |
Sabiex titħeġġeġ l-awtoregolamentazzjoni bħala alternattiva valida għall-approċċi regolatorji, dan ir-Regolament jenħtieġ li, b’żieda fuq id-Direttiva 2009/125/KE, jinkludi l-possibbiltà għall-industrija li tippreżenta miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni għall-prodotti li ma jkunux inklużi fil-pjan ta’ ħidma. Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jenħtieġ li jiġu allinjati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni proposti mill-industrija, flimkien mal-informazzjoni u l-evidenza ppreżentati mill-firmatarji, fid-dawl, fost oħrajn, tal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza mal-liġi tal-Unjoni. Ikun xieraq ukoll, pereżempju fid-dawl tal-iżviluppi rilevanti tas-suq jew dawk teknoloġiċi fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kkonċernat, li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob verżjoni riveduta tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni kull meta jitqies meħtieġ. Ladarba miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tiġi elenkata f’att ta’ implimentazzjoni li jkun fih lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, ikun hemm aspettattiva leġittima għall-operaturi ekonomiċi li l-Kummissjoni l-ewwel se tqis il-kontenut ta’ tali miżura qabel ma tipproponi att delegat li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dan il-grupp ta’ prodotti speċifiku. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tadotta rekwiżiti tal-ekodisinn li japplikaw ukoll għall-prodotti kollha jew għal uħud minnhom koperti minn miżura ta’ awtoregolamentazzjoni rikonoxxuta għall-aspetti tal-prodotti mhux indirizzati minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. Meta l-Kummissjoni tqis li miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li tneħħiha minn dak l-att ta’ implimentazzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-gruppi ta’ prodotti li qabel ġew indirizzati minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. |
|
(54) |
L-SMEs jistgħu jibbenefikaw ħafna minn żieda fid-domanda għal prodotti sostenibbli iżda jistgħu wkoll jiffaċċjaw kostijiet u diffikultajiet minħabba wħud mir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn, tqis l-impatt tagħhom fuq l-SMEs, b’mod partikolari fuq il-mikrointrapriżi, attivi fis-settur tal-prodotti rilevanti. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li, fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom, jipprovdu informazzjoni adegwata inkluża gwida, joffru taħriġ immirat u speċjalizzat, u jipprovdu assistenza u appoġġ speċifiċi, inkluż appoġġ finanzjarju, lill-SMEs attivi fil-manifattura ta’ prodotti li għalihom huma stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawk l-azzjonijiet huma partikolarment importanti għall-gruppi ta’ prodotti li fihom il-preżenza tal-SMEs hija rilevanti. Jenħtieħ li l-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tappoġġa l-kalkolu tal-impronta ambjentali tal-prodott billi toffri l-għodod diġitali, pereżempju għodod għall-kalkolu tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-passaport diġitali tal-prodotti. Huwa importanti li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-rappreżentanti tal-SMEs, b’mod partikolari dawk tal-mikrointrapriżi, biex tippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Forum dwar l-Ekodisinn u li tipprovdi lill-SMEs informazzjoni li tkun aċċessibbli faċilment dwar l-appoġġ u l-programmi finanzjarji disponibbli. Jenħtieġ li l-azzjonijiet mill-Istati Membri jittieħdu f’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. Meta jiżviluppaw u jimplimentaw dawk l-azzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jafdaw fuq l-appoġġ mogħti mill-programmi u l-inizjattivi tal-Unjoni għall-SMEs. |
|
(55) |
Il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, bħat-tessuti u xedd is-saqajn, mill-operaturi ekonomiċi qed issir problema ambjentali mifruxa madwar l-Unjoni, b’mod partikolari minħabba t-tkabbir rapidu tal-bejgħ online. Dan jammonta għal telf ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ valur peress li l-merkanzija tkun qed tiġi prodotta, trasportata u wara tinqered mingħajr ma qatt tintuża għall-iskop intenzjonat tagħha. Għalhekk, fl-interess tal-protezzjoni ambjentali, dan ir-Regolament jeħtieġ li jistabbilixxi qafas biex tiġi evitata l-qerda ta’ prodotti mhux mibjugħa li jkunu maħsuba primarjament għall-konsumaturi, inklużi l-prodotti li ma jkunux ġew offruti għall-bejgħ jew prodotti rritornati mill-konsumaturi abbażi tad-dritt ta’ reċess tagħhom kif stabbilit mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) jew matul kwalunkwe perjodu ta’ reċess itwal mogħti mill-kummerċjant. Il-kunċett ta’ qerda kif deskritt f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri l-aħħar tliet attivitajiet fil-ġerarkija tal-iskart, jiġifieri riċiklaġġ, irkupru u rimi oħra. Il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, inklużi r-rinnovazzjoni u l-manifattura mill-ġdid, jenħtieġ li ma jitqisux bħala qerda. Il-prevenzjoni tal-qerda tal-prodotti se tnaqqas l-impatt ambjentali tagħhom billi tnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u billi tiġi diżinċentivata l-produzzjoni żejda. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu l-ħtieġa li jinqerdu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa. Barra minn hekk, minħabba li diversi Stati Membri introduċew leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa u b’hekk ħolqu distorsjonijiet fis-suq, huma meħtieġa regoli armonizzati dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa biex jiġi żgurat li d-distributuri, il-bejjiegħa bl-imnut u operaturi ekonomiċi oħra jkunu soġġetti għall-istess regoli u inċentivi fl-Istati Membri kollha. |
|
(56) |
Biex tiġi diżinċentivata l-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa u biex tinħoloq aktar data dwar it-tħaddim ta’ din il-prattika, dan ir-Regolament jenħtieġ li jintroduċi obbligu ta’ trasparenza għall-operaturi ekonomiċi, bl-eċċezzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li jimponilhom jiddivulgaw l-informazzjoni dwar l-għadd u l-piż tal-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jintremew fis-sena tal-anqas f’paġna faċilment aċċessibbli fis-sit web tagħhom. Meta applikabbli, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jinkludu dik l-informazzjoni fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42). L-obbligu jenħtieġ li jibda japplika għall-intrapriżi ta’ daqs medju sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-operatur ekonomiku jenħtieġ li jindika t-tip jew il-kategorija ta’ prodott, ir-raġunijiet għar-rimi tal-prodotti u għall-konsenja tagħhom għal operazzjonijiet sussegwenti ta’ trattament tal-iskart kif ukoll il-miżuri meħuda u l-miżuri ppjanati biex tiġi evitata l-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa. |
|
(57) |
Il-volumi għolja bla bżonn tal-produzzjoni u ż-żmien qasir li matulu jintużaw it-tessuti, li l-akbar sehem tal-konsum tagħhom fl-Unjoni huwa l-ilbies, jikkawżaw impatt ambjentali sinifikanti kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar “Strateġija tal-UE għal Tessuti Sostenibbli u Ċirkolari”. Tessuti prodotti ġodda iżda li ma jinbigħux u speċjalment l-ilbies huma fost l-oġġetti li qed jiġi rrapportat li qed jinqerdu. Jenħtieġ li l-ilbies jiġi apprezzat aktar, u jintlibes u jiġi ndukrat għal żmien itwal minn kif huwa l-każ fil-kultura tal-moda mgħaġġla tal-lum. Minn perspettiva tal-ekonomija ċirkolari, tali ħela ta’ riżorsi ta’ valur tikkontradixxi b’mod ċar l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk huwa ġustifikat li tiġi pprojbita l-qerda ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ kif ukoll xedd is-saqajn tal-konsumatur mhux mibjugħa. |
|
(58) |
Sabiex jitqies l-impatt ambjentali tal-qerda ta’ tipi oħra ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex temenda dan ir-Regolament billi żżid prodotti ġodda fil-lista ta' prodotti tal-konsumatur li l-qerda tagħhom mill-operaturi ekonomiċi hija pprojbita. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti li jistgħu potenzjalment jinqerdu mingħajr ma qatt jinbiegħu jew jintużaw, jeħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta sa liema punt fil-prattika sseħħ tali qerda ta’ prodotti, filwaqt li titqies l-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi meta xieraq. Biex ikun żgurat li dan l-obbligu jkun proporzjonat, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi derogi speċifiċi li skonthom il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa xorta tista’ tkun permessa, pereżempju fid-dawl ta’ tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza. Biex tiġi mmonitorjata l-effettività ta’ tali projbizzjoni u tiġi diżinċentivata ċ-ċirkomvenzjoni, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jiddivulgaw l-għadd u l-piż ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jintremew, ir-raġunijiet għar-rimi ta’ dawk il-prodotti u d-derogi applikabbli. Fl-aħħar nett, biex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, jenħtieġ li dawn jiġu eżentati mill-projbizzjoni li jeqirdu prodotti speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dik il-projbizzjoni jenħtieġ li tibda tapplika għal intrapriżi ta’ daqs medju sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, meta jkun hemm evidenza raġonevoli li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jistgħu jintużaw biex tiġi evitata din il-projbizzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrikjedi fl-atti delegati, li l-projbizzjoni li jinqerdu l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa jew l-obbligu ta’ divulgazzjoni japplikaw għal dawk l-intrapriżi għal prodotti speċifiċi. |
|
(59) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jintroduċu jew iżommu miżuri nazzjonali fir-rigward tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa għal prodotti li mhumiex soġġetti għall-projbizzjoni fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, dment li tali miżuri jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. |
|
(60) |
Abbażi tal-informazzjoni divulgata mill-operaturi ekonomiċi u ta’ evidenza oħra disponibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, fuq is-sit web tagħha, informazzjoni konsolidata dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa u jenħtieġ li tidentifika fil-pjan ta’ ħidma l-prodotti li għalihom jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-projbizzjoni tal-qerda. It-tagħmir elettriku u elettroniku jenħtieġ li jiġi kkunsidrat għall-inklużjoni fl-ewwel pjan ta’ ħidma. |
|
(61) |
L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, b’rabta mar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat il-moviment liberu ta’ dawk il-prodotti fis-suq intern u biex tittejjeb is-sostenibbiltà tagħhom. L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli biss fis-suq prodotti li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati skontu. |
|
(62) |
Minħabba li l-manifatturi jkollhom għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, jenħtieġ li dawn ikunu responsabbli biex iwettaq il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli jew li titwettaq f’isimhom. |
|
(63) |
Sabiex jitħares il-funzjonament tas-suq intern, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati skontu, kemm jekk jiġu importati bħala prodotti, kif ukoll bħala komponenti jew prodotti intermedji. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-manifatturi jkunu wettqu proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dawk il-prodotti. Għalhekk jenħtieġ li l-importaturi jkunu meħtieġa jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti u li l-markatura CE u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jenħtieġ li l-importaturi jiġu rikjesti biex, meta applikabbli, jiġi żgurat li passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli għal dawk il-prodotti. |
|
(64) |
Meta jqiegħed prodott fis-suq, l-importaturi jenħtieġ li fuq il-prodott jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata kif ukoll l-indirizz postali li fih u mezz elettroniku ta’ komunikazzjoni li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati. Jenħtieġ li jiġu previsti derogi f’każijiet meta d-daqs tal-prodott ma jippermettix dawn l-indikazzjonijiet jew meta l-importaturi jkollhom jiftħu l-imballaġġ biex ipoġġu l-isem u l-indirizz fuq il-prodott jew meta l-prodott ikun żgħir wisq fid-daqs biex fuqu titwaħħal din l-informazzjoni. |
|
(65) |
Peress li d-distributuri jagħmlu prodotti disponibbli fis-suq wara li dawk il-prodotti jkunu tqiegħdu hemmhekk mill-manifattur jew mill-importatur, jenħtieġ li jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti applikabbli tal-ekodisinn. Id-distributuri jenħtieġ li jiżguraw wkoll li l-immaniġġar tagħhom tal-prodotti ma jaffettwax ħażin il-konformità ta’ dawn il-prodotti ma’ dan ir-Regolament jew mal-atti delegati adottati skontu. |
|
(66) |
Billi d-distributuri u l-importaturi huma qrib tas-suq u jaqdu rwol importanti biex jiżguraw il-konformità tal-prodott, jenħtieġ li dawn ikunu involuti fil-kompiti tas-sorveljanza tas-suq li jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u jenħtieġ li dawn jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja lil dawk l-awtoritajiet dwar il-prodott ikkonċernat. |
|
(67) |
Peress li n-negozjanti joffru prodotti għall-bejgħ, kiri jew lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, jew juru prodotti lill-klijenti jew lill-installaturi, in-negozjanti jeħtieġ li jiżguraw li l-klijenti tagħhom, inklużi l-klijenti potenzjali, ikunu jistgħu jaċċessaw b’mod effettiv l-informazzjoni meħtieġa fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrikjedi li n-negozjanti jiżguraw li l-passaport diġitali tal-prodotti jkun aċċessibbli għall-klijenti tagħhom, inklużi l-klijenti potenzjali, u li t-tikketti jintwerew b’mod ċar, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli. In-negozjanti jenħtieġ li jikkonformaw ma’ dak l-obbligu kull darba li prodott jiġi offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew għal lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri. |
|
(68) |
Biex tiġi ffaċilitata l-għażla ta’ prodotti aktar sostenibbli, it-tikketti, meta meħtieġ, jenħtieġ li jintwerew b’mod viżibbli u identifikabbli b’mod ċar. Jenħtieġ li jkunu identifikabbli bħala t-tikketti li jappartjenu għall-prodott inkwistjoni, mingħajr ma l-klijenti, inkluż l-klijenti potenzjali, jkollhom jaqraw l-isem tad-ditta u n-numru tal-mudell fuq it-tikketti. It-tikketti jenħtieġ li jattiraw l-attenzjoni tal-klijenti li jkun qed ifittex qalb il-prodotti murija. Biex jiġi żgurat li t-tikketti ikunu aċċessibbli għall-klijenti meta jkunu qed jikkunsidraw li jixtru prodott, kemm in-negozjant kif ukoll l-operatur ekonomiku responsabbli jenħtieġ li juruhom kull meta jirreklamaw il-prodott, anke f’każijiet ta’ bejgħ mill-bogħod, inkluż online. |
|
(69) |
L-importaturi jew id-distributuri li jew iqiegħdu fis-suq prodott kopert minn att delegat adottat skont dan ir-Regolament bl-isem jew bit-trademark tagħhom stess, inkella jimmodifikaw tali prodott qabel ma jitqiegħed fis-servizz b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità ma’ dan ir-Regolament jew mal-att delegat rilevanti, jenħtieġ li jitqies bħala l-manifattur u jenħtieġ li jassumi l-obbligi tal-manifattur. |
|
(70) |
Il-fornituri tas-swieq online jaqdu rwol kruċjali fil-katina tal-provvista, u b’hekk jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu għadd kbir ta’ klijenti. Minħabba r-rwol importanti tagħhom bħala intermedjarji bejn l-operaturi ekonomiċi u l-klijenti fil-bejgħ tal-prodotti, il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jassumu r-responsabbiltà li jindirizzaw il-bejgħ ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-ekodisinn u jenħtieġ li jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43) tipprovdi l-qafas ġenerali għall-kummerċ elettroniku u tistabbilixxi ċerti obbligi għall-pjattaformi online. Ir-Regolament (UE) 2065/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44) jirregola r-responsabbiltà u l-obbligu ta’ rendikont tal-fornituri ta’ servizzi intermedjarji online fir-rigward ta’ kontenut illegali, inklużi prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-ekodisinn. Filwaqt li titkompla l-ħidma abbażi ta’ dak il-qafas ġenerali, jenħtieġ li jiddaħħlu rekwiżiti speċifiċi biex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-bejgħ online ta’ prodotti mhux konformi. |
|
(71) |
Huwa essenzjali li l-fornituri tas-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. L-obbligu ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huwa impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45) fir-rigward ta’ prodotti koperti minn dak ir-Regolament, inklużi prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, jenħtieġ li japplikaw, l-obbligi ġenerali kif stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2065, b’mod partikolari l-obbligu relatat mal-konformità fil-livell tad-disinn għall-fornituri tas-swieq online fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2022/2065. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065, jenħtieġ li l-fornituri tas-swieq online jużaw, fost l-oħrajn, l-informazzjoni għad-dispożizzjoni fl-interfaċċja pubblika tal-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2019/1020. Il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jindirizzaw kontenut illegali relatat ma’ prodotti mhux konformi. Azzjonijiet fil-qafas ta’ dik il-kooperazzjoni jenħtieġ li jinkludu l-istabbiliment ta’ skambju regolari u strutturat ta’ informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda mill-fornituri tas-swieq online, inkluża t-tneħħija ta’ offerti tal-prodott. Il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jagħtu wkoll aċċess għall-interfaċċji tagħhom biex jgħinu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza jidentifikaw prodotti mhux konformi mibjugħa online. Barra minn hekk, huwa possibbli li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom bżonn ukoll li jiġbru xi data mis-swieq online. |
|
(72) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020 jagħti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq is-setgħa, meta ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi eliminat riskju serju, li jirrikjedu t-tneħħija tal-kontenut li jirreferi għall-prodotti mhux konformi minn interfaċċja online. Is-setgħat fdati lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mill-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, għas-sorveljanza effettiva tas-suq fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u biex ikun evitat li l-prodotti mhux konformi jkunu preżenti fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk is-setgħat japplikaw fil-każijiet kollha meħtieġa u proporzjonati, inkluż għall-prodotti li joħolqu riskju mhux daqstant serju. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/2065. |
|
(73) |
L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta’ prodott tul il-katina kollha tal-provvista jiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq jew li jkunu għamlu disponibbli fis-suq prodotti mhux konformi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jżommu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom għal ċertu perjodu ta’ żmien. |
|
(74) |
Biex titħaffef u tiġi ffaċilitata l-verifika tal-konformità tal-prodotti mqiegħda fis-suq, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi, meta meħtieġ, jagħmlu partijiet speċifiċi tad-dokumentazzjoni teknika disponibbli b’mod diġitali kemm għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll għall-Kummissjoni. Dan ikun jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jaċċessaw tali informazzjoni mingħajr talba, filwaqt li jkompli jiggarantixxi l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Mezzi possibbli biex tali informazzjoni ssir disponibbli b’mod diġitali jenħtieġ li bħala regola jinkludu passaport diġitali tal-prodotti, jew permezz tal-inklużjoni fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti msemmija fir-Regolament (UE) 2017/1369, jew fuq sit web tal-operatur ekonomiku. Tali obbligu jenħtieġ li ma jneħħix mid-dritt tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaċċessaw partijiet oħra tad-dokumentazzjoni teknika fuq talba. |
|
(75) |
Sabiex tkun tista’ ssir stima aħjar tal-penetrazzjoni fis-suq tal-prodotti rilevanti, biex l-istudji li jikkontribwixxu għall-abbozzar jew għall-aġġornament tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tal-pjanijiet ta’ ħidma jkunu aktar infurmati, u biex tiġi megħjuna l-identifikazzjoni tas-sehem mis-suq ta’ gruppi ta’ prodotti speċifiċi sabiex jitħaffu l-formulazzjoni jew ir-rieżami tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tirrikjedi l-ġbir ta’ data adegwata u affidabbli dwar il-bejgħ tal-prodotti, billi tippermetti l-ġbir ta’ tali data mill-Kummissjoni jew f’isimha direttament mingħand il-manifatturi jew il-bejjiegħa bl-imnut. Meta tadotta regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-ħtieġa li tiġi massimizzata d-data disponibbli dwar il-penetrazzjoni tas-suq u l-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi speċjalment għall-SMEs. |
|
(76) |
Sabiex ittejjeb ir-rekwiżiti futuri tal-ekodisinn u ttejjeb il-fiduċja tal-utenti finali fir-rigward tal-identifikazzjoni u tal-korrezzjoni ta’ devjazzjonijiet bejn il-parametri tal-enerġija fl-użu u parametri oħra tal-prestazzjoni meta mkejla taħt kundizzjonijiet ta’ ttestjar u l-funzjonament reali, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha aċċess għal data data ta’ natura mhux personali dwar il-konsum reali tal-enerġija tal-prodotti waqt l-użu u meta rilevanti għal parametri oħra tal-prestazzjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tirrikjedi li prodotti individwali, b’mod simili għall-vetturi tat-triq, jirreġistraw il-konsum tal-enerġija waqt l-użu tagħhom u l-parametri ta’ prestazzjoni rilevanti oħra u juru d-data relatata lill-utent finali. Għall-prodotti konnessi mal-internet, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi jiġbru b’mod remot data ta’ natura mhux personali waqt l-użu u jirrapportaw tali data lill-Kummissjoni, peress li huwa essenzjali li tiġi identifikata l-prestazzjoni tal-prodotti u li l-pubbliku jiġi infurmat. Għal prodotti li l-prestazzjoni tagħhom fl-użu tiddependi b’mod sinifikanti wkoll minn kundizzjonijiet klimatiċi jew ġeografiċi, jenħtieġ li tinġabar, tiġi rrapportata informazzjoni klimatika jew ġeografika ġenerali wkoll, b’tali mod li ma jippermettix id-determinazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika speċifika tal-individwi u tal-apparati. L-utenti finali jenħtieġ li jagħtu espressament il-kunsens tagħhom għall-ġbir ta’ informazzjoni li jqisu xierqa li jikkondividu. Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-imġiba tal-apparati li jseħħ f’kuntest li fih individwu jista’ raġonevolment jistenna li ma tkun qed issir l-ebda osservazzjoni jew reġistrazzjoni, jew ġbir ta’ informazzjoni li jista’ jipprovdi jew li jista’ jippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi jew l-inferenza tal-imġiba tagħhom jenħtieġ li ma jkunx permess. |
|
(77) |
Sabiex tgħin biex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inkluż biex jiġu ffaċilitati l-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tirrikjedi, meta jkun debitament ġustifikat, li l-atturi fil-katina tal-provvista jagħtu, mingħajr ħlas, informazzjoni dwar dak li jipprovdu, bħall-kwantità u t-tip jew il-kompożizzjoni kimika tal-materjali użati jew il-proċess ta’ produzzjoni użat, jew informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-forniment tas-servizzi tagħhom. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-manifatturi jitħallew ikollhom aċċess għad-dokumenti li jkun fihom tali informazzjoni jew għall-faċilitajiet proprji tal-atturi fil-katina tal-provvista sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw direttament l-informazzjoni meħtieġa jekk l-atturi fil-katina tal-provvista ma jagħtux l-informazzjoni mitluba fi żmien raġonevoli. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tippermetti lill-korpi nnotifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni relatata mal-attivitajiet tal-atturi fil-katina tal-provvista. |
|
(78) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u armonizzata tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar aspetti bħall-użu tal-enerġija jew l-effiċjenza enerġetika, id-durabbiltà u l-affidabbiltà, u l-kontenut riċiklat, il-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li titkejjel bl-użu ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali. L-atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti jenħtieġ li bħala regola jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet għat-testijiet, il-kejl jew il-kalkoli meħtieġa biex tiġi stabbilita jew ivverifikata l-konformità. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tirrikjedi l-użu ta’ għodod diġitali li jirriflettu r-rekwiżiti ta’ kalkolu applikabbli, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tagħhom. |
|
(79) |
Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-ekodisinn jiksbu l-effetti maħsuba tagħhom, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komprensivi u ġenerali li huma applikabbli għall-prodotti kollha koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn u jipprojbixxi ċ-ċirkomvenzjoni ta’ tali rekwiżiti. Għalhekk, kwalunkwe prattika li twassal għal bidla mhux ġustifikata fil-prestazzjoni tal-prodott matul l-ittestjar tal-konformità jew fi żmien perjodu qasir wara li l-prodott jitqiegħed fis-servizz, li twassal għal prestazzjoni ddikjarata li tirrappreżenta ħażin il-prestazzjoni reali tal-prodott waqt l-użu jenħtieġ li tiġi pprojbita. |
|
(80) |
Fejn xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli li l-atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn jirreferu għall-użu ta’ standards biex tiġi stabbilita jew ivverifikata l-konformità. Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fis-suq intern, jenħtieġ li tali standards jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Ladarba tkun ġiet adottata referenza għal tali standards f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-prodotti f’konformità ma’ tali standards jenħtieġ li jitqiesu f’konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati skont dan ir-Regolament sal-punt li jkunu koperti mill-istandards armonizzati rilevanti. Bl-istess mod, il-metodi għat-testijiet, il-kejl jew il-kalkolu li jkunu f’konformità mal-istandards armonizzati jenħtieġ li jitqiesu f’konformità mar-rekwiżitigħal metodi ta’ testjar, kejl u kalkolu stabbiliti fl-atti delegati rilevanti li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn, sa fejn ikunu koperti mill-istandards armonizzati rilevanti. |
|
(81) |
Il-qafas ta’ standardizzazzjoni attwali tal-Unjoni, li huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ Approċċ Ġdid stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u l-istandards (47) u fuq ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, jirrappreżenta l-qafas awtomatiku biex jiġu mfassla standards li jipprevedu għal preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Fin-nuqqas ta’ referenzi rilevanti għall-istandards armonizzati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni, bħala soluzzjoni ta’ riżerva eċċezzjonali biex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn mill-manifattur, pereżempju meta l-proċess ta’ standardizzazzjoni jiġi mblukkat minħabba nuqqas ta’ kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew meta jkun hemm dewmien fl-istabbiliment ta’ standard armonizzat u l-iskadenza preskritta ma tkunx tista’ tiġi rispettata. Tali dewmien jista’ pereżempju jseħħ meta ma tintlaħaqx il-kwalità meħtieġa. Barra minn hekk, ir-rikors għal din is-soluzzjoni jenħtieġ li jkun possibbli meta l-Kummissjoni tkun irrestrinġiet jew irtirat ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li tagħti lok ukoll għall-preżunzjoni tal-konformità. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-proċess tal-istabbiliment ta’ speċifikazzjonijiet komuni li jkopru r-rekwiżiti tal-ekodisinn ta’ dan ir-Regolament. |
|
(82) |
Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivverifikaw, li l-prodotti mqiegħda fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li huma xierqa u proporzjonati għan-natura tal-prodott ikkonċernat u tal-parametri tal-prodott regolati. Biex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni, il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jintgħażlu minn fost dawk tal-modulu ta’ kontroll intern tal-produzzjoni inkluż f’dan ir-Regolament u tal-moduli inklużi fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), li jvarjaw mill-anqas stretti għall-aktar stretti. Biex jiġi żgurat aktar li l-modulu applikabbli jkun xieraq u proporzjonat għan-natura tal-prodott ikkonċernat u għall-parametri tal-prodott regolati, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn meħtieġ, tadatta l-modulu magħżul b’mod xieraq. |
|
(83) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jfasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni dwar il-konformità tal-prodotti ma’ dan ir-Regolament. Il-manifatturi jistgħu jkunu meħtieġa wkoll, minn liġijiet oħra tal-Unjoni, ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE. Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għal finijiet ta’ sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE fir-rigward tal-liġijiet kollha tal-Unjoni. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet individwali rilevanti ta’ konformità tal-UE. |
|
(84) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49) jistabbilixxi regoli dwar l-akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformitàu jistabbilixxi prinċipji ġenerali li jirregolaw il-markatura CE u r-relazzjoni tagħha ma’ markaturi oħra. Jenħtieġ li dak ir-Regolament ikun applikabbli għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi bħas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza u l-ambjent. Meta jkunu ġew adottati rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodott, il-markatura CE jenħtieġ li tindika l-konformità ta’ dak il-prodott ma’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati skont dan, sa fejn dawn ikunu relatati mal-prodott. Meta jitqies li dan ir-Regolament jipprevedi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal firxa kbira ta’ prodotti, jenħtieġ li l-atti delegati li jistabbilixxu dawk ir-rekwiżiti jistabbilixxu regoli dwar il-markatura tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-rekwiżiti fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-prodotti koperti, tipprevjeni l-konfużjoni ma’ markaturi oħra u timminimizza l-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi. |
|
(85) |
Uħud mill-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawk il-korpi jiġu notifikati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. |
|
(86) |
Sabiex jiġi żgurat livell konsistenti ta’ kwalità fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtorità tan-notifika tkun oġġettiva u imparzjali fir-rigward tal-attività tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tan-notifika jkunu meħtieġa jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiksbu, iżda jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-korpi nnotifikati mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-awtoritajiet tan-notifika ta’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-valutazzjoni tal-konformità. Biex jiġu stabbiliti u mmonitorjati b’mod effettiv il-kompetenza u l-indipendenza tal-korpi applikanti, l-awtoritajiet tan-notifika jenħtieġ li jivvalutaw biss il-korp ġuridiku speċifiku li japplika għan-notifika, mingħajr ma jqisu l-kredenzjali tal-kumpaniji prinċipali jew oħt. Għall-istess raġuni, l-awtoritajiet tan-notifika jenħtieġ li jivvalutaw lill-korpi applikanti b’relazzjoni mar-rekwiżiti u l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti kollha, abbażi ta’ standards armonizzati għar-rekwiżiti u kompiti koperti minn dawk l-istandards. |
|
(87) |
Minħabba r-rwol ċentrali tagħhom biex jiżguraw l-affidabbiltà tal-valutazzjonijiet tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, huwa essenzjali li l-awtoritajiet tan-notifika jkollhom biżżejjed persunal kompetenti u finanzjament għad-dispożizzjoni tagħhom biex iwettqu l-kompiti tagħhom kif xieraq. |
|
(88) |
Huwa essenzjali li l-korpi nnotifikati kollha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni u awtonomija ugwali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiksbu l-istatus ta’ korp innotifikat sabiex jipprovdu attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkomplu japplikaw biex jiġi żgurat li tinżamm il-kompetenza tal-korp innotifikat. Biex tkun żgurata l-awtonomija tiegħu, il-korp innotifikat u l-persunal li jimpjega jenħtieġ li jkunu mitluba jżommu l-indipendenza mill-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-valur tal-prodotti li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat u minn kumpaniji oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji prinċipali u oħt, sussidjarji u sottokuntratturi. |
|
(89) |
Jekk korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stabbiliti fi standards armonizzati, jenħtieġ li jiġi preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(90) |
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jissottokuntrattaw partijiet mill-attivitajiet tagħhom marbuta mal-valutazzjoni tal-konformità jew jirrikorru għal sussidjarja. Biex jiġi żgurat li l-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, is-sottokuntratturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jenħtieġ li jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi nnotifikati b’rabta mat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Biex jiġi żgurat li dak ikun il-każ, il-korpi nnotifikati rilevanti jenħtieġ li jistabbilixxu proċeduri għall-monitoraġġ kontinwu tal-kompetenza, tal-attivitajiet u tal-prestazzjoni tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarji tagħhom, permezz ta’ pereżempju matriċi tal-kwalifiki. |
|
(91) |
Sabiex l-awtoritajiet tan-notifika jistabbilixxu u jimmonitorjaw il-kompetenza u l-indipendenza tal-korpi applikanti, il-korpi nnotifikati jenħtieġ li jkunu u jibqgħu awtonomi. Għalhekk, ċerti attivitajiet u proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, kemm fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti kif ukoll ta’ attivitajiet oħra interni għall-korp innotifikat, jenħtieġ li jitwettqu esklużivament mill-korp innotifikat individwali stess. |
|
(92) |
Biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-istabbiliment u tal-monitoraġġ tal-kompetenza u tal-indipendenza tal-korpi applikanti, jenħtieġ li l-korpi applikanti jipprovdu deskrizzjoni ta’ kif il-persunal rilevanti u l-istatus u l-kompiti ta’ dak il-persunal jikkorrispondu għall-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità, li fir-rigward ta’ dawk il-korp biħsiebhom jiġu nnotifikati, bħal pereżempju fil-forma ta’ matriċi tal-kwalifiki, biex b’hekk jippermettu lill-awtorità tan-notifika tivvaluta b’mod aktar effettiv l-adegwatezza tal-persunal u l-awtonomija kontinwa tal-korpi nnotifikati. Il-korpi nnotifikati jenħtieġ li jiżguraw rotazzjoni fost il-persunal li jwettaq kompiti differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità. |
|
(93) |
Billi s-servizzi offruti mill-korpi nnotifikati fi Stat Membru jafu jkunu relatati ma’ prodotti mqiegħda fis-suq fl-Unjoni kollha, huwa xieraq li l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jqajmu oġġezzjonijiet rigward korp innotifikat. |
|
(94) |
Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, u jiġi żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod konsistenti u mingħajr ma joħolqu piż żejjed għall-operaturi ekonomiċi. |
|
(95) |
Qabel ma tittieħed deċiżjoni finali dwar jekk il-prodott jistax jingħata ċertifikat ta’ konformità, jenħtieġ li l-operatur ekonomiku li jkun jixtieq iqiegħed dak il-prodott fis-suq jitħalla jissupplimenta d-dokumentazzjoni rilevanti darba biss. Din il-limitazzjoni hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-korpi nnotifikati ma jkunux jistgħu jassistu lill-manifatturi biex jagħmlu bidliet sa ma tinkiseb il-konformità, għax dan ikun ifisser li s-servizz ipprovdut ikun simili għal servizz ta’ konsultazzjoni u fil-prattika jista’ jdgħajjef in-natura ta’ interess pubbliku tal-kompiti tal-korpi nnotifikati. Fejn xieraq, il-korpi nnotifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jirrestrinġu, jissospendu jew jirtiraw kwalunkwe ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni. |
|
(96) |
Biex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni u s-soluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tal-korpi nnotifikati, tal-manifatturi jew tal-prodotti, il-korpi nnotifikati jenħtieġ li jgħaddu b’mod proattiv l-informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom lill-awtoritajiet tan-notifika jew lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
|
(97) |
Huwa essenzjali li jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn il-korpi nnotifikati u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż minn Stati Membri oħra. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi nnotifikati jiżguraw is-segwitu għal talbiet għall-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
|
(98) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippermetti koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-korpi nnotifikati jenħtieġ li jiddiskutu suġġetti ta’ diverġenza possibbli u jikkoordinaw dwarhom. F’dak il-proċess, jenħtieġ li jqisu kwalunkwe gwida u rakkomandazzjoni rilevanti maħruġa mill-kumitati tekniċi kompetenti tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni. |
|
(99) |
Sabiex il-konsumaturi jiġu inċentivati jagħmlu għażliet sostenibbli, b’mod partikolari meta l-prodotti li jkunu aktar sostenibbli ma jkunux affordabbli biżżejjed, jistgħu jiġu previsti mekkaniżmi bħall-eco-vouchers u t-tassazzjoni ekoloġika. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn inċentivi biex jippremjaw il-prodotti bl-aħjar prestazzjoni, jenħtieġ li jagħmlu dan billi jimmiraw dawk l-inċentivi lejn l-aktar żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni ppopolati li ġew stabbiliti mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, mhux neċessarjament meħuda b’mod kumulattiv, f’każ li xi klassijiet tal-prestazzjoni jiġu stabbiliti b’rabta ma’ aktar minn parametru wieħed. Għall-prodotti relatati mal-enerġija koperti mir-Regolament (UE) 2017/1369 jew għat-tajers koperti minn rekwiżiti tat-tikkettar fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwils u parametri oħra fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50), il-kriterji stabbiliti fl-ambitu ta’ dawn iż-żewġ strumenti jenħtieġ li japplikaw minflok dawk skont dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodott abbażi tal-klassi ta’ prestazzjoni tiegħu. L-introduzzjoni ta’ inċentivi tal-Istati Membri jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(100) |
L-akkwist pubbliku jammonta għal 14 % tal-PDG tal-Unjoni. Biex jikkontribwixxu għall-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika, tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u l-effiċjenza fir-riżorsi u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, billi jiżguraw li jkun hemm biżżejjed domanda għal prodotti aktar ambjentalment sostenibbli, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jenħtieġ li, fejn xieraq, jallinjaw l-akkwist tagħhom ma’ rekwiżiti speċifiċi tal-akkwist pubbliku ekoloġiku. Meta mqabbla ma’ approċċ volontarju, rekwiżiti obbligatorji ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku se jiżguraw li jiġi massimizzat l-ingranaġġ tal-infiq pubbliku biex tingħata spinta lid-domanda għal prodotti bi prestazzjoni aħjar. Huwa importanti li l-Istati Membri jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet kontraenti nazzjonali biex itejbu l-ħiliet tal-persunal inkarigat mill-akkwist pubbliku ekoloġiku u jħarrġu lil tali persunal mill-ġdid. Dawk ir-rekwiżiti tal-akkwist pubbliku ekoloġiku jenħtieġ li jkunu rekwiżiti minimi, li jfisser li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali u aktar eżiġenti. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji. Il-proċedura tal-akkwist pubbliku jenħtieġ li titwettaq mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti f’konformità mad-Direttivi 2014/24/UE (51) u 2014/25/UE (52) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u mal-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli, kif ukoll mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, inkluż il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku u ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom. Dawk ir-rekwiżiti huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jiddependu fuq derogi jew eżenzjonijiet fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE. Ir-rekwiżiti stabbiliti għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi jenħtieġ li jiġu rispettati mhux biss meta dawk il-prodotti jinxtraw direttament f’kuntratti pubbliċi ta’ provvista iżda wkoll f’kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet jew ta’ servizzi pubbliċi, meta dawk il-prodotti jkunu se jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fir-rigward tal-aspetti tal-prodotti indirizzati fl-att delegat li jirregola l-prodotti inkwistjoni. Bħala parti minn dawk ir-rekwiżiti, il-Kummissjoni jaf tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji minimi li jirrikjedu li l-prodotti jikkonformaw mal-aħjar livelli ta’ prestazzjoni possibbli kif stabbilit fl-atti delegati rilevanti, inkluż meta disponibbli mal-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni jew ta’ punteġġi. B’riżultat ta’ dan, pereżempju, ikun obbligatorju għall-awtoritajiet kontraenti u għall-entitajiet kontraenti li jirrikjedu li l-prodotti tal-offerenti jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi tal-impronta tal-karbonju. F’konformità mal-qafas tal-akkwist pubbliku, jenħtieġ li dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji minimi jevitaw li jnaqqsu l-kompetizzjoni b’mod artifiċjali u jevitaw li jiffavorixxu operatur ekonomiku speċifiku.Il-Kummissjoni jaf tistabbilixxi wkoll kriterji minimi obbligatorji għall-aġġudikazzjoni inkluża l-assenjazzjoni ta’ ponderazzjoni speċifika, bejn 15 % u 30 %, għal dawk il-kriterji bl-iskop li jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-għażla tal-prodotti favur dawk li jkunu l-aktar ambjentalment sostenibbli. B’riżultat ta’ dan, pereżempju, ikun obbligatorju għall-awtoritajiet kontraenti u għall-entitajiet kontraenti li jagħtu lill-kontenut riċiklat tal-prodotti inkwistjoni ponderazzjoni minima bejn 20 % u 30 %. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, fil-proċedura speċifika tal-aġġudikazzjoni, ikollhom il-possibbiltà li jassenjaw ponderazzjoni ogħla minn 30 %, iżda mhux anqas minn 20 % għall-kontenut riċiklat. Jenħtieġ li tingħata preferenza lill-kriterji għall-aġġudikazzjoni fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meta jkun hemm inċertezzi dwar id-disponibbiltà jew il-kost tal-prodotti bl-ogħla prestazzjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jaf tistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet u miri ta’ prestazzjoni fil-kuntratt li jistipulaw, pereżempju, li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jenħtieġ li jaġġudikaw mill-anqas 50 % tal-akkwist annwali tagħhom ta’ ċerti prodotti lil dawk b’aktar minn 70 % ta’ materjal riċiklabbli. B’riżultat ta’ dan, l-Istati Membri xorta jistgħu jistabbilixxu miri ogħla għall-akkwist ta’ dawk il-prodotti. Meta tiżviluppa atti ta’ implimentazzjoni u b’mod partikolari meta tikkunsidra l-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-aħjar prodotti u soluzzjonijiet ambjentali possibbli disponibbli fis-suq, l-effetti tar-rekwiżiti fuq il-kompetizzjoni u l-fatt li awtoritajiet kontraenti differenti u l-entitajiet kontraenti fi Stati Membri differenti jaf ikollhom kapaċitajiet baġitarji differenti jew restrizzjonijiet oħra bħal fir-rigward tal-kundizzjonijiet klimatiċi jew infrastruttura tan-networks. |
|
(101) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jintroduċu jew iżommu miżuri nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku fir-rigward ta’ gruppi ta’ prodotti li għalihom għadhom ma ġewx stabbiliti rekwiżiti tal-akkwist pubbliku fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, jew milli jintroduċu rekwiżiti nazzjonali aktar stretti fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, dment li tali miżuri u rekwiżiti jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. |
|
(102) |
L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn huwa essenzjali biex tiġi żgurata kompetizzjoni ugwali fis-suq tal-Unjoni u jiġi żgurat li jinkisbu l-benefiċċji u l-kontribut mistennija minn dan ir-Regolament biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-klima, mal-enerġija u maċ-ċirkolarità. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020, li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, japplika għall-prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn skont dan ir-Regolament, sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv, natura jew effett f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, biex jitnaqqsu l-livelli problematiċi ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodotti koperti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE, biex jiġi evitat b’mod aktar effettiv in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti futuri tal-ekodisinn, u filwaqt li jitqiesu l-kamp ta’ applikazzjoni usa’ u ż-żieda fl-ambizzjoni ta’ dan ir-Regolament meta mqabbel mad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fih regoli addizzjonali speċifiċi li jikkomplementaw il-qafas maħluq mir-Regolament (UE) 2019/1020. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkunu mmirati lejn aktar tisħiħ tal-ippjanar, tal-koordinazzjoni u tal-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri u jenħtieġ li jipprovdu għodod addizzjonali għall-Kummissjoni biex tgħin tiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jieħdu azzjoni biżżejjed li tevita n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
|
(103) |
Minbarra l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, anke l-awtoritajiet doganali jaqdu rwol importanti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ oġġetti importati u jistgħu jistrieħu fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (53) għal dak l-iskop. |
|
(104) |
Biex jiġi żgurat li kontrolli xierqa jitwettqu fuq skala adegwata b’rabta mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, fl-istrateġija nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu sezzjoni ddedikata li telenka l-prodotti jew ir-rekwiżiti li jkunu identifikaw bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex jitnaqqas jew jintemm in-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti rilevanti jew mar-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn. |
|
(105) |
Il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu identifikati abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħal-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità osservati jew l-impatti ambjentali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità. L-attivitajiet ippjanati biex jiġu indirizzati dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li, min-naħa tagħhom, ikunu proporzjonati għall-fatti li jwasslu għall-prijoritizzazzjoni tagħhom. |
|
(106) |
Abbażi tad-data mdaħħla fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2019/1020, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport li jkun fih informazzjoni dwar in-natura u l-għadd ta’ kontrolli mwettqa, dwar il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati u dwar in-natura u s-severità tal-penali imposti fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn matul l-erba’ snin kalendarji preċedenti. Ir-rapport jenħtieġ li jkun fih paragun tal-attivitajiet tal-Istati Membri mal-attivitajiet ippjanati, mal-parametri referenzjarji indikattivi u ma’ lista ta’ prijoritajiet għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Meta tikkunsidra l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-riżultati ta’ dawk ir-rapporti li tkun fasslet skont dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni mdaħħla mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2019/1020, u jenħtieġ li tindirizza, kif xieraq, il-prodotti jew il-gruppi ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont dan ir-Regolament li fir-rigward tagħhom ikunu ġew identifikati kontinwament riskji speċifiċi jew ksur serju, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament. |
|
(107) |
Biex tissaħħaħ aktar il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, il-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-prodotti jew tar-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u l-attivitajiet ippjanati biex jitnaqqas jew jintemm in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, jiltaqa’ f’intervalli regolari u jidentifika prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq li jridu jitqiesu fl-istrateġiji nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, prijoritajiet għall-għoti ta’ appoġġ mill-Unjoni, u rekwiżiti adottati skont dan ir-Regolament li huma applikati jew interpretati b’mod differenti, u li għalhekk iwasslu għal distorsjoni tas-suq. |
|
(108) |
Biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li tittieħed azzjoni suffiċjenti li tevita n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni jenħtieġ li, fejn rilevanti, tuża l-miżuri ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) 2019/1020. Il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza u, fejn xieraq, tiffinanzja, proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni, investimenti konġunti fil-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u programmi ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi nnotifikati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal linji gwida dwar kif iridu jiġu applikati u infurzati r-rekwiżiti adottati skont dan ir-Regolament fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tagħhom. |
|
(109) |
Il-prodotti jenħtieġ li jitqiegħdu fis-suq biss jekk ma jippreżentawx riskju. Sabiex ikun hemm allinjament aħjar man-natura speċifika tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u biex jiġi żgurat li l-enfasi tal-isforzi tas-sorveljanza tas-suq tkun fuq in-nuqqas ta’ konformità ma’ tali rekwiżiti, prodott li jippreżenta riskju jenħtieġ li, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġi definit bħala prodott li, billi ma jikkonformax ma’ rekwiżit tal-ekodisinn jew minħabba li operatur ekonomiku responsabbli ma jikkonformax ma’ rekwiżit tal-ekodisinn, jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent jew interessi pubbliċi oħra protetti minn dak ir-rekwiżit. Dik id-definizzjoni aktar speċifika jenħtieġ li tintuża meta jiġu applikati l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2019/1020. |
|
(110) |
Jenħtieġ li tkun teżisti proċedura li fil-qafas tagħha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsuba li jittieħdu fir-rigward ta’ prodotti li jippreżentaw riskju. Jenħtieġ li din tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta’ tali prodotti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-klawżola ta’ salvagwardja attwalment inkluża fid-Direttiva 2009/125/KE tiġi aġġornata u allinjata mal-proċeduri ta’ salvagwardja inklużi f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. |
|
(111) |
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjoni korrettiva abbażi ta’ sejbiet li jew prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn jew li l-operatur ekonomiku jkun kiser ir-regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti jew regoli oħra indirizzati lilu. |
|
(112) |
Fl-adozzjoni ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (54). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(113) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir rigward ta’: (a) l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-ħruġ u għall-verifika tal-kredenzjali diġitali għall-aċċess għad-data maħżuna fil-passaport diġitali tal-prodotti mill-operaturi ekonomiċi u mill-atturi rilevanti l-oħra abbażi tad-drittijiet rispettivi tagħhom; (b) l-ispeċifikazzjoni tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-interkonnessjoni tar-reġistru u s-Sistema tal-Iskambju taċ-Ċertifikati tat-Tieqa Unika Doganali tal-UE inkluża l-komunikazzjoni tal-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni; (c) l-istabbiliment ta’ rekwiżiti komuni għall-preżentazzjoni tat-tikketti; (d) l-adozzjoni u l-aġġornament ta’ lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni stabbiliti bħala alternattivi validi għal att delegat adottat skont dan ir-Regolament; (e) it-tfassil tad-dettalji u tal-format għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li jkunu ġew skartati; (f) l-istabbiliment, l-emendar jew it-tħassir ta’ speċifikazzjonijiet komuni li jkopru r-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti jew għall-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu; (g) l-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għax-xiri ta’ prodotti koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, jew għal xogħlijiet jew servizzi fejn dawk il-prodotti jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti; u (h) id-deċiżjoni, skont il-proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni, dwar jekk miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55). |
|
(114) |
Biex tissaħħaħ il-fiduċja fil-prodotti mqiegħda fis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-pubbliku jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu prodotti mhux konformi fis-suq ikunu soġġetti għal penali. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jenħtieġ li tal-anqas jinkludu multi u esklużjoni limitata fiż-żmien mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri u għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-imħallfin li jimponu penali xierqa fil-każijiet individwali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji komuni mhux eżawrjenti għad-determinazzjoni tat-tipi u l-livelli ta’ penali li jridu jiġu imposti f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament biex tiġi ffaċilitata applikazzjoni aktar konsistenti tal-penali. Jenħtieġ li dawkn il-kriterji jinkludu, fost l-oħrajn, in-natura, il-gravità u t-tul tal-ksur, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika miżmuma responsabbli kif indikat pereżempju mill-fatturat totali jew l-introjtu annwali, u l-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur u ġenerati minnu, sa fejn dawk il-benefiċċji jkunu jistgħu jiġu ddeterminati. |
|
(115) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u l-funzjonament tas-suq intern. Fejn xieraq, jenħtieġ li r-rapport ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
|
(116) |
Huwa xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta l-benefiċċji potenzjali tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti anke fir-rigward tal-aspetti soċjali tal-prodotti. Bħala parti minn dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra sa liema punt dawk ir-rekwiżiti jistgħu jikkomplementaw il-liġi tal-Unjoni biex b’hekk tindirizza l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet soċjali li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji u mill-prodotti. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni fi żmien erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament dwar il-benefiċċji potenzjali tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti ta’ sostenibbiltà soċjali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti rapport dwar l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Fejn xieraq, jenħtieġ li r-rapport ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
|
(117) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar privat ta’ dan ir-Regolament, il-konsumaturi li jkunu sofrew dannu minħabba n-nuqqas ta’ konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jitolbu kumpens għal dik il-ħsara mill-manifattur tal-prodott, jew, jekk il-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, jew, jekk l-ebda wieħed minn dawk l-operaturi ekonomiċi ma jkun stabbilit fl-Unjoni, mill-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni. Jenħtieġ li tali dritt għal kumpens ikun mingħajr preġudizzju għal rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi skont il-liġi tal-Unjoni, bħar-rimedji kontra l-bejjiegħ f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti mibjugħa f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux prevenuti milli jżommu jew jintroduċu d-drittijiet għall-konsumaturi għal rimedji oħra f’konformità mal-liġi nazzjonali, bħat-tiswija jew is-sostituzzjoni ta’ prodotti li jiksru r-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
|
(118) |
Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu intitolati li jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-obbligi imposti fuq il-manifatturi u, meta applikabbli, l-importaturi, ir-rappreżentanti awtorizzati u l-fornituri ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni skont dan ir-Regolament permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57). Għal dak l-iskop, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi li d-Direttiva (UE) 2020/1828 tkun applikabbli għall-azzjonijiet rappreżentattivi li jikkonċernaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-manifatturi u, meta applikabbli, mill-importaturi, mir-rappreżentanti awtorizzati u mill-fornituri ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni li jikkwalifikaw bħala kummerċjanti skont l-Artikolu 3, il-punt (2), ta’ dik id-Direttiva li jagħmlu ħsara jew li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. L-Anness I ta’ dik id-Direttiva jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif xieraq. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiżguraw li dik l-emenda tkun riflessa fil-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom adottati f’konformità ma’ dik id-Direttiva, għalkemm l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali f’dak ir-rigward mhijiex kundizzjoni għall-applikabbiltà ta’ dik id-Direttiva għal dawk l-azzjonijiet rappreżentattivi. L-applikabbiltà ta’ dik id-Direttiva għall-azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra l-ksur mill-manifatturi u, meta applikabbli, mill-importaturi, mir-rappreżentanti awtorizzati u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jagħmlu ħsara jew li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi jenħtieġ li tibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(119) |
Huwa neċessarju li r-rekwiżiti tal-ekodisinn japplikaw għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ prodotti, u mhux biss għall-prodotti relatati mal-enerġija, u li d-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn titwessa’ biex tinkludi l-aspetti kollha taċ-ċirkolarità. Huwa neċessarju wkoll li dan ir-Regolament jiġi allinjat mal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, u li jittejbu d-dispożizzjonijiet relatati mas-sorveljanza tas-suq. Id-Direttiva 2009/125/KE jenħtieġ li għalhekk tiġi sostitwita. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi kollha mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u biex jiġi żgurat ambjent ekwu għan-negozji li joperaw fis-suq intern, id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-obbligi ta’ trasparenza relatati mar-rimi ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, ċirkomvenzjoni, u s-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li tkun ta’ applikazzjoni uniformi għall-operaturi kollha madwar l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2009/125/KE tiġi sostitwita minn Regolament. |
|
(120) |
Il-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024, stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2022, identifika l-prijoritajiet politiċi għall-ħidma fuq prodotti relatati mal-enerġija. Meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ, il-ħidma preparatorja li tivvaluta l-fattibbiltà tar-rekwiżiti tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE ser tkun fi stadju sostanzjalment avvanzata għall-pannelli fotovoltajċi, għall-ħiters tal-post u dawk ikkombinati, għall-ħiters tal-ilma, għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil solidu, għall-kundizzjonaturi tal-arja inklużi l-pompi tas-sħana arja-arja u l-fannijiet għall-użu personali, għall-bojlers tal-fjuwil solidu, għall-unitajiet tal-ventilazzjoni, għall-vacuum cleaners, għall-apparati tat-tisjir, għall-pompi tal-ilma, għall-fannijiet industrijali, għaċ-ċirkolaturi, għall-provvisti tal-elettriku esterni, għall-kompjuters, għas-servers u għall-prodotti tal-ħżin tad-data, għat-transformers tal-enerġija, għat-tagħmir professjonali għar-refriġerazzjoni u t-tagħmir għall-immaġnijiet. Bis-saħħa ta’ dik il-ħidma preparatorja ġew identifikati bosta oqsma fejn l-enerġija u l-materjal jistgħu jiġu ffrankati, u saru konsultazzjonijiet estensivi maċ-ċittadini u mal-partijiet ikkonċernati. Jekk il-ħidma preparatorja tinbeda mill-ġdid, dan ir-Regolament iddewwem b’mod konsiderevoli l-adozzjoni tar-rekwiżiti rigward l-iffrankar tal-enerġija u tal-materjal għal dawk il-prodotti. Sabiex jiġi żgurat li l-ħidma preparatorja ma tintilifx, huwa għalhekk meħtieġ li jiġu previsti regoli tranżizzjonali li jippermettu li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni dwar dawk il-prodotti skont id-Direttiva 2009/125/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2026. Barra minn hekk, u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li jiġu adottati emendi meħtieġa li jindirizzaw il-kwistjonijiet tekniċi jekk rilevanti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva dwar l-Ekodisinn, sal-31 ta’ Diċembru 2030. |
|
(121) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità għall-prodotti mqiegħda fis-suq jew fis-servizz f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE, fil-verżjoni tagħha applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dawk il-miżuri jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ wara dik id-data, u sakemm jiġu revokati b’att delegat adottat skont dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, għadd ta’ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/125/KE jenħtieġ li jkomplu jkollhom effett sħiħ fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni. Dan jikkonċerna b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/125/KE li jeskludu l-mezzi tat-trasport għall-merkanzija jew għall-persuni mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, l-istabbiliment ta’ definizzjonijiet rilevanti għall-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-iffissar ta’ responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti mqiegħda fis-suq, l-ispeċifikazzjoni tad-dettalji tal-proċeduri rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità u tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE, l-istabbiliment ta’ preżunzjoni ta’ konformità għall-prodotti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE u l-iffaċilitar ta’ azzjoni meħtieġa fir-rigward tal-istandards armonizzati. Minħabba l-importanza li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, li jiġu pprojbiti prattiki li jbiddlu b’mod illegali l-prestazzjoni tal-prodotti biex jinkiseb riżultat aktar favorevoli u jiġi żgurat infurzar xieraq tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-prodotti relatati mal-enerġija mqiegħda fis-suq skont il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE. |
|
(122) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li titjieb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u li jiġi żgurat il-moviment liberu fis-suq intern tal-prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn li l-prodotti jridu jikkonformaw magħhom biex jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz, bl-għan li tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti sabiex il-prodotti sostenibbli jsiru n-norma u biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju u ambjentali ġenerali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti sostenibbli fi ħdan is-suq intern.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll passaport diġitali tal-prodotti, jipprevedi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti obbligatorji ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku u joħloq qafas biex jevita li l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa jinqerdu.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe oġġett fiżiku li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz, inklużi komponenti u prodotti intermedji. Madankollu, m’għandux japplika għal:
|
(a) |
ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
|
(b) |
għalf kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 |
|
(c) |
prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE; |
|
(d) |
prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/6; |
|
(e) |
pjanti ħajjin, annimali u mikroorganiżmi; |
|
(f) |
prodotti ta’ oriġini umana; |
|
(g) |
prodotti ta’ pjanti u annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom; |
|
(h) |
vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, fir-rigward ta’ dawk l-aspetti ta’ prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti taħt atti leġiżlattivi tal-Unjoni speċifiċi għas-settur applikabbli għal dawk il-vetturi. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett fiżiku li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz; |
|
(2) |
“komponent” tfisser prodott maħsub biex jiġi inkorporat fi prodott ieħor; |
|
(3) |
“prodott intermedju” tfisser prodott li jeħtieġ aktar manifattura jew trasformazzjoni bħat-taħlit, il-kisi jew l-assemblaġġ biex ikun adattat għall-utenti finali; |
|
(4) |
“prodott relatat mal-enerġija” tfisser kwalunkwe prodott li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu; |
|
(5) |
“grupp ta’ prodotti” tfisser sett ta’ prodotti li jaqdu skopijiet simili u huma simili f’termini ta’ użu, jew li għandhom proprjetajiet funzjonali simili, u huma simili f’termini ta’ perċezzjoni tal-konsumatur; |
|
(6) |
“ekodisinn” tfisser l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-karatteristiċi ta’ prodott u fil-proċessi li jseħħu tul il-katina tal-valur tal-prodott; |
|
(7) |
“rekwiżit tal-ekodisinn” tfisser rekwiżit tal-prestazzjoni jew rekwiżit ta’ informazzjoni li għandu l-għan li jagħmel prodott, inklużi l-proċessi li jseħħu tul il-katina tal-valur tal-prodott, aktar ambjentalment sostenibbli; |
|
(8) |
“rekwiżit tal-prestazzjoni” tfisser rekwiżit kwantitattiv jew mhux kwantitattiv għal prodott jew b’rabta miegħu biex jinkiseb ċertu livell ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru tal-prodott imsemmi fl-Anness I; |
|
(9) |
“rekwiżit ta’ informazzjoni” tfisser l-obbligu li prodott ikun akkumpanjat minn informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 7(2); |
|
(10) |
“katina tal-provvista” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi upstream kollha tal-katina tal-valur tal-prodott, sal-punt fejn il-prodott jilħaq lill-klijent; |
|
(11) |
“katina tal-valur” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha li huma parti miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kif ukoll il-manifattura mill-ġdid possibbli tiegħu; |
|
(12) |
“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi tal-ħajja ta’ prodott, li jikkonsistu fl-akkwist jew il-ġenerazzjoni ta’ materja prima minn riżorsi naturali, l-ipproċessar minn qabel, il-manifattura, il-ħżin, id-distribuzzjoni, l-installazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, it-tiswija, it-titjib, ir-rinnovazzjoni u l-użu mill-ġdid, u t-tmiem tal-ħajja; |
|
(13) |
“tmiem tal-ħajja” tfisser l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja li jibda meta prodott jintrema u jintemm meta l-materjal ta’ skart tal-prodott jiġi rritornat lin-natura jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor; |
|
(14) |
“impatt ambjentali” tfisser kwalunkwe bidla fl-ambjent kemm jekk negattiva kif ukoll jekk ta’ benefiċċju, li tirriżulta b’mod sħiħ jew parzjali mill-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu; |
|
(15) |
“klassi ta’ prestazzjoni” tfisser firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru ta’ prodott wieħed jew aktar imsemmija fl-Anness I, li hija stabbilita abbażi ta’ metodoloġija komuni għall-prodott jew għall-grupp tal-prodott, ordnati fi stadji suċċessivi biex jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodott; |
|
(16) |
“manifattura mill-ġdid” tfisser azzjonijiet li permezz tagħhom prodott ġdid jiġi prodott minn oġġetti li huma skart, prodotti jew komponenti u li permezz tagħhom issir mill-anqas bidla waħda li taffettwa sostanzjalment is-sikurezza, il-prestazzjoni, l-iskop jew it-tip tal-prodott; |
|
(17) |
“titjib” tfisser azzjonijiet imwettqa biex jissaħħu l-funzjonalità, il-prestazzjoni, il-kapaċità, is-sikurezza jew l-estetika ta’ prodott; |
|
(18) |
“rinnovazzjoni” tfisser azzjonijiet imwettqa biex jitħejja, jitnaddaf, jiġi ttestjat, jiġi mantnut u, fejn meħtieġ, jissewwa prodott jew prodott li ġie skartat sabiex il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tiegħu jiġu restawrati fl-użu maħsub u l-firxa ta’ prestazzjoni oriġinarjament maħsuba fl-istadju tad-disinn fil-mument tat-tqegħid tal-prodott fis-suq; |
|
(19) |
“manutenzjoni” tfisser azzjoni waħda jew aktar imwettqa biex prodott jinżamm f’kundizzjoni biex ikun jista’ jissodisfa l-iskop maħsub għalih; |
|
(20) |
“tiswija” tfisser azzjoni waħda jew aktar imwettqa biex prodott difettuż jew skart jitreġġgħu lura f’kundizzjoni fejn jissodisfaw l-iskop maħsub tagħhom; |
|
(21) |
“obsolexxenza prematura” tfisser karatteristika tad-disinn ta’ prodott jew azzjoni jew ommissjoni sussegwenti li jwasslu biex il-prodott isir mhux funzjonali jew tonqoslu l-prestazzjoni mingħajr ma tali bidliet fil-funzjonalità jew fil-prestazzjoni jkunu r-riżultat ta’ tkagħbir bl-użu normali. |
|
(22) |
“durabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ prodott li maż-żmien iżomm il-funzjoni u l-prestazzjoni tiegħu, f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ użu, manutenzjoni u tiswija; |
|
(23) |
“affidabbiltà” tfisser il-probabbiltà li prodott jiffunzjona kif meħtieġ f’kundizzjonijiet partikolari għal tul ta’ żmien partikolari mingħajr okkorrenza li twassal biex funzjoni primarja jew sekondarja tal-prodott ma titwassalx aktar; |
|
(24) |
“impronta ambjentali” tfisser kwantifikazzjoni tal-impatti ambjentali li jirriżultaw minn prodott, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija waħda ta’ impatt ambjentali kif ukoll ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt abbażi tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott stabbilit bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/2279 jew metodi xjentifiċi oħra żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, ittestjati b’mod wiesa’ b’kollaborazzjoni ma’ setturi tal-industrija differenti u adottati jew implimentati mill-Kummissjoni f’liġijiet oħra tal-Unjoni; |
|
(25) |
“impronta tal-karbonju” tfisser is-somma tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra f’sistema ta’ prodotti, espressa bħala ekwivalenti ta’ CO2 u bbażata fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja bl-użu tal-kategorija tal-impatt unika tat-tibdil fil-klima; |
|
(26) |
“impronta tal-materjali” tirreferi għall-ammont totali ta’ materja prima estratta biex tissodisfa d-domandi tal-konsum finali; |
|
(27) |
“sustanza ta’ tħassib” tfisser sustanza li:
|
|
(28) |
“passaport diġitali tal-prodotti” tfisser sett ta’ data speċifika għal prodott li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4 u li tkun aċċessibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi permezz ta’ mezz ta’ data f’konformità mal-Kapitolu III; |
|
(29) |
“mezz ta’ data” tfisser simbolu tal-barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor għall-ġbir awtomatiku tad-data ta’ identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat; |
|
(30) |
“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ prodott li tippermetti wkoll link web għall-passaport diġitali tal-prodotti; |
|
(31) |
“identifikatur uniku tal-operatur” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ attur involut f’katina tal-valur tal-prodott; |
|
(32) |
“fornitur tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodotti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija parti terza indipendenti, awtorizzata mill-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz u li tipproċessa d-data tal-passaport diġitali tal-prodotti għal dak il-prodott bl-iskop li tagħmel tali data disponibbli għall-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra bid-dritt ta’ aċċess għal dik id-data skont dan ir-Regolament jew liġijiet oħra tal-Unjoni; |
|
(33) |
“identifikatur uniku tal-faċilità” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ postijiet jew bini involuti fil-katina tal-valur ta’ prodott jew użati minn atturi involuti fil-katina tal-valur ta’ prodott; |
|
(34) |
“qerda” tfisser il-ħsara jew ir-rimi intenzjonati ta’ prodott bħala skart bl-eċċezzjoni tar-rimi għall-iskop uniku li jiġi pprovdut il-prodott mormi għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluża r-rinnovazzjoni jew għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid; |
|
(35) |
“klijent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri, tikri jew tirċievi prodott għall-użu personali tagħha kemm jekk tkun qed taġixxi bi skopijiet marbutin mas-sengħa, in-negozju, l-artiġjanat jew il-professjoni tagħha kif ukoll jekk le; |
|
(36) |
“prodott tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe prodott, minbarra l-komponenti u l-prodotti intermedji, primarjament maħsuba għall-konsumaturi; |
|
(37) |
“prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ” tfisser kwalunkwe prodott tal-konsumatur li ma nbiegħx inkluż is-surplus ta’ ħażniet, l-inventarju żejjed u l-istokk mhux mibjugħ u prodotti li jkunu ġew irritornati minn konsumatur fuq il-bażi tad-dritt tiegħu ta’ rtirar f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/83/UE jew, meta applikabbli, matul kwalunkwe perjodu ta’ rtirar itwal mogħti mill-kummerċjant; |
|
(38) |
“miżura ta’ awtoregolamentazzjoni” tfisser ftehim volontarju jew kodiċi ta’ kondotta konklużi minn operaturi ekonomiċi fuq inizjattiva tagħhom stess, li huma responsabbli għall-infurzar tagħhom; |
|
(39) |
“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru; |
|
(40) |
“tqegħid fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba ta’ prodott fis-suq tal-Unjoni; |
|
(41) |
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott fl-Unjoni għall-iskop maħsub tiegħu; |
|
(42) |
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott b’isimha jew bit-trademark tagħha; |
|
(43) |
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur biex jaġixxi f’isem il-manifattur b’relazzjoni mal-kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont dan ir-Regolament; |
|
(44) |
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni; |
|
(45) |
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq; |
|
(46) |
“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, in-negozjant u l-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni; |
|
(47) |
“operatur indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun indipendenti mill-manifattur u li tkun direttament jew indirettament involuta fir-rinnovazzjoni, fit-tiswija, fil-manutenzjoni jew fl-adattament għal skop differenti ta’ prodott, u tinkludi l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, ir-rinnovaturi, is-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir għat-tiswija, għodda jew spare parts, kif ukoll il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar u l-operaturi li joffru taħriġ lill-installaturi, lill-manifatturi u lis-sewwejja tat-tagħmir; |
|
(48) |
“sewwej professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni professjonali għal prodott, irrispettivament minn jekk dik il-persuna taġixxix fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur jew b’mod indipendenti; |
|
(49) |
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott, proċess jew servizz; |
|
(50) |
“markatura CE” tfisser markatura li biha l-manifattur jindika li l-prodott rilevanti huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha; |
|
(51) |
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4 ġewx issodisfati; |
|
(52) |
“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrar, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; |
|
(53) |
“korp innotifikat” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnotifikat f’konformità mal-Kapitolu IX; |
|
(54) |
“fornitur ta’ suq online” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li juża interfaċċja online li tippermetti lill-klijenti jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ operaturi ekonomiċi għall-bejgħ ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; |
|
(55) |
“negozjant” tfisser distributur jew kwalunkew persuna fiżika jew ġuridika oħra li toffri prodotti għall-bejgħ, għall-kiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, jew li jqiegħed prodotti, lil utenti finali matul attività kummerċjali, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod; u jinkludi kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed prodott fis-servizz matul attività kummerċjali; |
|
(56) |
“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta għall-bejgħ, għall-kiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ prodotti, online jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod, li biha l-klijent potenzjali ma jkunx jista’ jaċċessa fiżikament il-prodott; |
|
(57) |
“prodott li jippreżenta riskju” tfisser prodott li, billi ma jikkonformax ma’ rekwiżit ta’ ekodisinn stabbilit f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament għajr dawk elenkati fl-Artikolu 71(1), jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent jew interessi pubbliċi oħra protetti minn dak ir-rekwiżit; |
|
(58) |
“prodott li jippreżenta riskju serju” tfisser prodott li jippreżenta riskju li, abbażi ta’ valutazzjoni, il-grad tan-nuqqas ta’ konformità rilevanti jew il-ħsara assoċjata titqies li teħtieġ intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż każijiet meta l-effetti tan-nuqqas ta’ konformità ma jkunux immedjati. |
Id-definizzjonijiet ta’ “SMEs”, “intrapriżi żgħar” u “mikrointrapriżi” fl-Artikolu 2(1), (2) u (3) tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (58) għandhom japplikaw.
Id-definizzjonijiet ta’ “sustanza” u “taħlita” fl-Artikolu 3, il-punti (1) u (2) rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom japplikaw.
Id-definizzjonijiet ta’ “akkreditament” u “korp nazzjonali ta’ akkreditament” fl-Artikolu 2, il-punti (10) u (11), rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw.
Id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “skart perikoluż”, “użu mill-ġdid”, “irkupru”, “tħejjija għall-użu mill-ġdid” u “riċiklaġġ” fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (13), (15), (16) u (17), rispettivament, tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom japplikaw.
Id-definizzjoni ta’ “standard armonizzat” fl-Artikolu 2, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għandha tapplika;
Id-definizzjonijiet ta’ “awtoritajiet kontraenti” fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/24/UE u ta’ “entitajiet kontraenti” fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE għandhom japplikaw. “kuntratti pubbliċi” tfisser kuntratti koperti mid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE;
Id-definizzjoni ta’ “pproċessar” fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59) għandha tapplika;
Id-definizzjoni ta’ “konsumatur” fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2019/771 għandha tapplika;
Id-definizzjonijiet ta’ “sorveljanza tas-suq”, “awtorità tas-sorveljanza tas-suq”, “fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni”, “interfaċċja online”, “azzjoni korrettiva”, “utent finali”, “sejħa lura”, “irtirar”, “awtoritajiet doganali” u “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” fl-Artikolu 3, il-punti (3), (4), (11), (15), (16), (21), (22), (23), (24) u (25), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom japplikaw.
Artikolu 3
Moviment liberu
1. Il-prodotti għandhom jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għal dawk il-prodotti, stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
2. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ prodotti konformi mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti nazzjonali tal-prestazzjoni relatati mal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I koperti mir-rekwiżiti tal-prestazzjoni inklużi f’tali atti delegati.
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti nazzjonali ta’ informazzjoni relatati mal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I koperti mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni inklużi f’tali atti delegati.
3. Minkejja l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jistabbilixxu rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2024/1275 u mar-rekwiżiti tas-sistema f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
4. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ prodotti li għalihom att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) jistabbilixxi li l-ebda rekwiżit tal-prestazzjoni, l-ebda rekwiżit ta’ informazzjoni jew la ta’ prestazzjoni u lanqas ta’ informazzjoni ma jrid jiġi stabbilit għal parametru speċifiku tal-prodott wieħed jew aktar, kif imsemmi fl-Anness I, għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ tali parametri.
5. Fil-fieri kummerċjali, fil-wirjiet u f’avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta’ prodotti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, meta b’sinjal viżibbli b’mod ċar jiġi indikat li tali prodotti mhumiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti delegati u mhumiex għall-bejgħ sakemm ma jkunux saru konformi.
KAPITOLU II
REKWIŻITI TAL-EKODISINN
Artikolu 4
Setgħat għall-adozzjoni ta’ atti delegati
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawk l-atti delegati għandhom jinkludu tal-anqas l-elementi elenkati fl-Artikolu 8. Tali rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbbiliti f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 u mal-Kapitolu III.
2. Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-possibbiltà li jiġi stabbilit li mhu meħtieġ li jiġi stabbilit l-ebda rekwiżit tal-prestazzjoni, l-ebda rekwiżit ta’ informazzjoni jew l-ebda rekwiżit la ta’ prestazzjoni u lanqas ta’ informazzjoni għal ċerti parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I meta rekwiżit relatat ma’ dawk il-parametri speċifiċi tal-prodott ikollu impatt negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-ekodisinn meqjusa għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat.
3. Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tinkludi l-possibbiltà li jiġi adottat att delegat li jistabbilixxi li l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn mhu meħtieġ għal grupp ta’ prodotti.
4. Fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-operaturi ekonomiċi biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dawk l-atti delegati, b’mod partikolari filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-SMEs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi. Id-data ta’ applikazzjoni tal-att delegat ma għandhiex tkun aktar kmieni minn 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, għall-att kollu jew għal xi rekwiżiti speċifiċi, jew ħlief f’każijiet ta’ tħassir parzjali jew emenda ta’ atti delegati, fejn tista’ tiġi stabbilita data ta’ applikazzjoni aktar kmieni.
5. Fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità jew mill-modulu A stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew f’wieħed mill-moduli B sa H1 stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tar-rekwiżiti tal-prodott jew tal-ekodisinn ikkonċernati, f’konformità mal-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.
Meta moduli differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità fl-Anness II tad-Deċiżjoni 768/2008/KE jridu jintużaw skont liġi oħra tal-Unjoni għall-istess prodott, il-modulu previst fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għar-rekwiżit tal-ekodisinn ikkonċernat;
Meta dan ir-Regolament, fejn xieraq, japplika għal grupp ta’ prodotti b’mod komplementari għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (ir-“Regolament dwar il-prodotti għall-bini”), l-att delegat adottat skont il-paragrafu 1 għandu jispeċifika l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe sistema prevista skont miżura fil-qafas tar-Regolament dwar il-prodotti għall-bini, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-grupp ta’ prodotti, ir-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn u l-kost għall-operaturi ekonomiċi.
6. L-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, skont kif xieraq fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-grupp ta’ prodotti, jinkludu kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
fejn dan ikun meħtieġ għas-sorveljanza effettiva tas-suq:
|
|
(b) |
il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodott kopert minn dawk l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 37(1); |
|
(c) |
fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-enerġija tal-prodotti jew sabiex jiġu żviluppati rekwiżiti futuri għall-ekodisinn:
|
|
(d) |
sabiex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-regoli dwar il-markaturi li jindikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, għall-prodotti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżit li l-markatura CE titwaħħal qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 47. |
7. L-ewwel att delegat li jrid jiġi adottat skont dan l-Artikolu ma għandux jidħol fis-seħħ qabel id-19 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 5
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Sabiex jiġu indirizzati l-impatti ambjentali u abbażi tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom ikunu tali li jtejbu l-aspetti tal-prodott li ġejjin (“aspetti tal-prodott”) meta dawk l-aspetti tal-prodott ikunu rilevanti għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat:
|
(a) |
id-durabbiltà; |
|
(b) |
l-affidabbiltà; |
|
(c) |
il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid; |
|
(d) |
il-possibbiltà ta’ titjib fil-kwalità; |
|
(e) |
it-tiswija; |
|
(f) |
il-possibbiltà ta’ manutenzjoni u ta’ rinnovazzjoni; |
|
(g) |
il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib; |
|
(h) |
l-użu tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika; |
|
(i) |
l-użu tal-ilma u l-effiċjenza tal-ilma; |
|
(j) |
l-użu tar-riżorsi u l-effiċjenza fir-riżorsi; |
|
(k) |
il-kontenut irriċiklat; |
|
(l) |
il-possibbiltà ta’ manifattura mill-ġdid; |
|
(m) |
riċiklabbiltà; |
|
(n) |
il-possibbiltà ta’ rkupru tal-materjali; |
|
(o) |
l-impatti ambjentali, inkluża l-impronta tal-karbonju u l-impronta ambjentali; |
|
(p) |
il-ġenerazzjoni mistennija ta’ skart. |
2. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom, fejn rilevanti, jiżguraw abbażi tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I li l-prodotti ma jsirux obsoleti qabel iż-żmien, għal raġunijiet li jinkludu l-għażliet tad-disinn mill-manifatturi, l-użu ta’ komponenti li huma ferm anqas robusti minn komponenti oħra, iż-żarmar ostakolat tal-komponenti ewlenin, l-informazzjoni mhux disponibbli dwar it-tiswija jew l-ispare parts, meta s-software ma jibqax jaħdem ladarba tiġi aġġornata sistema operattiva jew meta ma jingħatawx aġġornamenti tas-software.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħżel jew tiżviluppa għodod jew metodoloġiji, skont kif meħtieġ, biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn.
4. Rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi. Jistgħu jiġu differenzjati għal kwalunkwe prodott speċifiku li jappartjeni għal dak il-grupp speċifiku ta’ prodotti.
5. Prodotti li l-iskop uniku tagħhom huwa li jservu għad-difiża jew għas-sigurtà nazzjonali għandhom jiġu esklużi mill-gruppi ta’ prodotti.
6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn ukoll għal dawk il-gruppi ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodott li ma jkunux ġew inklużi fil-pjan ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 18.
7. Meta żewġ gruppi ta’ prodotti jew aktar juru xebh tekniku wieħed jew aktar li jippermetti li aspett tal-prodott jittejjeb b’mod effettiv abbażi ta’ rekwiżiti tal-informazzjoni jew rekwiżiti tal-prestazzjoni komuni, jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn għal dawk il-gruppi ta’ prodotti (“rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn”). Meta tikkunsidra jekk tistabbilix rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-effetti pożittivi ta’ dawk ir-rekwiżiti lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod parikolari li tiġi koperta firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ prodotti fl-istess att delegat. Il-Kummissjoni tista’ tissupplimenta r-rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn permezz tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal grupp ta’ prodotti speċifiku.
8. Rekwiżit tal-ekodisinn jista’ jkopri prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni inkluża fil-lista kontenuta fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 21(3), fil-każ li dik il-miżura talawtoregolamentazzjoni ma tindirizzax l-aspetti tal-prodott koperti minn dak ir-rekwiżit tal-ekodisinn.
9. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jinkludu, u skont kif xieraq itejbi, l-aspetti speċifiċi tal-prodotti, wieħed jew it-tnejn li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 6; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 7; |
10. Meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni u għandha:
|
(a) |
tieħu kont ta’:
|
|
(b) |
twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, u fejn xieraq fuq studji u riżultati tar-riċerka addizzjonali prodotti permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn rigward ċerti aspetti tal-prodotti ma għandux jiġi mdewwem bla bżonn minn inċertezzi rigward il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn biex jittejbu aspetti oħra tal-prodott ta’ dak il-prodott. Fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha:
|
|
(c) |
tqis l-informazzjoni teknika rilevanti użata bħala bażi għal-liġi tal-Unjoni jew għal strumenti tal-Unjoni jew derivata minnhom, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-Direttiva 2010/75/UE, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku; |
|
(d) |
tqis il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali; |
|
(e) |
tqis il-fehmiet espressi mill-Forum dwar l-Ekodisinn imsemmi fl-Artikolu 19 u l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 20. |
11. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent; |
|
(b) |
ma għandu jkun hemm l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni; |
|
(c) |
ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-konsumaturi f’termini tal-affordabbiltà tal-prodotti rilevanti, filwaqt li jitqies ukoll l-aċċess għall-prodotti secondhand, id-durabbiltà u l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti; |
|
(d) |
ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq il-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi u atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi; |
|
(e) |
ma għandu jkun hemm l-ebda teknoloġija proprjetarja imposta fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur; |
|
(f) |
ma għandu jkun hemm l-ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, b’mod partikolari fuq il-mikrointrapriżi. |
12. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom ikunu verifikabbli. Il-Kummissjoni għandha tidentifika mezzi xierqa ta’ verifika għal rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn, inkluż kontroll dirett tal-prodott jew fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika.
13. Il-Kummissjoni għandha tippubblika studji u analiżijiet rilevanti, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt imsemmija fil-paragrafu 10, il-punt (b), użati fl-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
14. Għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fejn rilevanti, liema sustanzi jaqgħu taħt id-definizzjoni fl-Artikolu 2(27), il-punt (d), b’kont meħud mill-anqas, ta’ jekk:
|
(a) |
abbażi tat-teknoloġiji standard, is-sustanzi jagħmlux il-proċess tal-użu mill-ġdid, jew tar-riċiklaġġ aktar ikkumplikat, għali, b’impatt ambjentali, jew b’użu qawwi tal-enerġija jew tar-riżorsi, |
|
(b) |
is-sustanzi jfixklux il-proprjetajiet jew il-funzjonalitajiet tekniċi, l-utilità jew il-valur tal-materjal riċiklat li ġej mill-prodott jew tal-prodotti manifatturati minn dan il-materjal riċiklat, |
|
(c) |
is-sustanzi jkollhomx impatt negattiv fuq il-karatteristiċi estetiċi jew olfattivi tal-materjal riċiklat. |
Artikolu 6
Rekwiżiti tal-prestazzjoni
1. Il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni relatati mal-aspetti tal-prodott, kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
2. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-parametri tal-prodott rilevanti msemmija fl-Anness I u għandhom, skont kif xieraq, jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:
|
(a) |
livelli minimi jew massimi fir-rigward ta’ parametru speċifiku tal-prodott jew taħlita tagħhom jew; |
|
(b) |
rekwiżiti mhux kwantitattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni fir-rigward ta’ tali parametri wieħed jew aktar tal-prodott; |
3. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni bbażati fuq il-parametru tal-prodott kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (f), ma għandhomx jirrestrinġu, għal raġunijiet relatati primarjament mas-sikurezza kimika, il-preżenza ta’ sustanzi fi prodotti.
Madankollu, l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandu wkoll, fejn xieraq, inaqqas riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.
4. Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 7
Rekwiżiti ta’ informazzjoni
1. Il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatati mal-aspetti tal-prodott, kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
2. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom:
|
(a) |
jinkludu, bħala minimu, rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fil-Kapitolu III u rekwiżiti relatati ma’ sustanzi ta’ tħassib stabbiliti fil-paragrafu 5; |
|
(b) |
kif xieraq, jirrikjedu wkoll li l-prodotti jkunu akkumpanjati minn:
|
|
(c) |
ikunu ċari, jinftiehmu faċilment u mfassla għall-karatteristiċi partikolari tal-gruppi ta’ prodotti kkonċernati u għal dawk maħsuba li jirċievu l-informazzjoni. |
Jista’ jiġi stabbilit rekwiżit ta’ informazzjoni għal parametru speċifiku tal-prodott irrispettivament minn jekk jiġix stabbilit rekwiżit tal-prestazzjoni għal dak il-parametru speċifiku tal-prodott.
Meta att delegat ikun fih rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika.
3. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni bbażati fuq il-parametru tal-prodott stabbilit fl-Anness I, il-punt (f), ma għandhomx jikkonċernaw it-tikkettar ta’ sustanzi jew taħlitiet għal raġunijiet relatati primarjament mal-perikli tagħhom għas-saħħa jew għall-ambjent.
4. Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, fid-dawl tal-ispeċifiċità tal-grupp ta’ prodotti, tiddetermina l-klassijiet ta’ prestazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tibbaża l-klassijiet ta’ prestazzjoni fuq parametri uniċi jew fuq punteġġi aggregati. Tali klassijiet ta’ prestazzjoni jistgħu jiġu espressi f’termini assoluti jew fi kwalunkwe forma oħra li tippermetti lill-klijenti potenzjali jagħżlu l-prodotti bl-aħjar prestazzjoni.
Dawk il-klassijiet ta’ prestazzjoni għandhom jikkorrispondu għal titjib sinifikanti fil-livelli ta’ prestazzjoni.
Meta l-klassijiet ta’ prestazzjoni jkunu bbażati fuq parametri li fir-rigward tagħhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-klassi l-aktar baxxa għandha tikkorrispondi għall-prestazzjoni minima meħtieġa fil-mument meta jibdew japplikaw il-klassijiet ta’ prestazzjoni.
5. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-paragrafu 6, il-punt (b), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu ttraċċati s-sustanzi ta’ tħassib, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti kkonċernati, sakemm tali traċċar ma jkunx diġà possibbli skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’att delegat ieħor adottat skont l-Artikolu 4 li jkopri l-prodotti kkonċernati, u għandhom jinkludu mill-anqas dan li ġej:
|
(a) |
L-isem jew il-kodiċi numeriku tas-sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-prodott, kif ġej:
|
|
(b) |
il-post fejn jinsabu s-sustanzi ta’ tħassib fil-prodott; |
|
(c) |
il-konċentrazzjoni, il-konċentrazzjoni massima jew il-firxa ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib, fil-livell tal-prodott, il-komponenti rilevanti tiegħu, jew l-ispare parts; |
|
(d) |
istruzzjonijiet rilevanti għall-użu sikur tal-prodott; |
|
(e) |
informazzjoni rilevanti għaż-żarmar, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-immaniġġar ambjentalment korrett tal-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu. |
Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun xieraq għall-grupp ta’ prodotti kkonċernati, tistabbilixxi limiti minimi għal meta għandu japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni rigward is-sustanzi ta’ tħassib.
6. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4, din għandha, fejn ikun rilevanti:
|
(a) |
tistabbilixxi dati tal-applikazzjoni ta’ tali rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, filwaqt li tagħmel differenza bejn is-sustanzi ta’ tħassib fejn ikun meħtieġ; |
|
(b) |
tipprovdi eżenzjonijiet debitament ġustifikati għal sustanzi ta’ tħassib jew għal elementi ta’ informazzjoni mit-tali rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, abbażi tal-fattibbiltà teknika jew ir-rilevanza tal-intraċċar tas-sustanzi ta’ tħassib, l-eżistenza ta’ metodi analitiċi biex dawn jiġu identifikati u kkwantifikati, il-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew f’każijiet oħra debitament ġustifikati; is-sustanzi ta’ tħassib skont it-tifsira tal-Artikolu 2(27), il-punt (a), ma għandhomx jiġu eżentati jekk ikunu preżenti fil-prodotti, fil-komponenti rilevanti tagħhom jew fl-ispare parts tagħhom b’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0,1 % tal-piż skont il-piż. u |
|
(c) |
tiżgura l-konsistenza mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni u timminimizza l-piż amministrattiv, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet tekniċi xierqa. |
7. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jindikaw il-mod li bih trid issir disponibbli l-informazzjoni meħtieġa. Meta passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata fih u, fejn xieraq, għandha tingħata wkoll f’waħda mill-forom li ġejjin jew aktar:
|
(a) |
fuq il-prodott innifsu; |
|
(b) |
fuq l-imballaġġ tal-prodott; |
|
(c) |
fuq tabella msemmija fl-Artikolu 16; |
|
(d) |
f’manwal għall-utenti jew f’dokumentazzjoni oħra li takkumpanja l-prodott; |
|
(e) |
fuq sit web jew applikazzjoni b’aċċess liberu. |
L-informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġu traċċati s-sustanzi ta’ tħassib skont il-paragrafu 5 għandha tingħata jew fuq il-prodott jew tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data inkluż fuq il-prodott.
8. L-informazzjoni li trid tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandha tingħata b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-klijenti, kif determinat mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu l-prodott għandu jkun disponibbli fis-suq jew li fih għandu jitqiegħed fis-servizz.
Artikolu 8
Kontenut tal-att delegat
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jridu jispeċifikaw mill-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
id-definizzjoni tal-grupp jew gruppi ta’ prodotti koperti, inkluża l-lista tal-kodiċijiet tal-komoditajiet kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (60) u d-deskrizzjonijiet tal-prodott; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-gruppi ta’ prodotti koperti; |
|
(c) |
fejn rilevanti, il-parametri tal-prodott msemmija fl-Anness I li għalihom il-Kummissjoni tiddikjara li mhu meħtieġ ebda rekwiżit tal-ekodisinn, skont l-Artikolu 4. |
|
(d) |
l-istandards jew il-metodi tat-test, tal-kejl jew tal-kalkolu li jridu jintużaw skont l-Artikolu 39(1); |
|
(e) |
fejn rilevanti, ir-rekwiżiti għall-użu ta’ għodod diġitali skont l-Artikolu 39(2); |
|
(f) |
fejn rilevanti, il-metodi tranżizzjonali, l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, ir-rerefenzi li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni li jridu jintużaw; |
|
(g) |
il-format, il-mod, u l-ordni li bihom l-informazzjoni neċessarja għall-verifika tal-konformità trid issir disponibbli. |
|
(h) |
il-modulu ta’ valutazzjoni tal-konformità li jrid jintuża skont l-Artikolu 4(5); meta l-modulu li jrid jiġi applikat ikun differenti mill-modulu stabbilit fl-Anness IV, il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta’ ta’ dak il-modulu; |
|
(i) |
ir-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-manifatturi, inkluż dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex jippermettu l-verifika tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
|
(j) |
fejn rilevanti, kwalunkwe rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali skont l-Artikoli 36 u 37; |
|
(k) |
it-tul tal-perjodu tranżitorju li matulu l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-prodotti li jikkonformaw mal-miżuri nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4; |
|
(l) |
id-data għar-rieżami tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu, fost aspetti oħra:
|
KAPITOLU III
IL-PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTTI
Artikolu 9
Il-passaport diġitali tal-prodotti
1. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jipprovdu li l-prodotti jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk ikun disponibbli passaport diġitali tal-prodotti f’konformità mal-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 u l-Artikoli 10 u 11. Id-data fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun preċiża, kompluta u aġġornata.
2. Ir-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom, kif xieraq għall-gruppi ta’ prodotti koperti, jispeċifikaw dan li ġej:
|
(a) |
id-data li trid tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti skont l-Anness III; |
|
(b) |
il-mezzi ta’ data, wieħed jew aktar, li jridu jintużaw; |
|
(c) |
il-format li bih il-mezz ta’ data jrid jiġi ppreżentat u l-pożizzjonament tiegħu; |
|
(d) |
jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jridx jiġi stabbilit fil-livell tal-mudell, tal-lott jew tal-oġġett, u d-definizzjoni ta’ tali livelli; |
|
(e) |
il-mod li bih il-passaport diġitali tal-prodotti jrid isir aċċessibbli għall-klijenti qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt ta’ bejgħ, kiri jew lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod; |
|
(f) |
l-atturi li jeħtieġ li jkollhom aċċess għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti u għal liema data jeħtieġ li jkollhom aċċess; |
|
(g) |
l-atturi li jeħtieġ li joħolqu passaport diġitali tal-prodotti jew jaġġornaw id-data f’passaport diġitali tal-prodotti, u liema data jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw; |
|
(h) |
l-arranġamenti dettaljati għall-introduzzjoni jew l-aġġornament tad-data; |
|
(i) |
il-perjodu li matulu jeħtieġ jibqa’ disponibbli l-passaport diġitali tal-prodotti, li għandu jikkorrispondi għal mill-anqas il-ħajja mistennija ta’ prodott speċifiku. |
3. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li l-atturi tul il-katina tal-valur jistgħu jaċċessaw u jifhmu faċilment l-informazzjoni dwar il-prodott li tkun rilevanti għalihom; |
|
(b) |
jiffaċilitaw il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; u |
|
(c) |
itejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti tul il-katina tal-valur. |
4. Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’ teżenta gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżit li jkollhom passaport diġitali tal-prodotti meta:
|
(a) |
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-passaport diġitali tal-prodotti mhumiex disponibbli fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali inklużi fl-Artikoli 10 u 11; jew |
|
(b) |
liġi tal-Unjoni oħra tinkludi sistema għall-forniment diġitali ta’ informazzjoni relatata ma’ grupp ta’ prodotti li għalih il-Kummissjoni tqis li tilħaq l-objettivi msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b). |
Artikolu 10
Rekwiżiti għall-passaport diġitali tal-prodotti
1. Il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
|
(a) |
għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data ma’ identifikatur persistenti uniku tal-prodott; |
|
(b) |
il-mezz ta’ data għandu jkun fiżikament preżenti fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fuq id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott, kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4; |
|
(c) |
il-mezz ta’ data u l-identifikatur uniku tal-prodott għandhom jikkonformaw ma’ wieħed jew aktar mill-istandards imsemmija fl-Anness III, it-tieni paragrafu jew standards Ewropej jew internazzjonali ekwivalenti sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
(d) |
id-data kollha inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli, u għandha, fejn ikun xieraq, tkun tista’ tinqara minn magna, tkun strutturata, tista’ titfittex, u trasferibbli permezz ta’ network ta’ skambju ta’ data miftuħa u interoperabbli mingħajr lock-in tal-bejjiegħ, f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11; |
|
(e) |
id-data personali relatata mal-klijenti ma għandhiex tinħażen fil-passaport diġitali tal-prodotti mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
|
(f) |
id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tirreferi għall-mudell, il-lott jew l-oġġett tal-prodott kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4; |
|
(g) |
l-aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun regolat f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11 u bid-drittijiet speċifiċi ta’ aċċess fil-livell tal-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4. |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex temenda l-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punti (c), u t-tieni paragrafu fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku billi tissostitwixxi l-istandards jew billi żżid standards Ewropej jew internazzjonali oħrajn li magħhom il-mezzi ta’ data, l-identifikaturi uniċi tal-operatur u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità jeħtiġilhom jikkonformaw sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Meta liġi oħra tal-Unjoni tkun teħtieġ jew tippermetti l-inklużjoni ta’ data speċifika fil-passaport diġitali tal-prodotti, dik id-data tista’ tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti skont l-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
3. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu:
|
(a) |
jipprovdi lin-negozjanti u lill-fornituri tas-swieq online b’kopja diġitali tal-mezz ta’ data jew l-identifikatur uniku tal-prodott, kif rilevanti, biex jippermettilhom jagħmlu l-mezz ta’ data jew l-identifikatur uniku tal-prodott aċċessibbli għall-klijenti potenzjali meta ma jkunux jistgħu jaċċessaw fiżikament il-prodott. |
|
(b) |
jipprovdi kopja diġitali msemmija fil-punt (a) jew link ta’ paġna web mingħajr ħlas fil-pront u f’kull każ fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba biex jagħmel dan. |
4. L-operatur ekonomiku, meta jqiegħed il-prodott fis-suq, għandu jagħmel disponibbli kopja ta’ riżerva tal-passaport diġitali tal-prodotti permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti.
Artikolu 11
Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti
Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
|
(a) |
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun kompletament interoperabbli ma’ passaporti oħra diġitali tal-prodotti meħtieġa minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data; |
|
(b) |
il-klijenti, il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri, in-negozjanti, is-sewwejja professjonali, l-operaturi indipendenti, ir-rinnovaturi, dawk li jimmanifatturaw mill-ġdid, ir-riċiklaturi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-għaqdiet tal-ħaddiema u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess faċli u mingħajr ħlas għall-passaport diġitali tal-prodotti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4; |
|
(c) |
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tiegħu jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti; |
|
(d) |
meta jinħoloq passaport diġitali tal-prodotti ġdid għal prodott li diġà jkollu passaport diġitali tal-prodotti, il-passaport diġitali tal-prodotti l-ġdid għandu jkun marbut mal-passaport(i) diġitali tal-prodotti oriġinali; |
|
(e) |
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jibqa’ disponibbli għall-perjodu speċifikat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tal-passaport diġitali tal-prodotti; |
|
(f) |
id-drittijiet għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jiġu ristretti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. |
|
(g) |
għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data; |
|
(h) |
il-passaporti diġitali tal-prodotti għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod li jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevita l-frodi. |
Jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jinħażen skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jew jiġi pproċessat b’mod ieħor minn fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti, skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk il-fornituri terzi indipendenti ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti m’għandhomx ibigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak meħtieġ għall-forniment tas-servizzi rilevanti tal-ħżin jew tal-ipproċessar, sakemm mhux bi qbil speċifiku mal-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew fis-servizz.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan l-Artikolu billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ passport diġitali tal-prodotti jeħtieġ li jikkonformaw magħhom sabiex ikunu jistgħu jsiru tali fornituri, u, fejn xieraq, skema ta’ ċertifikazzjoni biex tivverifika l-konformità ma’ tali rekwiżiti, u billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi jeħtieġ jikkonformaw magħhom meta jipprovdu servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għall-ħruġ u l-verifika tal-kredenzjali diġitali tal-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra li għandhom drittijiet ta’ aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Artikolu 12
Identifikaturi uniċi
1. L-identifikaturi uniċi tal-operatur imsemmija fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punti (g) u (h), u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità msemmija fl-Anness III, il-punt (i), għandhom jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), u t-tieni paragrafu jew standards Ewropej jew internazzjonali ekwivalenti, sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Meta identifikatur uniku tal-operatur imsemmi fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punt (h), ikun għadu mhux disponibbli, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jitlob identifikatur uniku tal-operatur f’isem l-attur rilevanti u għandu jipprovdi li dak l-attur b’dettalji sħiħa tal-identifikatur uniku tal-operatur ladarba jinħareġ
Qabel ma joħroġ talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jfittex konferma mingħand dak l-attur rilevanti li ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku tal-operatur.
3. Meta identifikatur uniku tal-faċilità msemmi fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punt (i), ikun għadu mhux disponibbli, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jitlob identifikatur uniku tal-faċilità f’isem l-attur responsabbli għall-post jew għall-bini rilevanti u għandu jipprovdi lil dak l-attur bid-dettalji kollha tal-identifikatur uniku tal-faċilità ladarba jinħareġ.
Qabel ma joħroġ talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jfittex konferma mill-attur rilevanti li ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli u proċeduri relatati mal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-identifikaturi uniċi u tal-mezzi ta’ data. B’mod partikolari, dawk l-atti delegati għandhom:
|
(a) |
jistabbilixxu regoli għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jsiru aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data; u |
|
(b) |
jistabbilixxu regoli għall-operaturi ekonomiċi li jixtiequ joħolqu l-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data tagħhom stess mingħajr ma jiddependu fuq aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data. |
5. L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jistabbilixxu:
|
(a) |
il-kriterji għall-aġenziji emittenti għall-identifikaturi uniċi u għall-mezzi ta’ data; |
|
(b) |
ir-rwoli ta’ aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u għall-mezzi ta’ data; |
|
(c) |
ir-regoli biex jiġi żgurat li l-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data jkunu affidabbli, verifikabbli u uniċi globalment; |
|
(d) |
ir-regoli dwar il-ħolqien, iż-żamma, l-aġġornament u l-irtirar ta’ identifikaturi uniċi u mezzi ta’ data; |
|
(e) |
ir-regoli relatati mal-ġestjoni tad-data. |
6. Meta tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
tfittex li tiżgura l-interoperabbiltà bejn l-approċċi differenti; |
|
(b) |
tqis l-istandards u s-soluzzjonijiet tekniċi eżistenti rilevanti; |
|
(c) |
tiżgura li r-regoli u l-proċeduri stabbiliti jibqgħu, kemm jista’ jkun, teknoloġikament newtrali. |
Artikolu 13
Reġistru tal-passaporti diġitali tal-prodotti
1. Sad-19 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru diġitali (“ir-reġistru”) li jaħżen b’mod sigur tal-anqas l-identifikaturi uniċi.
Fil-każ ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, ir-reġistru għandu jaħżen il-kodiċi tal-komodità.
Ir-reġistru għandu jaħżen l-identifikaturi uniċi tal-batteriji kif msemmija fl-Artikolu 77(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61).
Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi r-reġistru u għandha tiżgura li d-data maħżuna fir-reġistru tiġi pproċessata b’mod sigur u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluż ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.
2. Il-Kummissjoni għandha, fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, tispeċifika kwalunkwe data oħra li, apparti li tkun inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti, għandha tinħażen fir-reġistru, filwaqt li jitqiesu tal-anqas il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-ħtieġa li tkun tista’ ssir il-verifika tal-awtentiċità tal-passaport diġitali tal-prodotti; |
|
(b) |
ir-rilevanza tal-informazzjoni għat-titjib tal-effiċjenza u tal-effettività tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq u tal-kontrolli doganali; |
|
(c) |
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali. |
3. Fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha li tistabbilixxi u tiġġestixxi r-reġistru u l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali li tista’ tirriżulta minn dik l-attività, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
4. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew fis-servizz għandu jtella’, fir-reġistru, id-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
5. Malli d-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2, tiġi mtella mill-operatur ekonomiku fir-reġistru, ir-reġistru għandu jikkomunika awtomatikament lil dak l-operatur ekonomiku identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni assoċjat mal-identifikaturi uniċi mtellgħin fir-reġistru għal prodott speċifiku skont il-paragrafu 4. Dik il-komunikazzjoni mir-reġistru ma għandhiex titqies bħala prova ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew ma’ liġi oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għar-reġistru, inkluż għall-komunikazzjoni tal-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
6. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom aċċess għar-reġistru għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 14
Portal web għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi portal web aċċessibbli għall-pubbliku li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jfittxu u jqabblu d-data inkluża fil-passaporti diġitali tal-prodotti. Il-portal web għandu jitfassal biex jiggarantixxi li l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jfittxu u jqabblu d-data b’mod li hu konsistenti mad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom speċifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
Artikolu 15
Kontrolli doganali relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti
1. Kwalunkwe persuna li jkollha l-ħsieb li tqiegħed prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” għandha tipprovdi lill-awtoritajiet doganali jew tagħmel disponibbli għalihom l-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni ta’ dak il-prodott imsemmi fl-Artikolu 13(5).
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika mill-mument li r-reġistru jkun qed jopera.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrilaxxaw prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera biss wara li jkunu vverifikaw bħala minimu li l-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(5) u l-kodiċi tal-komodità pprovdut jew magħmul disponibbli għalihom jikkorrispondu mad-data maħżuna fir-reġistru.
Il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha ssir b’mod elettroniku u awtomatiku permezz tal-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 3. Għandha tapplika mill-mument li l-interkonnessjoni tkun qed topera.
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ma għandux jitqies bħala prova ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew ma’ liġi oħra tal-Unjoni.
3. Ir-reġistru għandu jigi interkonness mill-Kummissjoni mas-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali tal-UE għall-Iskambju taċ-Ċertifikati (CSW-CERTEX tal-UE), biex b’hekk jiġi permess l-iskambju awtomatizzat ta’ informazzjoni mas-sistemi doganali nazzjonali permezz tal-Ambjent tat-Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399.
Dik l-interkonnessjoni għandha tkun operattiva fi żmien erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(5).
4. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali jistgħu jirkupraw u jużaw d-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti u fir-reġistru għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-ġestjoni tar-riskju, il-kontrolli doganali u r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
5. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 u kwalunkwe liġi oħra tal-Unjoni.
KAPITOLU IV
TIKKETTI
Artikolu 16
Tikketti
1. Meta r-rekwiżiti ta’ informazzjoni jindikaw li l-informazzjoni trid tiġi inkluża f’tikketta skont l-Artikolu 7(7), il-punt (c), l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jispeċifikaw:
|
(a) |
il-kontenut tat-tikketta; |
|
(b) |
it-tqassim tat-tikketta, filwaqt li jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-leġibbiltà; |
|
(c) |
il-mod li bih trid tintwera t-tikketta lill-klijenti inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32 u l-implikazzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi rilevanti; |
|
(d) |
fejn xieraq, il-mezzi elettroniċi għall-ġenerazzjoni tat-tikketti. |
2. Meta rekwiżit ta’ informazzjoni jinvolvi l-inklużjoni f’tikketta tal-klassi ta’ prestazzjoni, it-tqassim tat-tikketta msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandu jkun ċar u jinftiehem b’mod faċli, u għandu jippermetti lill-klijenti jqabblu faċilment il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-parametru rilevanti tal-prodott u jagħżlu prodotti bi prestazzjoni aħjar.
3. Għall-prodotti relatati mal-enerġija li huma soġġetti għal tikketti tal-enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, fejn l-informazzjoni dwar parametru ta’ prodott rilevanti, inkluż dwar il-klassijiet ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ dan ir-Regolament, ma tistax tiġi inkorporata fit-tikketta tal-enerġija, u dment li tali informazzjoni titqies li hija aktar rilevanti u komprensiva mill-informazzjoni koperta mit-tikketta tal-enerġija, il-Kummissjoni, wara li tivvaluta r-riskju ta’ konfużjoni għall-klijenti, il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi u l-aħjar mod kif tikkomunika dik l-informazzjoni partikolari, tista’, jekk ikun xieraq, tirrikjedi l-istabbiliment ta’ tikketta f’konformità ma’ dan ir-Regolament minflok it-tikketta tal-enerġija stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369.
4. Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, titlob li t-tikketta tinkludi mezzi ta’ data jew mezzi oħra biex tippermetti lill-klijenti jaċċessaw informazzjoni addizzjonali dwar il-prodott, inkluż mezzi li jippermettu aċċess għall-passaport diġitali tal-prodotti.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti komuni għat-tqassim tat-tikketti meħtieġa skont l-Artikolu 7(7), il-punt (c).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Artikolu 17
Imitazzjoni tat-tikketti
Il-prodotti li jkollhom fuqhom jew magħhom tikketti li x’aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali billi jimitaw it-tikketti previsti fl-Artikolu 16 jew prodotti li jkollhom magħhom kwalunkwe informazzjoni oħra li x’aktarx tqarraq jew tfixkel lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali fir-rigward tat-tikketti previsti fl-Artikolu 16 m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz.
KAPITOLU V
PRIJORITIZZAZZJONI, IPPJANAR U KONSULTAZZJONI
Artikolu 18
Prijoritizzazzjoni u ppjanar
1. Meta tipprijoritizza l-prodotti li għandhom jiġu koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kontribut potenzjali ta’ dawk il-prodotti għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-potenzjal għat-titjib tal-aspetti tal-prodott li ma jinvolvix kostijiet sproporzjonati, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari:
|
|
(b) |
il-volum tal-bejgħ u tal-kummerċ ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni; |
|
(c) |
id-distribuzzjoni tul il-katina tal-valur tal-impatti klimatiċi u ambjentali, tal-użu tal-enerġija, tal-użu tar-riżorsi u tal-ġenerazzjoni tal-iskart fir-rigward ta’ dawk il-prodotti; |
|
(d) |
il-ħtieġa li l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jiġu riveduti u adattati b’mod regolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. |
Il-Kummissjoni għandha tistinka wkoll biex tivvaluta l-kontribut potenzjali ta’ dawk il-prodotti għall-funzjonament tas-suq intern u għar-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni.
2. Meta tipprijoritizza aspetti li għandhom jiġu koperti minn rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tqis il-benefiċċji li tkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti u ta’ gruppi ta’ prodotti fl-istess att delegat fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ ħidma u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku, flimkien mad-dokumenti ta’ tħejjija rilevanti (il-“pjan ta’ ħidma”). Il-pjan ta’ ħidma għandu jistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ prodotti li jeħtieġ li jingħataw prijorità għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn u l-iskedi taż-żmien stmati għall-istabbiliment tagħhom. Dik il-lista għandha tinkludi l-aspetti tal-prodotti u gruppi ta’ prodotti li jeħtieġ li jitqiesu prijoritajiet għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, kif ukoll prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, jekk ikun hemm, li fir-rigward tagħhom jeħtieġ li titqies l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni fuq il-qerda mill-operaturi ekonomiċi, abbażi tal-informazzjoni konsolidata pprovduta skont l-Artikolu 26 u kwalunkwe evidenza disponibbli oħra
Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tqis l-inklużjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku meta tidentifika għall-ewwel darba l-prodotti, jekk ikun hemm, li fir-rigward tagħhom hija tqis l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni fuq il-qerda mill-operaturi ekonomiċi.
Il-pjan ta’ ħidma għandu jkopri perjodu ta’ mill-anqas tliet snin, u għandu jiġi aġġornat regolarment.
Meta tadotta jew taġġorna l-pjan ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-pjan ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ ħidma.
5. Fl-ewwel pjan ta’ ħidma, li għandu jiġi adottat sad-19 ta’ April 2025, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:
|
(a) |
il-ħadid u l-azzar; |
|
(b) |
l-aluminju; |
|
(c) |
it-tessuti, b’mod partikolari l-ħwejjeġ u x-xedd is-saqajn; |
|
(d) |
l-għamara, inklużi s-saqqijiet; |
|
(e) |
it-tajers; |
|
(f) |
id-deterġenti; |
|
(g) |
iż-żebgħa; |
|
(h) |
il-lubrikanti; |
|
(i) |
is-sustanzi kimiċi; |
|
(j) |
il-prodotti relatati mal-enerġija li għalihom jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ewwel darba jew li għalihom il-miżuri eżistenti adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jeħtieġ jiġu rieżaminati skont dan ir-Regolament; u |
|
(k) |
il-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u prodotti elettroniċi oħra. |
Jekk kwalunkwe wieħed mill-gruppi ta’ prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jiġix inkluż fl-ewwel pjan ta’ ħidma jew jekk jiġi inkluż kwalunkwe grupp ta’ prodotti ieħor, il-Kummissjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha f’dak il-pjan ta’ ħidma.
6. Meta jkun hemm nuqqas ta’ rekwiżiti adegwati tal-prestazzjoni u ta’ rekwiżiti tal-informazzjoni rigward l-impronta ambjentali u tal-karbonju tas-siment skont ir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għas-siment f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4 mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2028 u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030.
7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.
Artikolu 19
Forum dwar l-Ekodisinn
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum dwar l-Ekodisinn bħala grupp ta’ esperti b’parteċipazzjoni bbilanċjata u effettiva ta’ esperti maħtura mill-Istati Membri u tal-partijiet kollha li għandhom interess fil-prodott jew fil-grupp ta’ prodotti inkwistjoni.
Il-Forum dwar l-Ekodisinn għandu jikkontribwixxi b’mod partikolari għal dan li ġej:
|
(a) |
it-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn; |
|
(b) |
it-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ ħidma; |
|
(c) |
l-eżami tal-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti ta’ sorveljanza tas-suq; |
|
(d) |
il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni; u |
|
(e) |
il-valutazzjoni tal-projbizzjonijiet tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa b’żieda ma’ dawk elenkati fl-Anness VII. |
Artikolu 20
Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri bħala sottogrupp tal-Forum dwar l-Ekodisinn, magħmul minn esperti maħtura mill-Istati Membri.
Dawk l-esperti għandhom jikkontribwixxu b’mod partikolari għal dan li ġej:
|
(a) |
it-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn; |
|
(b) |
il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni; |
|
(c) |
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar miżuri biex tissaħħaħ il-konformità ma’ dan ir-Regolament; |
|
(d) |
l-istabbiliment ta’ prijoritajiet skont l-Artikolu 26. |
Artikolu 21
Miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni
1. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni miżura ta’ awtoregolamentazzjoni li tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jew li ma jkunux inklużi fil-pjan ta’ ħidma. Dawk l-operaturi għandhom jipprovdu evidenza li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati.
2. Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
lista tal-operaturi ekonomiċi li huma firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodotti koperti mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni; |
|
(c) |
pjan ta’ monitoraġġ dettaljat, trasparenti u oġġettiv, b’responsabbiltajiet identifikati b’mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti, inkluż il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI, il-punt 6; |
|
(d) |
regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-firmatarji u dwar l-ittestjar u l-ispezzjonijiet; |
|
(e) |
regoli dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju li jinkludu dispożizzjonijiet fejn, jekk il-firmatarju ma jkunx ħa azzjoni korrettiva biżżejjed fi żmien tliet xhur, jiġi mneħħi mill-firmatarji ta’ dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni; u |
|
(f) |
nota li tispjega kif il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 ittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4; dik in-nota għandha tiġi appoġġata mill-evidenza, li tkun tikkonsisti minn analiżi teknika, ambjentali u ekonomika strutturata, li tiġġustifika l-objettivi u r-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, u li tivvaluta l-impatti ta’ dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
Il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu aġġornata u disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku u liberament.
Il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla għall-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, b’mod partikolari kwalunkwe bidla li jikkonċernawhom
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata, u, fejn meħtieġ, għandha tfittex parir xjentifiku mill-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni. Fil-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk il-kriterji li ġejjin ikunux issodisfati:
|
(a) |
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tiġi ppreżentata tal-anqas minn żewġ operaturi ekonomiċi; |
|
(b) |
is-sehem mis-suq f’termini ta’ volum tal-firmatarji għall-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni fir-rigward tal-prodotti koperti minn dik il-miżura hu mill-anqas 80 % tal-unitajiet imqiegħda fis-suq jew fis-servizz; |
|
(c) |
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u għall-iżgurar tal-moviment liberu fis-suq intern aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 u tikkonsisti f’rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament; |
|
(d) |
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI; |
|
(e) |
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jkun fih lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni li jissodisfaw il-kriterji ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 73(2).
4. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-firmatarji ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni elenkata f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, biex jissottomettu, f’perjodu ta’ żmien xieraq, verżjoni riveduta u aġġornata ta’ dik il-miżura fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq rilevanti fir-rigward tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat. Fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni biex temmen li l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għadhomx issodisfati, il-firmatarji għandhom jissottomettu verżjoni riveduta u aġġornata ta’ dik il-miżura fi żmien tliet xhur mit-talba magħmula mill-Kummissjoni.
5. Ladarba miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun ġiet elenkata f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, il-firmatarji ta’ dik il-miżura għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, f’intervalli regolari stabbiliti f’dak l-att ta’ implimentazzjoni, dwar il-progress magħmul lejn il-kisba tal-objettivi tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni u biex jintwera li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 jibqgħu ssodisfati.
L-ispettur indipendenti imsemmi fl-Anness VI, il-punt 6 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju.
Ir-rapporti ta’ progress, inklużi r-rapporti ta’ konformità li jkun għamel l-ispettur indipendenti, u n-notifiki dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjoni korrettiva korrispondenti għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-firmatarji fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku.
6. Meta l-Kummissjoni tqis li miżura ta’ awtoregolamentazzjoni elenkata f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu ma għadhiex tissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu jew fejn il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni kkonċernata ma rrispettawx l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4, din għandha tħassar dik il-miżura mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 73(2).
Meta miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun tħassret mil-lista msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodott kopert minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 22
Intrapriżi żgħar u medji
1. Fil-kuntest ta’ programmi li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-SMEs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm inizjattivi li jgħinu lil dawk l-intrapriżi biex jintegraw is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż l-effiċjenza enerġetika, fil-katina tal-valur tagħhom.
2. Meta tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, takkumpanja dawk l-atti delegati b’għodod diġitali u linji gwida li jkopru l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, attivi fis-settur tal-prodott jew tal-grupp ta’ prodotti kkonċernati, sabiex tiġi faċilitata l-konformità ta’ dawk l-intrapriżi ma’ dan ir-Regolament. Meta tabbozza dawk il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jgħinu lill-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs dwar it-tip ta’ miżuri li l-SMEs iqisu utli.
Dawk il-miżuri għandhom tal-anqas jinkludu l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili biex titqajjem konsapevolezza tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u jinħolqu opportunitajiet ta’ networking għall-SMEs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, biex jadattaw għar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, tali miżuri jistgħu jinkludu:
|
(a) |
appoġġ finanzjarju, inkluż billi jipprovdu vantaġġi fiskali u jinvestu fl-infrastruttura fiżika u diġitali; |
|
(b) |
aċċess għal finanzi; |
|
(c) |
taħriġ speċjalizzat tal-maniġers u tal-persunal; |
|
(d) |
assistenza organizzazzjonali u teknika. |
KAPITOLU VI
QERDA TA’ PRODOTTI TAL-KONSUMATURI MHUX MIBJUGĦA
Artikolu 23
Prinċipju ġenerali ta’ prevenzjoni tal-qerda
L-operaturi ekonomiċi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu l-ħtieġa li jinqerdu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa.
Artikolu 24
Divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa
1. L-operaturi ekonomiċi li jarmu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa direttament jew li jkollhom prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija f’isimhom għandhom jiddivulgaw:
|
(a) |
l-għadd u l-piż ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija fis-sena, differenzjati skont it-tip jew il-kategorija ta’ prodotti; |
|
(b) |
ir-raġunijiet għar-rimi tal-prodotti, u meta applikabbli, id-deroga rilevanti skont l-Artikolu 25(5); |
|
(c) |
il-proporzjon tal-konsenja ta’ prodotti mormija, direttament jew permezz ta’ parti terza, għal kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin: it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluż ir-rinnovazzjoni u l-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, irkupru ieħor inkluż l-irkupru tal-enerġija, u l-operazzjonijiet ta’ rimi f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif definita mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE; |
|
(d) |
miżuri meħuda u miżuri ppjanati għall-fini tal-prevenzjoni tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa. |
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu b’mod ċar u viżibbli tal-anqas fuq paġna faċilment aċċessibbli fis-sit web tagħhom. L-operaturi ekonomiċi li huma soġġetti għall-obbligu li jippubblikaw ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom skont l-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE jistgħu jinkludu wkoll dik l-informazzjoni f’dak ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq bażi annwali u għandhom jinkludu bħala parti minn dik l-informazzjoni l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li ntremew matul is-sena finanzjarja preċedenti. Huma għandhom jagħmlu l-informazzjoni għal kull sena disponibbli għall-pubbliku. Dik l-ewwel divulgazzjoni għandha tkopri l- prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li ntremew matul l-ewwel sena finanzjarja sħiħa li matulha kien fis-seħħ dan ir-Regolament.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal intrapriżi mikro u żgħar.
Dan il-paragrafu għandu japplika għall-intrapriżi ta’ daqs medju mid-19 ta’ Lulju 2030.
2. Bl-eċċezzjoni ta’ meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti fuq il-bażi ta’ att legali ieħor, l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni jew minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konsenja u l-wasla tal-prodotti mormija kif divulgat skont il-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, u, fejn rilevanti, l-informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-applikabbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 25(5). Tali informazzjoni u dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew elettronika fi żmien 30 jum mill-wasla tat-talba.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji u l-format għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż id-delimitazzjoni ta’ tipi jew kategoriji ta’ prodotti u kif trid tiġi vverifikata l-informazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
L-ewwel att ta’ implimentazzjoni ta’ dan it-tip għandu jiġi adottat sad-19 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 25
Qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa
1. Mid-19 ta’ Lulju 2026, il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa kif elenkat fl-Anness VII għandha tkun ipprojbita.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal intrapriżi mikro u żgħar.
Dan il-paragrafu għandu japplika għall-intrapriżi ta’ daqs medju mid-19 ta’ Lulju 2030.
2. L-operaturi ekonomiċi li mhumiex soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jeqirdu l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa fornuti lilhom bl-iskop ta’ ċirkumvenzjoni ta’ dik il-projbizzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 sabiex temenda l-Anness VII:
|
(a) |
biex jinżdiedu prodotti ġodda, sabiex jitqiesu l-impatti ambjentali tal-qerda tagħhom; |
|
(b) |
biex jiġu aġġornati l-entrati fi ħdan gruppi ta’ prodotti, sabiex jiġu allinjati ma’ modifiki fil-kodiċijiet tal-komodità jew deskrizzjonijiet rispettivi tagħhom li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, meta meħtieġ. |
4. Meta tħejji att delegat biex jiġi adottat skont il-paragrafu 3, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
tivvaluta l-prevalenza u l-impatti ambjentali tal-qerda ta’ ċerti prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa; |
|
(b) |
tqis l-informazzjoni divulgata mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 24(1); |
|
(c) |
twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżijiet disponibbli, u fuq studji addizzjonali kif meħtieġ. |
Dak l-att delegat għandu jispeċifika d-data ta’ applikazzjoni tiegħu, u fejn xieraq, kwalunkwe miżura bi stadji jew miżuri jew perjodi tranżizzjonali.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu derogi mill-projbizzjonijiet tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa elenkati fl-Anness VII fejn ikun xieraq fid-dawl ta’ kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
|
(a) |
raġunijiet ta’ saħħa, iġjene u sikurezza; |
|
(b) |
ħsara kkawżata lill-prodotti b’riżultat tal-immaniġġar tagħhom, jew identifikata wara li prodotti jkunu ġew irritornati, li ma tkunx tista’ tissewwa b’mod kosteffettiv; |
|
(c) |
in-nuqqas ta’ idoneità tal-prodotti għall-iskop li għalih ikunu maħsuba, filwaqt li jitqiesu, meta applikabbli, l-istandards tekniċi u l-liġi tal-Unjoni u nazzjonali; |
|
(d) |
in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ prodotti offruti għal donazzjoni; |
|
(e) |
prodotti ma jkunux adatti għal tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għall-manifattura mill-ġdid; |
|
(f) |
prodotti li ma jistgħux jinbiegħu minħabba ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi prodotti ffalsifikati; |
|
(g) |
il-qerda tkun l-għażla bl-impatti ambjentali l-anqas negattivi. |
Dawk l-atti delegati jistgħu ukoll, fejn rilevanti, jipprevedu li l-projbizzjoni tal-qerda tal-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-obbligu ta’ divulgazzjoni stabbilit fl-Artikolu 24 japplikaw għall-intrapriżi mikro u żgħar fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li tali intrapriżi jistgħu jintużaw għaċ-ċirkumvenzjoni ta’ dik il-projbizzjoni jew dak l-obbligu.
L-ewwel att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat sad-19 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 26
Informazzjoni konsolidata dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa
Sad-19 ta’ Lulju 2027 u kull 36 xahar minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni konsolidata dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, inkluż l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-prevalenza tal-qerda ta’ gruppi speċifiċi ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa għal kull sena, abbażi tal-informazzjoni divulgata mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 24(1); |
|
(b) |
l-impatti ambjentali komparattivi li jirriżultaw mill-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa għal kull grupp ta’ prodotti. |
KAPITOLU VII
OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI
Artikolu 27
Obbligi tal-manifatturi
1. Meta jqiegħdu prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq jew fis-servizz, il-manifatturi għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
dawk il-prodotti jkunu ġew iddisinjati u manifatturati f’konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; |
|
(b) |
dawk il-prodotti jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7 u mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; u |
|
(c) |
passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9 u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż kopja ta’ riżerva tal-aktar verżjoni aġġornata tal-passaport diġitali tal-prodotti maħżuna minn fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10(4). |
2. Qabel ma jqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq jew fis-servizz, il-manifatturi għandhom iwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità speċifikata f’dak l-att delegat, jew jaraw li din titwettaq f’isimhom, u jfasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa.
Meta l-konformità ta’ prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz ta’ dik il-proċedura, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 44 u jwaħħlu l-markatura CE f’konformità mal-Artikolu 46. Madankollu, meta l-Kummissjoni tkun speċifikat regoli alternattivi skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura tal-konformità f’konformità ma’ dawk ir-regoli.
3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew fis-servizz, dment li ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat.
4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jiżguraw li l-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li huma parti minn produzzjoni tas-serje biex din tibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli. Il-bidliet fil-proċess tal-produzzjoni, fid-disinn tal-prodott jew fil-karatteristiċi, kif ukoll il-bidliet fl-istandards armonizzati, fl-ispeċifikazzjonijiet komuni jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità tal-prodott jew li permezz l-applikazzjoni tagħhom tiġi vverifikata l-konformità tiegħu, għandhom jitqiesu b’mod adegwat mill-manifatturi u, fil-każ li jsibu li l-konformità tal-prodott tiġi affettwata minn tali bidliet, il-manifatturi għandhom iwettqu valutazzjoni mill-ġdid f’konformità mal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli kif imsemmi fil-paragrafu 2, jew jaraw li dik il-valutazzjoni mill-ġdid titwettaq f’isimhom.
5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikollhom fuqhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom, jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, li l-informazzjoni meħtieġa tiġi provduta fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
6. Għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u indirizz postali u mezz elettroniku ta’ komunikazzjoni fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati:
|
(a) |
fuq il-parti pubblika tal-passaport diġitali tal-prodotti, meta applikabbli; u |
|
(b) |
fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu, jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. |
Dak l-indirizz għandu jindika punt uniku fejn il-manifattur jista’ jiġi kkuntattjat. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw.
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet f’format diġitali dwar il-prodott (“istruzzjonijiet diġitali”) b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. L-istruzzjonijiet diġitali għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii), kif speċifikat f’dak l-atti delegat.
Madankollu, manifatturi għandhom jipprovdu f’format stampat konċiż, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-istruzzjonijiet rilevanti għas-saħħa u s-sikurezza tal-klijenti u ta’ atturi rilevanti oħra.
Meta jipprovdi l-istruzzjonijiet diġitali, il-manifattur għandu jinkludihom fil-passaport diġitali tal-prodotti u jagħmilhom aċċessibbli permezz tal-mezz ta’ data korrispondenti, jew, meta l-passaport diġitali tal-prodotti ma jkunx applikabbli, jindika fuq il-prodott, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument ta’ akkumpanjament, kif jiġu aċċessati l-istruzzjonijiet diġitali.
Il-manifattur għandu jippreżenta l-istruzzjonijiet diġitali f’format li jagħmilha possibbli li jitniżżlu u jiġu ssejvjati fuq tagħmir elettroniku sabiex l-utent ikun jista’ jaċċessahom f’kull ħin u għandu jagħmilhom aċċessibbli online matul il-ħajja mistennija tal-prodott, iżda fi kwalunkw każ għal mill-inqas 10 snin wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tal-prodott.
Meta l-klijent jitlob dan fil-waqt tax-xiri, jew sa 6 xhur minn meta xtara, il-manifattur għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet diġital f’format stampat, mingħajr ħlas, fi żmien xahar mill-wasla tat-talba.
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jistgħu jispeċifikaw li ċerta informazzjoni li tagħmel parti mill-istruzzjonijiet diġitali trid wkoll tiġi provduta f’format stampat.
8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li huma jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-att delegat għandhom mingħajr dewmien żejjed jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jew biex b’mod immedjat jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk ikun xieraq.
Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli jew qiegħduh fis-servizz dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
9. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu kanali ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħal numru tat-telefon, indirizz elettroniku jew taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà tal-persuni b’diżabbiltà, sabiex jippermettu lill-klijenti jippreżentaw ilmenti jew tħassib rigward in-nuqqas ta’ konformità potenzjali tal-prodotti.
Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru tal-ilmenti u tat-tħassib biss għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda għal mhux aktar minn ħames snin wara li jkunu ġew preżentati u għamlu r-reġistru disponibbli fuq it-talba ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
10. Il-manifatturi għandhom, għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, wara talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ dawk il-prodotti, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dawk id-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti għandhom jiġu pprovduti f’format stampat jew elettroniku, malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba minn dik l-awtorità.
Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti rigward kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 28
Rappreżentanti awtorizzati
1. Il-manifattur jista’, permezz ta’ mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
2. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex tal-anqas jagħmel dan li ġej:
|
(a) |
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz dment li ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat; |
|
(b) |
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe miżura meħuda fir-rigward ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodott kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat; |
|
(c) |
abbażi ta’ talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum minn meta jirċievi tali talba; u |
|
(d) |
itemm il-mandat jekk il-manifattur jaġixxi kontra l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament. |
Artikolu 29
Obbligi tal-importaturi
1. L-importaturi għandhom, fir-rigward ta’ prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, iqiegħdu fis-suq biss prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli.
2. Qabel ma jqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur u li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika; |
|
(b) |
il-prodott ikun akkumpanjat mill-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7 u mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; u |
|
(c) |
passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9 u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż kopja ta’ riżerva tal-aktar verżjoni aġġornata tal-passaport diġitali tal-prodotti maħżuna minn fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10(4). |
L-importatur għandu jiżgura wkoll li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikollu l-markatura CE meħtieġa msemmija fl-Artikolu 45, meta applikabbli, f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 46, jew il-markatura tal-konformità alternattiva kif stabbilit f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6).
Meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn ma għandhomx iqiegħdu l-prodott fis-suq jew fis-servizz sakemm dan ikun sar konformi.
3. Għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati u mezz elettroniku ta’ komunikazzjoni li bih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati:
|
(a) |
fuq il-parti pubblika tal-passaport diġitali tal-prodotti, meta applikabbli; u |
|
(b) |
fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ, jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. |
Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw.
4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet diġitali b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Tali struzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii) kif speċifikat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. L-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 27 (7), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw mutatis mutandis.
5. L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
6. Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-att għandhom mingħajr dewmien żejjed jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jew biex b’mod immedjat jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk ikun xieraq.
L-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
7. L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba, għal 10 snin wara li prodott kopert minn att delegat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew fis-servizz, sakemm ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat.
8. L-importaturi għandhom, għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ dawk il-prodotti, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika, malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba minn dik l-awtorità.
L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti rigward kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 30
Obbligi tad-distributuri
1. Meta jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli.
2. Qabel ma jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:
|
(a) |
il-prodott ikollu l-markatura CE skont l-Artikoli 45 u 46 jew il-markatura tal-konformità adottata f’konformità mal-Artikolu 4(6), it-tielet subparagrafu, il-punt (d), u, meta rilevanti, ikun ittikkettat jew ikun marbut ma’ passaport diġitali tal-prodotti f’konformità ma’ dawk l-att delegat; |
|
(b) |
il-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet diġitali, f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-klijenti, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u li tali struzzjonijiet ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita l-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii), kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4; l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(7), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw mutatis mutandis; u |
|
(c) |
il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6) u fl-Artikolu 29. |
3. Meta d-distributuri jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott, qabel ma jagħmluh disponibbli fis-suq, ma jkunx konformi, jew il-manifattur tiegħu ma jkunx qed jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, ma għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm il-prodott ma jkunx sar konformi jew il-manifattur ma jkunx ikkonforma.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li prodott ikun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.
4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew issir sejħa lura tiegħu, jekk xieraq.
Id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
5. Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu lill-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha li għandhom aċċess għalihom u li huma rilevanti biex tintwera l-konformità ta’ prodott. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika, fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba minn dik l-awtorità.
Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 31
Obbligi tan-negozjanti
1. In-negozjanti għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom u l-klijenti potenzjali jkollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti li takkumpanja l-prodotti, kif meħtieġ mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod.
2. In-negozjanti għandhom jiżguraw li l-passaport diġitali tal-prodotti jkun faċilment aċċessibbli għall-klijenti u l-klijenti potenzjali, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, kif stabbilit fl-Artikolu 9(2), il-punt (e), u kif speċifikat fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.
3. In-negozjanti għandhom, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod:
|
(a) |
juru lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali, b’mod viżibbli, it-tikketti pprovduti f’konformità mal-Artikolu 32(1), il-punt (b) jew (c); |
|
(b) |
jagħmlu referenza għall-informazzjoni inkluża fuq it-tikketti pprovduti skont l-Artikolu 32(1), il-punt (b) jew (c), f’reklamar viżiv jew f’materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku, f’konformità mal-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4; u |
|
(c) |
ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
Artikolu 32
Obbligi relatati mat-tikketti
1. Meta att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jirrikjedi li l-prodotti jkollhom tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-prodotti fis-suq jew fis-servizz għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li l-prodotti jkunu akkumpanjati, għal kull unità individwali u mingħajr ħlas, minn tikketti stampati f’konformità ma’ dak l-att delegat; |
|
(b) |
jipprovdu tikketti stampati jew kopji diġitali tat-tikketta lin-negozjant mingħajr ħlas, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mit-talba ta’ negozjant; u |
|
(c) |
jiżguraw li t-tikketti tagħhom ikunu preċiżi, u jipprovdu dokumentazzjoni teknika suffiċjenti biex tippermetti li tiġi vvalutata l-preċiżjoni tat-tabelli tagħhom. |
2. Meta att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jirrikjedi li l-prodotti jkollhom tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-prodott fis-suq jew fis-servizz għandhom:
|
(a) |
jagħmel referenza għall-informazzjoni inkluża i f’reklamar viżiv jew f’materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku, f’konformità mal-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4; |
|
(b) |
ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
Artikolu 33
Obbligi tal-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni
Il-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni għandhom jiżguraw li, għal prodotti li jkunu qed jimmaniġġjaw li jkunu koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, il-kundizzjonijiet waqt il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-prodotti ma’ dak l-att delegat.
Artikolu 34
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri
L-importaturi jew id-distributuri għandhom jitqiesu bħala manifatturi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta:
|
(a) |
iqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq b’isimhom jew bit-trademark tagħhom; jew |
|
(b) |
jimmodifikaw tali prodott li jkun diġà imqiegħed fis-suq b’mod li jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4. |
Artikolu 35
Obbligi tal-fornituri tas-swieq online u tal-magni tat-tiftix online
1. L-obbligi ġenerali previsti fl-Artikoli 11 u 30 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-fornituri tas-swieq online għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq it-talba ta’ dawk l-awtoritajiet u f’każijiet speċifiċi, biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jimmitigaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ prodott li jkun qed jiġi offrut jew li kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom.
2. F’dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4, biex jordnaw lil fornitur ta’ suq online biex jaġixxi kontra oġġett speċifiku ta’ kontenut wieħed jew aktar li jirreferi għal prodott mhux konformi, inkluż billi jneħħihom. Tali kontenut għandu jitqies li huwa kontenut illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/2065. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/2065, joħorġu tali ordnijiet.
3. Il-fornituri tas-swieq online għandhom jistabbilixxu punt ta’ kuntatt uniku għall-finijiet ta’ komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Dak il-punt ta’ kuntatt uniku jista’ jkun l-istess punt ta’ kuntatt bħal dak imsemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (62) jew l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.
Artikolu 36
Obbligi ta’ informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi
1. Meta jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, l-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-prodott jipprovdi b’mod ċar u viżibbli mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali u elettroniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur; |
|
(b) |
fil-każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz postali u elettroniku u n-numru tat-telefon tal-operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020; u |
|
(c) |
informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, inkluż stampa tiegħu, it-tip tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott. |
2. L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba motivata, jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’dan li ġej:
|
(a) |
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4; |
|
(b) |
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew tali prodotti, kif ukoll il-kwantitajiet u l-mudelli eżatti ta’ tali prodotti. |
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal għaxar (10) snin wara li jkunu ġew ipprovduti bil-prodotti rilevanti u għal għaxar (10) snin wara li jkunu pprovdew tali prodotti, sakemm ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma stampata jew elettronika fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
3. Meta jirrikjedu li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali skont l-Artikolu 4(6), il-punt (a)(iii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-ħtieġa li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċilitaw il-verifika tal-konformità tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi mar-rekwiżiti applikabbli; u |
|
(b) |
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs. |
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-mod li bih jeħtieġ li jkunu disponibbli l-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika. Meta l-passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha ssir disponibbli permezz tiegħu.
Artikolu 37
Obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-operaturi ekonomiċi
1. Meta tirrikjedi li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodott skont l-Artikolu 4(6), il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
id-disponibbiltà ta’ evidenza dwar il-penetrazzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti u li hija meħtieġa biex jiġi ffaċilitat ir-rieżami tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 applikabbli għal dak il-prodott; |
|
(b) |
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs; kif ukoll |
|
(c) |
l-utilità tal-informazzjoni meħtieġa u l-proporzjonalità ta’ dak ir-rekwiżit. |
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-perjodu li jeħtieġ li tkun relatata għalih l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dik l-informazzjoni għandha tkun differenzjata skont il-mudell tal-prodott.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-mezzi li bihom l-informazzjoni rilevanti jeħtieġ issir disponibbli u l-frekwenza li biha tali informazzjoni għandha ssir disponibbli.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni magħmula disponibbli tiġi pproċessata b’mod sigur u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
2. Meta tirrikjedi li prodott ikun kapaċi jkejjel l-enerġija li jikkonsma jew il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ parametri rilevanti oħra tal-prodott imsemmija fl-Anness I waqt l-użu, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c)(i), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-utilità tad-data waqt l-użu għall-utenti finali biex jifhmu u jimmaniġġjaw il-prestazzjoni jew l-użu tal-enerġija tal-prodott; |
|
(b) |
il-fattibbiltà teknika tar-reġistrazzjoni tad-data waqt l-użu; |
|
(c) |
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs; u |
|
(d) |
il-ħtieġa li jiġi żgurat li ma tinġabar l-ebda data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi jew li tippermetti l-inferenza tal-imġiba tal-individwi. |
3. Il-prodotti koperti minn rekwiżit stabbilit skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c), meta jkun xieraq, f’konformità mal-kriterji fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jirreġistraw id-data waqt l-użu u jagħmlu dan it-tip ta’ data viżibbli għall-utent finali.
4. Meta tirrikjedi li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jiġbru data mhux personali waqt l-użu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jirrapportaw tali data lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c)(ii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-utilità tad-data mhux personali waqt l-użu għall-Kummissjoni meta tagħmel rieżami tar-rekwiżiti tal-ekodisinn jew tgħin lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’informazzjoni statistika għall-analiżi tagħhom ibbażata fuq ir-riskju; u |
|
(b) |
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi, b’mod partikolari għall-SMEs. |
5. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4, jistgħu b’mod partikolari jikkonsistu minn:
|
(a) |
il-ġbir ta’ data mhux personali waqt l-użu jekk din tkun tista’ tiġi aċċessata mill-bogħod permezz tal-internet wara li l-utent finali jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu biex dik id-data ssir disponibbli; u |
|
(b) |
ir-rapportar ta’ dik id-data lill-Kummissjoni ta’ mill-inqas darba fis-sena. |
Fejn ir-rappurtar huwa meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dik id-data għandha tinkludi, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-mudell kif reġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u, jekk rilevanti għall-prestazzjoni tagħhom, informazzjoni ġeografika ġenerali dwar il-prodotti.
6. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, fl-att delegat rilevanti, id-dettalji u l-format għar-rapportar tad-data waqt l-użu mhux personali kif imsemmi fil-paragrafu 4.
7. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta perjodikament id-data waqt l-użu mhux personali li tirċievi skont il-paragrafu 4 u għandha, meta xieraq, tippubblika settijiet tad-data aggregati.
Artikolu 38
Rekwiżiti għall-atturi tal-katina ta’ provvista
Meta speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4, l-atturi tal-katina ta’ provvista għandhom:
|
(a) |
jipprovdu, fuq talba u mingħajr ħlas, lill-manifatturi, lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni disponibbli rilevanti relatata mal-prodotti li huma jissupplixxu jew mas-servizzi li huma jipprovdu; |
|
(b) |
fin-nuqqas tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a), jippermettu lill-manifatturi jivvalutaw il-prodotti li huma jissupplixxu jew is-servizzi li huma jipprovdu u jagħtu aċċess għall-faċilitajiet jew dokumenti rilevanti lil dawk il-manifatturi; u |
|
(c) |
jippermettu lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rilevanti relatata mal-attivitajiet tagħhom. |
KAPITOLU VIII
KONFORMITÀ TAL-PRODOTTI
Artikolu 39
Metodi ta’ ttestjar, kejl u kalkolu
1. Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti, it-testijiet, il-kejl u l-kalkoli tal-ekodisinn għandhom isiru bl-użu ta’ standards armonizzati jew metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali. Dawn il-metodi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-metodi ta’ ttestjar, kejl u kalkolu stabbiliti fl-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4.
2. Meta tistabbilixxi r-rekwiżit biex jintużaw għodod diġitali skont l-Artikolu 4(6), punt (c)(iii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-ħtieġa li tkun żgurata l-applikazzjoni armonizzata tal-metodi ta’ kalkolu; u |
|
(b) |
il-ħtieġa li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv impost fuq l-operaturi ekonomiċi. |
L-għodod diġitali għandhom ikunu aċċessibbli liberament għall-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 40
Il-prevenzjoni ta’ ċirkomvenzjoni u tal-aggravar tal-prestazzjoni
1. L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iġibu ruħhom b’mod li jdgħajjef il-konformità tal-prodotti ma’ dan ir-Regolament irrispettivament minn jekk dik l-imġiba tkunx ta’ natura kuntrattwali, kummerċjali, teknika jew ta’ natura oħra.
2. Il-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz jekk ikunu tfasslu biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom meta jiġu ttestjati biex jiksbu riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-prodotti mfassla biex ikunu jistgħu jindividwaw li qed jiġu ttestjati u li jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom b’rispons u l-prodotti mqiegħda minn qabel biex ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom fil-ħin tal-ittestjar għandhom jitqiesu prodotti mfassla biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom meta jiġu ttestjati.
3. L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew fis-servizz prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ma għandhomx jippreskrivu struzzjonijiet speċifiċi għall-ittestjar li jbiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodott biex jinkiseb riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istruzzjonijiet li jwasslu għal tibdil manwali tal-prodott, qabel test, li jibdel il-prestazzjoni tal-prodott għandhom jitqiesu li huma struzzjonijiet speċifiċi għall-ittestjar li jbiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodott.
4. Il-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz jekk ikunu mfassla biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom fi żmien perjodu qasir wara li l-prodott jitqiegħed fis-servizz, u dan iwassal għal deterjorament tal-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, jew il-prestazzjoni funzjonali tagħhom mill-perspettiva tal-utent.
5. L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhomx iwasslu għad-deterjorament fil-prestazzjoni tal-prodott lil hinn minn marġini aċċettabbli speċifikati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 rigward xi wieħed mill-parametri tal-prodott regolati f’dawk l-atti delegati jew il-prestazzjoni funzjonali mill-perspettiva tal-utent meta mkejla bil-metodu ta’ ttestjar użat għall-valutazzjoni tal-konformità, ħlief meta l-klijent jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu, qabel l-aġġornament, għal tali deterjorament tal-prestazzjoni. Ma għandu jsir l-ebda tibdil minħabba r-rifjut tal-aġġornament.
L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jwasslu għal deterjorament fil-prestazzjoni tal-prodott kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-punt li l-prodott isir mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 applikabbli fiż-żmien tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tal-prodott.
Artikolu 41
Preżunzjoni tal-konformità
1. Il-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmija fl-Artikolu 39 li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu u mar-rekwiżiti tat-test, tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.
2. Il-passaporti diġitali tal-prodotti li huma konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti ffl-Artikoli 10 u 11 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.
3. Il-prodotti konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.
4. Il-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dak l-att delegat, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti mill-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE stabbiliti skont l-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 42
Speċifikazzjonijiet komuni
1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, għall-prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, speċifikazzjonijiet komuni li jkopru r-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 jew il-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmija fl-Artikolu 39.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
(a) |
il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għal rekwiżit tal-ekodisinn, għal rekwiżit essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament jew għall-metodu ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament; u:
|
|
(b) |
l-ebda referenza għal standards armonizzati għal rekwiżit tal-ekodisinn jew rekwiżit essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament jew metodu ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament ma tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma jkun mistenni li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
2. Qabel ma tipprepara l-abbozz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati.
3. Meta tħejji l-abbozz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-Forum dwar l-Ekodisinn u tal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri kif ukoll ta’ kwalunkwe korp rilevanti ieħor, u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
4. Il-metodi ta’ ttestjar, kejl u kalkolu msemmija fl-Artikolu 39 li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew partijiet minnhom għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu u mar-rekwiżiti tal-ittestjar, tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjoni komuni jew partijiet minnha.
5. Il-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, mar-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 jew mar-rekwiżiti għall-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmija fl-Artikolu 39 stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 li permezz tiegħu dawk il-prodotti jkunu koperti sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.
6. Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Meta r-referenzi ta’ standard armonizzat jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew il-partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti u r-rekwiżiti għall-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu.
7. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax kompletament ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti u r-rekwiżiti għall-metodi tal-ittestjar, tal-kejl jew tal-kalkolu, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
Artikolu 43
Valutazzjoni tal-konformità
1. Meta tispeċifika l-proċedura applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4(5), il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
jekk il-modulu kkonċernat huwiex xieraq għat-tip ta’ prodott u għar-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn, u proporzjonat għall-interess pubbliku segwit; |
|
(b) |
in-natura tar-riskji preżentati mill-prodott u sa liema punt il-valutazzjoni tal-konformità tikkorrispondi għan-natura u l-grad ta’ dawk ir-riskji; u |
|
(c) |
fejn l-involviment ta’ parti terza jkun obbligatorju, il-ħtieġa tal-manifattur li jkollu għażla bejn il-moduli tal-assigurazzjoni tal-kwalità u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. |
2. Ir-reġistri u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat involut fi proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1, jew b’lingwa aċċettata minn dak il-korp.
Artikolu 44
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn speċifikati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 ikun intwera jew li tapplika preżunzjoni ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 41.
2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness V, u għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fil-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli u referenza għall-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4. Din għandha tiġi aġġornata kontinwament u għandha tiġi tradotta għal-lingwa/i meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed il-prodott jew fejn jitqiegħed għad-dispożizzjoni.
3. Meta prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun soġġett għal aktar minn att legali wieħed tal-Unjoni li jirrikjedi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward tat-tali atti legali kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara l-atti legali tal-Unjoni kkonċernati u r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom. Tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet ta’ konformità tal-UE individwali rilevanti.
4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott.
Artikolu 45
Prinċipji ġenerali tal-markatura CE
Il-markatura CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Artikolu 46
Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-markatura CE
1. Il-markatura CE għandha titwaħħal mal-prodott b’mod li tkun viżibbli, tinqara u ma titħassarx. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx jaqbel li jsir minħabba n-natura tal-prodott, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjawh.
2. Il-markatura CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz.
3. Għal prodott fil-fażi tal-kontroll tal-produzzjoni li fih jipparteċipa korp innotifikat, il-markatura CE għandha tiġi segwita min-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dak il-korp innotifikat.
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
4. Il-markatura CE u, meta applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat jistgħu jiġu segwiti minn pittogramma jew markatura oħra li tindika riskju jew użu speċjali.
5. L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżviluppaw il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tar-reġim li jirregola l-markatura CE u jieħdu azzjoni adatta f’każ ta’ użu skorrett tal-markatura.
Artikolu 47
Regoli speċifiċi dwar markaturi
Fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti għal markatura CE skont il-liġi tal-Unjoni, meta tispeċifika regoli dwar markaturi li jindikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-ħtieġa li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi; |
|
(b) |
il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza fir-rigward ta’ markaturi oħra applikabbli għal prodott speċifiku; u |
|
(c) |
il-ħtieġa li tkun evitata l-konfużjoni dwar it-tifsira tal-markaturi skont liġi oħra tal-Unjoni. |
KAPITOLU IX
NOTIFIKA TAL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 48
Notifika
Meta l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi jkunu previsti skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jagħmlu dawk il-kompiti.
Artikolu 49
Awtoritajiet tan-notifika
1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità tan-notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi nnotifikati, inkluż il-konformità mal-Artikolu 54.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f’konformità miegħu.
3. Meta l-awtorità tan-notifika tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità legali u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 50. Barra minn hekk, għandu jkollu arranġamenti biex ikopri obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu.
4. L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 50
Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika
1. L-awtorità tan-notifika għandha tkun stabbilita b’mod li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.
2. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.
3. L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu wettqu l-valutazzjoni.
4. L-awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi attivitajiet li jwettqu l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
5. L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tikseb. Iżda meta tintalab, din għandha tiskambja informazzjoni dwar il-korpi nnotifikati mal-Kummissjoni, mal-awtoritajiet tan-notifika ta’ Stati Membri oħrajn u ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra.
6. L-awtorità tan-notifika għandha tivvaluta biss il-korp speċifiku ta’ valutazzjoni tal-konformità li japplika għan-notifika u ma tqisx il-kapaċitajiet jew il-persunal tal-kumpaniji omm jew oħt. L-awtorità tan-notifika għandha tivvaluta dak il-korp fir-rigward tar-rekwiżiti rilevanti kollha u l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.
7. L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti u finanzjament suffiċjenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.
Artikolu 51
Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtoritajiet tan-notifika
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati, u dwar kwalunkwe bidla fihom.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 52
Rekwiżiti fir-rigward ta’ korpi nnotifikati
1. Għall-finijiet ta’ notifika, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 12.
2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u jkollu personalità ġuridika.
3. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta. Ma għandu jkollu l-ebda rabta kummerċjali ma’ organizzazzjonijiet li għandhom interess fil-prodotti li jivvaluta, b’mod partikolari l-manifatturi, is-sħab kummerċjali tagħhom u l-investituri azzjonarji tagħhom. Dan ma għandux jipprekludi lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità milli jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-manifatturi li jikkompetu ma’ xulxin.
4. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, jew ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal għanijiet personali.
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-kostruzzjoni, jew fil-kummerċjalizzazzjoni, fl-installazzjoni, fl-użu jew fil-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom ikunu notifikati. Dan għandu japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-kumpaniji omm jew oħt tagħhom, tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandux jiddelega lil sottokuntrattur jew lil sussidjarja l-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ proċeduri interni, politiki ġenerali, kodiċijiet ta’ kondotta jew regoli interni oħrajn, l-assenjazzjoni ta’ persunal tiegħu għal kompiti speċifiċi jew id-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità.
5. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku. Għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, b’mod partikolari finanzjarja, li tista’ tinfluwenza l-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
6. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4 u li fir-rigward tiegħu jkun ġie notifikat, irrispettivament minn kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqux mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu.
F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti li dwarhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
|
(a) |
il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku, u b’esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità; |
|
(b) |
id-deskrizzjonijiet meħtieġa tal-proċeduri li f’konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-konformità, li jiżguraw it-trasparenza u l-kapaċità li jiġu riprodotti dawk il-proċeduri inkluża deskrizzjoni ta’ kif il-persunal rilevanti, l-istatus u l-kompiti tagħhom jikkorrispondu mal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom il-korp ikun biħsiebu jiġi notifikat; |
|
(c) |
politiki u proċeduri xierqa biex issir distinzjoni bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u l-attivitajiet l-oħra tiegħu; |
|
(d) |
proċeduri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott inkwistjoni u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni. |
Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa.
7. Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:
|
(a) |
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat; |
|
(b) |
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jwettqu u awtorità adegwata biex iwettqu dawk il-valutazzjonijiet, inkluż għarfien u fehim xierqa tal-leġiżlazzjoni, ir-rekwiżiti tat-test, tal-kejl u tal-kalkolu rilevanti, tal-istandards armonizzati jew tal-ispeċifikazzjonijiet komuni applikabbli, u tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; |
|
(c) |
il-kapaċità li jifformula ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu twettqu. |
8. Il-persunal responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni:
|
(a) |
għandu jkun impjegat mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tan-notifika; |
|
(b) |
ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess potenzjali; |
|
(c) |
għandu jkun kompetenti biex jivverifika l-valutazzjonijiet magħmula minn persunal ieħor, esperti esterni jew sottokuntratturi; |
|
(d) |
għandu jkun biżżejjed fin-numru biex jiżgura l-kontinwità tan-negozju u approċċ konsistenti għall-valutazzjonijiet tal-konformità. |
9. Għandha tkun iggarantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u tal-maniġment superjuri tagħhom u tal-persunal tal-valutazzjoni.
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew mir-riżultati tagħhom.
10. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jagħmlu polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx imġarrba mill-Istat f’konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
11. Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet tan-notifika u awtoritajiet nazzjonali oħra tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.
12. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal tal-valutazzjoni tagħhom jiġi infurmat dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u jqisu l-gwida u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti maħruġa mill-kumitati tekniċi kompetenti tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni.
Artikolu 53
Preżunzjoni ta’ konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
Meta korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 54
Sussidjarji ta’ u sottokuntrattar minn korpi nnotifikati
1. Meta korp innotifikat jagħti b’sottokuntratt kompiti speċifiċi konnessi mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarja, dan għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarja jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.
2. Il-korpi nnotifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti mwettqa mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.
3. L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew isiru minn sussidjarja biss bil-qbil tal-klijent.
4. Il-korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarja u tal-ħidma li għamlu l-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4.
Artikolu 55
Talba għal notifika
1. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissottometti applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.
2. Ma’ dik l-applikazzjoni għandha tingħata deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew prodotti li fihom dak il-korp jiddikjara li hu kompetenti, kif ukoll ċertifikat ta’ akkreditament, jekk jeżisti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52. Iċ-ċertifikat ta’ akkreditament għandu jkun relatat biss mal-korp legali preċiż li japplika għan-notifika u għandu jkun ibbażat, minbarra l-istandards armonizzati rilevanti, fuq ir-rekwiżiti speċifiċi u l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4.
3. Meta l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditament, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika l-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.
Artikolu 56
Proċedura tan-notifika
1. L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.
2. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.
3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-prodott jew prodotti inkwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.
4. Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 55(2), l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn il-prova dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-arranġamenti stabbiliti biex ikun żgurat li dak il-korp se jiġi mmonitorjat regolarment u se jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.
5. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat jekk il-Kummissjoni jew l-Istati Membri l-oħra ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni fi żmien ġimagħtejn minn notifika meta jintuża ċertifikat ta’ akkreditament, jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma jintużax akkreditament.
Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
6. In-notifika għandha ssir valida l-jum wara li l-korp ikun inkluż fil-lista tal-korpi nnotifikati msemmija fl-Artikolu 57(2) mill-Kummissjoni.
Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat biss wara li n-notifika tkun saret valida.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tippubblika notifika jekk tkun jew issir taf li l-korp innotifikat rilevanti ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.
7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati jekk isir tibdil sussegwenti rilevanti fin-notifika.
Artikolu 57
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi nnotifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp innotifikat.
Għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anke meta l-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista tal-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament disponibbli għall-pubbliku, inkluż in-numri ta’ identifikazzjoni li jkunu ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 58
Tibdil fin-notifika
1. Meta awtorità tan-notifika tkun ċerta jew ġiet infurmata li korp innotifikat ma għadux konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52, jew ma jkunx qed jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu ssodisfati. Din għandha tgħarraf minnufih b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, skont il-każ.
2. Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew meta l-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp innotifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika u ta’ sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli meta jintalbu.
Artikolu 59
Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi nnotifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha meta jkollha jew issir taf b’xi dubju dwar il-kompetenza ta’ korp innotifikat, jew jekk korp innotifikat ikunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li hu soġġett għalihom.
2. L-Istat Membru tan-notifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew iż-żamma tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.
4. Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp innotifikat ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, għandha tinforma lill-Istat Membru tan-notifika skont il-każ u titolbu biex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.
Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-korpi nnotifikati msemmija fl-Artikolu 57(2) fi żmien ġimagħtejn min-notifika tal-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri tan-notifika f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 60
Obbligi ta’ operazzjonijiet għal korpi nnotifikati
1. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità f’konformità mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità previsti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
2. Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, billi jkunu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.
B’dan il-mod, dawn għandhom iżda jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti rilevanti.
3. Meta korp innotifikat isib li manifattur ma jissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti jew l-istandards armonizzati korrispondenti, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra, dan għandu jitlob lil dak il-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa fid-dawl tal-aħħar valutazzjoni tal-konformità, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jissewwew, f’liema każ ma għandux joħroġ ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni.
4. Meta, waqt il-monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat f’konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità previsti f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jew ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni, korp innotifikat isib li l-prodott jew il-manifattur ma jkunux jew ma għadhomx konformi, dan għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni jekk ikun meħtieġ.
5. Meta ma jittiħdux miżuri korrettivi jew meta dawn ma jħallux l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni, kif ikun xieraq.
Artikolu 61
Obbligu ta’ informazzjoni fuq il-korpi nnotifikati
1. Il-korpi nnotifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:
|
(a) |
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat; |
|
(b) |
kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu u fuq il-kundizzjonijiet għan-notifika; |
|
(c) |
kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità; |
|
(d) |
fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra mwettqa, inkluż l-attivitajiet transfruntieri u s-sottokuntrattar. |
2. Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess grupp ta’ prodotti b’informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma’ riżultati negattivi tal-valutazzjoni tal-konformità u, jekk jintalbu, dawk pożittivi.
3. Meta l-Kummissjoni jew l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru tressaq talba lil korp innotifikat stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor b’rabta mal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa minn dak il-korp innotifikat, din għandha tibgħat kopja ta’ dik it-talba lill-awtorità tan-notifika ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jwieġeb din it-talba mingħajr dewmien u fi żmien 15-il jum. L-awtorità tan-notifika għandha tiżgura li tali talbiet jissolvew mill-korp innotifikat.
4. Meta l-korpi nnotifikati jkollhom jew jirċievu evidenza rigward is-segwenti, huma għandhom iwissu, u jikkondividu dik l-evidenza ma’, l-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq jew mal-awtorità tan-notifika rilevanti, kif xieraq:
|
(a) |
li korp innotifikat ieħor ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52 jew mal-obbligi tiegħu; |
|
(b) |
li imqiegħed fis-suq ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4; jew |
|
(c) |
li prodott imqiegħed fis-suq, minħabba l-kundizzjoni fiżika tiegħu, aktarx li jikkawża riskju serju. |
Artikolu 62
Skambji ta’ esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.
Artikolu 63
Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament u li dawn jitħaddmu kif xieraq fil-forma ta’ grupp jew gruppi ta’ korpi nnotifikati, meta xieraq, inkluż gruppi ta’ korpi nnotifikati skont l-istess att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jew fir-rigward ta’ kompiti simili ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Il-korpi nnotifikati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ kwalunkwe grupp rilevanti, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti deżinjati.
2. Il-korpi nnotifikati għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali kull dokument rilevanti maħluq permezz tal-ħidma tal-gruppi msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-gruppi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. Meta jagħmlu dan, dawk il-gruppi għandhom iqisu l-gwida u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti maħruġa mill-kumitati tekniċi kompetenti tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni.
KAPITOLU X
INĊENTIVI
Artikolu 64
Inċentivi tal-Istati Membri
1. Meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, dawk l-inċentivi għandhom ikunu mmirati lejn l-aktar żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni li huma popolati fil-livell tal-Unjoni jew, meta rilevanti, lejn prodotti b’Ekotikketta tal-UE.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal prodotti relatati mal-enerġija jew tajers koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li huma wkoll soġġetti għal rekwiżiti ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika jew tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2020/740 għandhom japplikaw rispettivament.
Artikolu 65
Akkwist pubbliku ekoloġiku
1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE jew 2014/25/UE, għandhom jagħtu kuntratti pubbliċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għax-xiri ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, jew għal xogħlijiet jew servizzi fejn dawk il-prodotti jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti (“rekwiżiti minimi”).
2. Ir-rekwiżiti minimi għandhom jiġu stabbiliti kif xieraq, sabiex jiġu inċentivati l-provvista u d-domanda għal prodotti ambjentalment sostenibbli koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu l-valur u l-volum tal-kuntratti pubbliċi mogħtija għall-gruppi ta’ prodotti rilevanti u l-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti biex jixtru prodotti aktar ambjentalment sostenibbli mingħajr ma jinvolvu kostijiet sproporzjonati.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi fil-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, kriterji tal-għoti, kundizzjonijiet jew miri għat-twettiq tal-kuntratt.
Ir-rekwiżiti minimi għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-aspetti tal-prodott indirizzati fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 applikabbli għall-gruppi ta’ prodotti inkwistjoni, kif rilevanti għal dawk il-gruppi ta’ prodotti.
Ir-rekwiżiti minimi għandhom ikunu bbażati fuq l-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni, l-ogħla punteġġi jew, meta ma jkunux disponibbli, fuq l-aħjar livelli ta’ prestazzjoni possibbli kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 applikabbli għall-gruppi ta’ prodotti inkwistjoni.
Il-kriterji tal-għoti għandhom, meta xieraq, ikollhom piż minimu ta’ bejn 15 % u 30 % fil-proċess tal-għoti li jippermettilhom li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-proċedura tal-offerti u li tiffavorixxi l-għażla tal-aktar prodotti ambjentalment sostenibbli.
Il-miri għandhom jirrikjedu, fuq bażi annwali jew pluriennali, perċentwal minimu ta’ 50 % tal-akkwist imwettaq fil-livell ta’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti, jew fil-livell nazzjonali aggregat, tal-aktar prodotti ambjentalment sostenibbli kif imsemmi fir-raba’ subparagrafu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
KAPITOLU XI
SORVELJANZA TAS-SUQ
Artikolu 66
Attivitajiet ippjanati għas-sorveljanza tas-suq
1. Kull Stat Membru għandu, fl-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1020, jipprovdi sezzjoni dwar l-attivitajiet għas-sorveljanza tas-suq ippjanati biex ikun żgurat li jsiru l-kontrolli xierqa, inklużi, meta xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorju, fuq skala adegwata rigward dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Is-sezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha mill-anqas tinkludi:
|
(a) |
il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet komuni identifikati mill-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”), stabbilit skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020, f’konformità mal-Artikolu 68(1), il-punt (a), u r-rapporti skont l-Artikolu 67(2). |
|
(b) |
l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ippjanati biex jonqos jew jintemm in-nuqqas ta’ konformità għal dawk il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet, inkluż in-natura tal-kontrolli li għandhom jitwettqu matul il-perjodu kopert mill-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq. |
2. Il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), għandhom jiġu identifikati abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inkluż:
|
(a) |
il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità osservati fis-suq li jaqa’ fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq; |
|
(b) |
l-impatti ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità; |
|
(c) |
meta disponibbli, l-għadd ta’ lmenti riċevuti mingħand utenti finali jew organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, jew informazzjoni oħra riċevuta mingħand operaturi ekonomiċi jew mingħand il-media; |
|
(d) |
l-għadd ta’ prodotti rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq; u |
|
(e) |
l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi rilevanti attivi fis-suq li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. |
3. Għall-kategoriji ta’ prodotti identifikati bħala li jirrappreżentaw riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità, il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, meta xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorju bbażati fuq kampjuni adegwati.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw mingħand l-operatur ekonomiku responsabbli l-kostijiet tal-ispezzjoni tad-dokumenti u tal-ittestjar fiżiku tal-prodotti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
Artikolu 67
Rapportar u valutazzjoni komparattiva
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 informazzjoni dwar in-natura u s-severità ta’ kwalunkwe penali imposta fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha, kull erba’ snin, tfassal rapport sat-30 ta’ Ġunju abbażi tal-informazzjoni mdaħħla mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Dak ir-rapport għandu jinkludi:
|
(a) |
informazzjoni dwar in-natura u l-għadd ta’ kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq matul l-erba’ snin kalendarji preċedenti skont l-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2019/1020; |
|
(b) |
informazzjoni dwar il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati u dwar in-natura u s-severità tal-penali imposti għall-erba’ snin kalendarji preċedenti fir-rigward ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
tqabbil tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu mal-attivitajiet ippjanati fil-kuntest tat-taqsima dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imfassla skont l-Artikolu 66(1); |
|
(d) |
parametri referenzjarji indikattivi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli u tan-natura u s-severità tal-penali imposti; |
|
(e) |
lista ta’ prijoritajiet għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’termini ta’ prodotti u rekwiżiti. |
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tagħmlu pubbliku. L-ewwel wieħed minn dawk ir-rapporti għandu jiġi ppubblikat mid-19 ta’ Lulju 2028.
Artikolu 68
Koordinazzjoni u appoġġ tas-sorveljanza tas-suq
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ADCO għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari u, meta meħtieġ, fuq talba motivata tal-Kummissjoni jew ta’ żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq parteċipanti jew aktar.
Fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-ADCO għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tat-taqsima dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imfassla skont l-Artikolu 66(1) u għandu jidentifika:
|
(a) |
prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66(1), ibbażati fuq kriterji oġġettivi kif imsemmi fl-Artikolu 66(2); |
|
(b) |
prijoritajiet għall-appoġġ tal-Unjoni skont il-paragrafu 2; |
|
(c) |
rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 li jiġu applikati jew interpretati b’mod differenti u li għandhom ikunu prijoritajiet għall-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ komuni jew għall-adozzjoni ta’ linji gwida skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
2. Abbażi tal-prijoritajiet identifikati mill-ADCO, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
torganizza proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni; |
|
(b) |
torganizza investiment konġunt fil-kapaċitajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż it-tagħmir u l-għodod tal-IT; |
|
(c) |
torganizza programmi ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi nnotifikati, inkluż programmi dwar l-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 u dwar il-metodi u t-tekniki rilevanti għall-applikazzjoni jew għall-verifika tal-konformità ma’ tali rekwiżiti; |
|
(d) |
tfassal linji gwida għall-applikazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq. |
|
(e) |
meta xieraq, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u mal-esperti. |
L-Unjoni għandha, meta xieraq, tiffinanzja l-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c).
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku biex tiżgura li l-ADCO jissodisfa l-kompiti tiegħu stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020 meta tali kompiti jkunu relatati ma’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU XII
PROĊEDURI TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 69
Proċedura fir-rigward ta’ prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali
1. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jippreżenta riskju, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni li tkopri r-rekwiżiti kollha rilevanti għar-riskju u stipulati f’dan ir-Regolament jew fl-att delegat rilevanti.
Meta, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fl-att delegat applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn għandhom, mingħajr dewmien, jitolbu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata, f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura u, meta rilevanti, il-grad tan-nuqqas ta’ konformità, biex jintemm in-nuqqas ta’ konformità. Dik l-azzjoni korrettiva tista’ tinkludi fost l-oħrajn l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw b’dan lill-korp innotifikat rilevanti.
2. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-azzjoni korrettiva li eżiġew li jieħu l-operatur ekonomiku.
3. L-operatur ekonomiku rilevanti għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kollha li jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew jekk jippersisti n-nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-prodott ikkonċernat fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtirawh minn dak is-suq jew biex isejħuh lura.
Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, b’dawk il-miżuri.
5. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u n-nuqqas ta’ konformità involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:
|
(a) |
in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament; jew |
|
(b) |
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-Regolament li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità. |
6. L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li jibda l-proċedura għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tal-prodott ikkonċernat, u, f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, tal-oġġezzjonijiet tagħhom.
7. Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata. Dik il-miżura provviżorja tista’ tispeċifika perjodu ta’ aktar minn tliet xhur biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-prodotti jew tar-rekwiżiti kkonċernati.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.
Artikolu 70
Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
1. Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 69(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.
2. Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott li ma jkunx konformi jiġi irtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont dan.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
3. Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott jiġi attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
4. Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott jiġi attribwit għan-nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jemendaw jew iħassru l-ispeċifikazzjonijiet komuni kkonċernati.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Artikolu 71
Nuqqas ta’ konformità formali
1. Meta Stat Membru jagħmel waħda minn dawn is-sejbiet, dan għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta’ konformità kkonċernat:
|
(a) |
il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
il-markatura CE ma tkunx twaħħlet; |
|
(c) |
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 46 jew ma jkunx twaħħal fejn meħtieġ; |
|
(d) |
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret; |
|
(e) |
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret kif suppost; |
|
(f) |
id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli, ma tkunx kompleta jew ikun fiha żbalji; |
|
(g) |
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(6) jew l-Artikolu 29;(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta; |
|
(h) |
kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 27 jew fl-Artikolu 29 jew fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4, ma jiġix issodisfat. |
2. Meta jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.
KAPITOLU XIII
SETGĦAT DELEGATI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT
Artikolu 72
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11, it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 25(3) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-18 ta’ Lulju 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal tul ta’ żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4, l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11, it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 25(3) u (5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11, it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 12(4), jew l-Artikolu 25(3) jew (5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 73
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU XIV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 74
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:
|
(a) |
in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
|
(b) |
meta xieraq, il-karattru intenzjonat jew negliġenti tal-ksur; |
|
(c) |
il-kapaċità finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli; |
|
(d) |
il-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur għall-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati; |
|
(e) |
il-ħsara ambjentali kkawżata mill-ksur; |
|
(f) |
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli biex timmitiga jew tirrimedja l-ħsara kkawżata; |
|
(g) |
in-natura ripetittiva jew unika tal-ksur; |
|
(h) |
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. |
3. L-Istati Membri għandhom mill-anqas ikunu jistgħu jimponu l-penali li ġejjin f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
multi; |
|
(b) |
esklużjoni limitata fi-żmien mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku. |
Artikolu 75
Monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Fost id-dokumenti preparatorji rilevanti għall-aġġornament tal-pjan ta’ ħidma f’konformità mal-Artikolu 18(3), il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn bil-ħsieb li timmonitorja t-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali u ċ-ċirkolarità tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
2. Sad-19 ta’ Lulju 2030, u kull sitt snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern, inkluż fir-rigward tas-settur tal-użu mill-ġdid u r-rinnovazzjoni, il-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (h), u l-obbligi stipulati fil-Kapitolu VI, b’mod partikolari l-eżenzjonijiet għall-intrapriżi żgħar u l-mikrointrapiżi, u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti. Bħala parti minn dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-inklużjoni tal-adattament awtomatiku tar-rekwiżiti tal-ekodisinn abbażi tat-titjib tal-prestazzjoni tal-prodott fil-prodotti li jkunu qed jiġu mqiegħda fis-suq. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. Sad-19 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-benefiċċji potenzjali tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà soċjali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.
5. Meta xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rapporti msemmija fil-paragrafi 2 u 4 bi proposta leġiżlattiva għal emenda ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 76
Rimedju għall-konsumatur
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, l-operaturi ekonomiċi li ġejjin għandhom ikunu responsabbli għad-dannu mġarrab mill-konsumatur:
|
(a) |
il-manifattur; jew, |
|
(b) |
f’każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tiegħu stess, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur; jew, |
|
(c) |
f’każ li l-importatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni jew ma jkun hemm l-ebda rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, il-fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni. |
Ir-responsabbiltà ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi għad-dannu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
Artikolu 77
Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
Il-punt 27 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/1828 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(27) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1726, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1726/oj)”. |
Artikolu 78
Emenda għar-Regolament (UE) 2023/1542
Fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2023/1542, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“10. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-batterija fis-suq jew fis-servizz għandu jtella’ l-identifikatur uniku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2024/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).
Artikolu 79
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Id-Direttiva 2009/125/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ Lulju 2024, bl-eċċezzjoni:
|
(a) |
tal-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 8(2), l-Artikoli 11, 14, 15, 18 u 19 u l-Annessi I, II, IV, V u VII tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 19 u 20 ta’ u l-Annessi I, II, III u IV ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw:
|
|
(b) |
L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-Artikoli 4, 5 u 8, l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 10, 14 u 20 ta’ u l-Annessi IV, V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 27, 29 u 2, l-Artikolu 41(4), l-Artikolu 43(2), l-Artikoli 44, 45 u 46 u l-Artikolu 74 ta’ u l-Annessi IV u V ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ prodotti regolati minn miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva sakemm tali miżuri jitħassru jew jiġu ddikjarati obsoleti. |
Il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandu japplika ladarba l-Kummissjoni tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE għall-prodotti msemmija fil-punt (a)(i) u (ii).
2. L-Artikoli 3 u 40 u l-Artikoli 66 sa 71 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti regolati mill-miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE.
3. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.
4. Għall-prodotti mqiegħda fis-suq jew fis-servizz skont id-Direttiva 2009/125/KE qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament li jkopri l-istess prodotti, il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data meta ġie manifatturat l-aħħar prodott minn dawk il-prodotti, jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni relatata mal-valutazzjoni tal-konformità u mad-dikjarazzjoni ta’ konformità disponibbli għall-ispezzjoni fi żmien għaxart ijiem minn talba li tasal mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew mill-Kummissjoni.
Artikolu 80
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 123.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2024.
(3) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(4) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 10.
(5) ĠU C 465, 17.11.2021, p. 11.
(6) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(9) Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).
(10) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(14) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(15) Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(18) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 | dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(19) Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
(20) Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10).
(21) Id-Direttiva (UE) 2024/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj).
(22) Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).
(23) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(24) Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
(25) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(26) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(27) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(28) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 471, 30.12.2021, p. 1).
(29) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(30) Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
(31) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(32) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(33) Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
(34) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(35) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
(36) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(37) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(38) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(39) Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1).
(40) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(41) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(42) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(43) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(44) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
(45) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
(46) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(47) ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.
(48) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(49) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93(ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(50) Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).
(51) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(52) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(53) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(54) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(55) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(56) Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22/05/2019, p. 28).
(57) Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).
(58) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-Intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(59) Ir-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59).
(60) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(61) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1).
(62) Ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1).
ANNESS I
Parametri tal-prodott
Il-parametri li ġejjin għandhom, kif xieraq, u meta meħtieġ, jiġu ssupplimentati minn oħrajn, jintużaw, b’mod individwali jew flimkien, bħala bażi għat-titjib tal-aspetti tal-prodott:
|
(a) |
id-durabbiltà u l-affidabbiltà tal-prodott jew tal-komponenti tiegħu kif espressi permezz tal-ħajja garantita tal-prodott, il-ħajja teknika, iż-żmien medju bejn il-ħsarat, l-indikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-użu reali dwar il-prodott, ir-reżistenza għall-istress jew il-mekkaniżmi ta’ tqaddim; |
|
(b) |
il-faċilità tat-tiswija u l-manutenzjoni, kif espressa permezz tal-karatteristiċi, id-disponibbiltà, il-ħin tal-konsenja u l-affordabbiltà tal-partijiet ta’ rikambju, il-modularità, il-kompatibbiltà mal-għodod u mal-partijiet ta’ rikambju disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà tal-istruzzjonijiet dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u jekk għodod speċjalizzati humiex meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal hardware u software meħtieġa jew l-użu tagħhom; |
|
(c) |
il-faċilità tal-aġġornament, tal-użu mill-ġdid, tal-manifattura mill-ġdid u tar-rinnovazzjoni kif espressa permezz tan-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u tal-għodod meħtieġa, il-faċilità taż-żarmar u tal-assemblaġġ mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u s-software meħtieġa u l-użu tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-protokolli tat-test jew tagħmir tal-ittestjar mhux disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà ta’ garanziji speċifiċi għal prodotti manifatturati mill-ġdid jew rinnovati, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal teknoloġiji protetti bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew l-użu tagħhom, il-modularità; |
|
(d) |
id-disinn għar-riċiklaġġ, il-faċilità u l-kwalità tar-riċiklaġġ kif espressi permezz tal-użu ta’ materjali faċilment riċiklabbli, l-aċċess sikur, faċli u mhux distruttiv għal komponenti u materjali riċiklabbli jew komponenti u materjali li fihom sustanzi perikolużi u l-kompożizzjoni tal-materjal u omoġeneità, il-possibbiltà ta’ separazzjoni b’purità għolja, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u l-għodod meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u s-software meħtieġa jew l-użu tagħhom; |
|
(e) |
l-evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ detriment għall-użu mill-ġdid, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ prodotti u komponenti; |
|
(f) |
l-użu ta’ sustanzi, u b’mod partikolari l-użu ta’ sustanza ta’ tħassib, waħedhom, bħala kostitwenti ta’ sustanzi jew f’taħlitiet, tul il-proċess tal-produzzjoni ta’ prodotti, jew li jwassal għall-preżenza tagħhom fi prodotti, inkluż ladarba dawk il-prodotti jsiru skart u l-impatti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; |
|
(g) |
l-użu jew il-konsum tal-enerġija, tal-ilma u ta’ riżorsi oħra fi stadju wieħed jew aktar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, inkluż l-effett ta’ fatturi fiżiċi jew aġġornamenti tas-software u tal-firmware fuq l-effiċjenza tal-prodott u inkluż l-impatt fuq id-deforestazzjoni; |
|
(h) |
l-użu jew il-kontenut ta’ materjali riċiklati u l-irkupru ta’ materjali, inkluż materja prima kritika; |
|
(i) |
l-użu jew il-kontenut ta’ materjali rinnovabbli sostenibbli; |
|
(j) |
il-piż u l-volum tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu, u l-proporzjon bejn il-prodott u l-imballaġġ; |
|
(k) |
l-inkorporazzjoni ta’ komponenti użati; |
|
(l) |
il-kwantità, il-karatteristiċi u d-disponibbiltà tal-oġġetti tal-konsum meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni tajba kif espressi, fost l-oħrajn, permezz tar-rendiment, il-ħajja teknika, il-kapaċità ta’ użu mill-ġdid, tiswija u manifattura mill-ġdid, l-effiċjenza fir-riżorsi tal-massa u l-interoperabbiltà; |
|
(m) |
l-impronta ambjentali tal-prodott, espressa bħala kwantifikazzjoni, f’konformità mal-att delegat applikabbli, tal-impatti ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija tal-impatt ambjentali waħda jew aktar jew ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt; |
|
(n) |
l-impronta tal-karbonju tal-prodott; |
|
(o) |
l-impronta tal-materjali tal-prodott; |
|
(p) |
ir-rilaxx tal-mikroplastik u tan-nanoplastik kif espress permezz tar-rilaxx matul l-istadji rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, inkluż matul il-manifattura, it-trasport, l-użu, u l-istadji ta’ tmiem il-ħajja; |
|
(q) |
l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija rilaxxati fi stadju wieħed jew aktar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kif espressi permezz tal-kwantitajiet u n-natura tal-emissjonijiet, inkluż il-ħoss; |
|
(r) |
l-ammonti ta’ skart iġġenerat, inkluż l-iskart mill-plastik u l-iskart mill-imballaġġ u l-faċilità tal-użu mill-ġdid tagħhom, u l-ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat; |
|
(s) |
il-prestazzjoni funzjonali u l-kundizzjonijiet għall-użu inkluż kif espress permezz tal-abbiltà li jitwettaq l-użu maħsub tagħhom, il-prekawzjonijiet tal-użu, il-ħiliet meħtieġa u l-kompatibbiltà ma’ prodotti jew sistemi oħra; |
|
(t) |
disinn ħafif kif espress permezz tat-tnaqqis fil-konsum tal-materjal, l-ottimizzazzjoni tat-tagħbija u tal-istress tal-istrutturi, l-integrazzjoni tal-funzjonijiet fil-materjal jew f’komponent wieħed tal-prodott, l-użu ta’ materjali b’densità aktar baxxa jew b’saħħa għolja u materjali ibridi, fir-rigward tal-iffrankar tal-materjali, ir-riċiklaġġ u aspetti oħra taċ-ċirkolarità, u t-tnaqqis tal-iskart. |
ANNESS II
Proċedura għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifiċi għall-prodotti jew orizzontali għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tagħżel numru ta’ mudelli rappreżentattivi tal-prodott jew tal-prodotti inkwistjoni fis-suq u tidentifika l-għażliet tekniċi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I,filwaqt li titqies il-vijabbiltà ekonomika tal-għażliet u jkunu evitati żieda sinifikanti f’impatti ambjentali oħra taċ-ċiklu tal-ħajja, u telf sinifikanti ta’ prestazzjoni jew siwi għall-konsumaturi.
L-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tidentifika wkoll, għall-parametru li qed jiġi kkunsidrat, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġiji disponibbli fis-suq, kif ukoll titjib fit-teknoloġija emerġenti.
Il-prestazzjoni tal-prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-liġijiet ta’ pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti.
Abbażi tal-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu, u filwaqt li titqies il-fattibbiltà ekonomika u teknika, inkluż id-disponibbiltà ta’ riżorsi u teknoloġiji ewlenin, u l-potenzjal ta’ titjib, għandhom jiġu definiti livelli jew rekwiżiti mhux kwantitattivi.
Kull limitu ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (f) għandu jkun ibbażat fuq analiżi bir-reqqa tas-sostenibbiltà tas-sustanzi u l-alternattivi identifikati tagħhom, u ma għandux ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Kull rekwiżit tal-prestazzjoni rigward sustanzi kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (f), għandu jqis il-valutazzjonijiet eżistenti tas-sikurezza kimika mwettqa mill-korpi rilevanti tal-Unjoni għas-sustanzi kkonċernati, kif ukoll sikuri u sostenibbli permezz tal-kriterji tad-disinn għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali żviluppati mill-Kummissjoni. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni proposti għandhom jikkunsidraw ukoll aspetti ta’ infurzabbiltà, bħal limiti ta’ detezzjoni analitika.
Meta rilevanti, l-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tqis l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima fuq il-prodott matul il-ħajja prospettiva tiegħu, u l-potenzjal tal-prodott li jtejjeb ir-reżiljenza għall-klima tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.
Għandha issir analiżi tas-sensittività li tkopri l-fatturi rilevanti, bħall-prezz tal-enerġija jew riżorsi oħra, il-kost tal-materja prima u t-teknoloġiji meħtieġa, il-kostijiet tal-produzzjoni, ir-rati ta’ skont, u, meta xieraq, il-kostijiet ambjentali esterni, inkluż l-emissjonijiet evitati tal-gassijiet serra.
Għall-iżvilupp tal-analiżijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha titqies l-informazzjoni rilevanti disponibbli fil-qafas ta’ attivitajiet oħrajn tal-Unjoni, inklużi fost l-oħrajn pjanijiet direzzjonali settorjali eżistenti kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2021/1119, u għandha tinkludi informazzjoni teknika użata bħala bażi għar-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-Direttiva 2010/75/UE, kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, jew derivata minnhom.
Dan għandu japplika wkoll għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f’partijiet oħrajn tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-prodotti nnegozjati mas-sħab ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS III
Passaport diġitali tal-prodotti
(imsemmi fl-Artikoli 9 sa 12)
Ir-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jispeċifikaw liema data għandha jew tista’ tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti minn fost l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7(2), il-punt (b), u l-Artikolu 7(5) jew minn liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-grupp ta’ prodotti rilevanti; |
|
(b) |
l-identifikatur uniku tal-prodott fil-livell indikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4; |
|
(c) |
in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kummerċ Globali kif previst fl-istandard ISO/IEC 15459-6 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni/il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali jew ekwivalenti ta’ prodotti jew il-partijiet tagħhom; |
|
(d) |
il-kodiċijiet rilevanti tal-komoditajiet, bħall-kodiċi TARIC kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87; |
|
(e) |
id-dokumentazzjoni tal-konformità u l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament jew liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott, bħad-dikjarazzjoni ta’ konformità, id-dokumentazzjoni teknika jew iċ-ċertifikati tal-konformità; |
|
(f) |
il-manwali tal-utent, l-istruzzjonijiet, it-twissijiet jew l-informazzjoni dwar is-sikurezza, kif meħtieġ minn liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott; |
|
(g) |
l-informazzjoni relatata mal-manifattur, bħall-identifikatur uniku tal-operatur tiegħu u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(7); |
|
(h) |
l-identifikaturi uniċi tal-operatur minbarra dawk tal-manifattur; |
|
(i) |
l-identifikaturi uniċi tal-faċilità; |
|
(j) |
l-informazzjoni relatata mal-importatur, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(3) u n-numru tar-Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tiegħu; |
|
(k) |
l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u l-identifikatur tal-operatur uniku tal-operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020, jew fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2023/988, jew kompiti simili skont liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott. |
|
(l) |
ir-referenza tal-fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti li jospita l-kopja ta’ riżerva tal-passaport diġitali tal-prodotti. |
Il-mezz tad-data, l-identifikatur uniku tal-prodott imsemmi fil-punt (b), l-identifikaturi uniċi tal-operaturi msemmija fil-punti (g), (h) u (k), u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità msemmija fil-punt (i) għandhom, meta rilevanti għall-prodotti kkonċernati, jikkonformaw mal-istandards ISO/IEC 15459-1:2014, ISO/IEC 15459-2:2015, ISO/IEC 15459-3:2014, ISO/IEC 15459-4:2014, ISO/IEC 15459-5:2014 and ISO/IEC 15459-6:2014.
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jidentifikaw l-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn li l-manifatturi jistgħu jinkludu fil-passaport diġitali tal-prodotti flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(2), il-punt (a), inkluż informazzjoni dwar tikketti volontarji speċifiċi applikabbli għall-prodott. Dan għandu jinkludi jekk tkunx ingħatat Ekotikketta tal-UE lill-prodott f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 66/2010.
ANNESS IV
Kontroll intern tal-produzzjoni
(Modulu A)
1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jassigura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
2. Dokumentazzjoni teknika
Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kull meta applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:
|
— |
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu, |
|
— |
disinn kunċettwali u disinji tal-manifattura u skemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġ, taċ-ċirkwiti, eċċ. |
|
— |
deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott, |
|
— |
lista tal-istandards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti meta dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati, |
|
— |
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li saru, l-eżamijiet li twettqu, eċċ., |
|
— |
ir-riżultati tal-kejl imwettaq fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inklużi d-dettalji tal-konformità ta’ dan il-kejl meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4, |
|
— |
rapporti tat-testijiet, u |
|
— |
kopja tal-informazzjoni pprovduta f’konformità mar-rekwiżit ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 7. |
3. Manifattura
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw il-konformità tal-prodott mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
4. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura tal-konformità meħtieġa ma’ kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott f’konformità mal-Artikolu 44 u jżommha, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal għaxar snin minn meta l-prodott ikun imqiegħed fis-suq jew fis-servizz. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tidentifika l-prodott li tkun tfasslet għalih.
Jekk tintalab, għandha tkun magħmula disponibbli kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità lill-awtoritajiet rilevanti.
5. Rappreżentant awtorizzat
L-obbligi tal-manifatturi stabbiliti fil-punt 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tagħhom, f’isimhom u fir-responsabbiltà tagħhom, dment li l-obbligi jkunu speċifikati fil-mandat.
ANNESS V
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
(imsemmija fl-Artikolu 44)
1.
Nru … (identifikazzjoni unika tal-prodott):
2.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur u, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur:
3.
Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità tinħareġ fir-responsabbiltà unika tal-manifattur:
4.
L-għan tad-dikjarazzjoni (deskrizzjoni tal-prodott suffiċjenti għall-identifikazzjoni mhux ambigwa tiegħu u li tippermetti t-traċċabbiltà; meta meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-prodott, din tista’ tinkludi immaġni):
5.
L-għan tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (4) huwa konformi ma’ dan ir-Regolament, mal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 u, meta applikabbli, ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:
6.
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti jew għall-ispeċifikazzjonijiet komuni użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità:
7.
Meta applikabbli, il-korp innotifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni … (numru):
8.
Meta xieraq, ir-referenza għal liġijiet oħra tal-Unjoni li jipprevedu t-twaħħil tal-markatura CE li jiġu applikati:
9.
L-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur:
10.
Informazzjoni addizzjonali:iffirmata għal u f’isem:
(il-post u d-data tal-ħruġ):
(l-isem, il-funzjoni) (firma)
ANNESS VI
Kriterji għall-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 21)
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ kriterji għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21:
|
1. |
Grad ta’ ftuħ tal-parteċipazzjoni Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ kull operatur li jqiegħed fis-suq prodott kopert mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, inkluż SMEs u operaturi ta’ pajjiżi terzi, fil-fażijiet preparatorji u fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni. L-operaturi ekonomiċi li jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom iħabbru lill-pubbliku l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan qabel ma jinbeda l-proċess tal-iżvilupp tal-miżura. |
|
2. |
Sostenibbiltà u valur miżjud Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ dan ir-Regolament u jridu jkunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jrid ikollhom approċċ integrat għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-interessi tal-konsumaturi, tas-saħħa, tal-kwalità tal-ħajja u tal-interessi ekonomiċi. |
|
3. |
Rappreżentattività L-industrija u l-assoċjazzjonijiet relatati tagħha li jieħdu sehem f’miżura ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jirrappreżentaw maġġoranza kbira tas-settur ekonomiku rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b). Trid tingħata attenzjoni biex ikun żgurat ir-rispett għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 101 TFUE fir-rigward ta’ ftehimiet antikompetittivi. |
|
4. |
Objettivi kwantifikati u mqassma fi stadji L-objettivi definiti mill-firmatarji fil-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni tagħhom iridu jiġu stabbiliti b’termini ċari, kwantifikabbli u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun tkopri perjodu twil ta’ żmien, iridu jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi u mal-miri temporanji b’mod affordabbli u kredibbli permezz ta’ indikaturi ċari u affidabbli. |
|
5. |
Involviment tas-soċjetà ċivili Biex tkun żgurata t-trasparenza, iridu jiġu ppubblikati miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni, inkluż f’sit web pubbliku u aċċessibbli b’xejn online u b’mezzi elettroniċi oħra għat-tixrid tal-informazzjoni. Il-partijiet ikkonċernati, inkluż l-Istati Membri, l-industrija, l-NGOs ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, għandhom jiġu mistiedna jikkummentaw dwar miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. |
|
6. |
Monitoraġġ u rapportar Spettur indipendenti jrid jintgħażel u jinħatar biex jimmonitorja l-konformità tal-firmatarji mal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni trid tagħti s-setgħa lill-ispettur indipendenti biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tagħha. Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni trid ukoll tistabbilixxi l-proċedura biex jintgħażel l-ispettur indipendenti u r-regoli biex jiġi żgurat li l-ispettur ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess u jkollu l-ħiliet meħtieġa biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tagħha. Kull sena, kull firmatarju jrid jirrapporta l-informazzjoni u d-data kollha meħtieġa biex l-ispettur indipendenti jivverifika b’mod affidabbli l-konformità tal-firmatarju mal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. L-ispettur indipendenti jrid ifassal rapport ta’ konformità fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar ta’ sena. Meta firmatarju ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, dan irid jieħu azzjoni korrettiva. L-ispettur indipendenti jrid jinnotifika lill-firmatarji l-oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni dwar nuqqas ta’ konformità minn firmatarju u dwar l-azzjoni korrettiva li l-firmatarju jkun biħsiebu jieħu. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe attività ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq li matula jkun ġie identifikat nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom jitqiesu mill-ispettur indipendenti, b’mod partikolari fir-rapport ta’ konformità, u għandha tittieħed azzjoni korrettiva. |
|
7. |
Kosteffettività tal-amministrazzjoni ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni Il-kost tal-amministrazzjoni tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ, ma jridx iwassal għal piż amministrattiv sproporzjonat, meta mqabbel mal-objettivi tagħha u ma’ strumenti ta’ politika disponibbli oħrajn. |
ANNESS VII
Prodotti għall-konsumatur li l-qerda tagħhom mill-operaturi ekonomiċi hija pprojbita
Il-kodiċijiet tal-komoditajiet u d-deskrizzjonijiet huma meħuda min-nomenklatura magħquda kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u kif stipulat fl-Anness I tiegħu, fil-verżjoni fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2024.
|
Il-kodiċi tal-komodità |
Deskrizzjoni |
||
|
|||
|
4203 |
|
||
|
61 |
Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, innittjati jew maħdumin bil-ganċ |
||
|
62 |
Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux innittjati u mhux maħdumin bil-ganċ |
||
|
6504 |
Kpiepel u xedd ir-ras ieħor, jew imsawrin permezz tal-immaljar ta’ strixxi, inkella billi l-istrixxi ta’ kwalunkwe materjal jingħaqdu flimkien, kemm jekk ikunu infurrati jew imberflin kif ukoll jekk ma jkunux |
||
|
6505 |
Kpiepel u xedd ir-ras ieħor, innittjati jew maħdumin bil-ganċ, jew magħmulin mill-bizzilla, mill-feltru jew minn drapp tessili ieħor, bil-biċċa (iżda mhux fi strixxi), kemm jekk infurrati jew imberflin; xbieki għax-xagħar ta’ kwalunkwe materjal, kemm infurrati jew imberflin kif ukoll jekk le |
||
|
|||
|
6401 |
Xedd is-saqajn li minnu ma jgħaddix ilma, bil-pett ta’ barra u l-wiċċ tal-lastiku jew tal-plastik, li l-wiċċ tiegħu la jkun imwaħħal mal-pett u lanqas assemblat bit-tpannit, imsiemer irbattuti (rivets), imsiemer, viti, tappijiet jew proċessi simili |
||
|
6402 |
Xedd is-saqajn ieħor bil-pett ta’ barra u l-wiċċ tal-lastiku jew tal-plastik |
||
|
6403 |
Xedd is-saqajn bil-pett ta’ barra tal-lastiku, tal-plastik, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita u bil-wiċċ tal-ġild |
||
|
6404 |
Xedd is-saqajn bil-pett ta’ barra tal-lastiku, tal-plastik, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita u bil-wiċċ magħmul minn materjali tessi |
||
|
6405 |
Xedd is-saqajn ieħor |
||
ANNESS VIII
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2009/125/KE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
— |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 5 |
Artikoli 44, 45 u 46 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 7 |
Artikoli 69, 70 u 71 |
|
Artikolu 8 |
Artikoli 27 u 43 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 41 |
|
Artikolu 10 |
— |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 68 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 15 |
Artikoli 4 u 5 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
|
— |
Artikolu 24 |
|
— |
Artikolu 28 |
|
— |
Artikoli 30 sa 40 |
|
— |
Artikolu 42 |
|
— |
Artikoli 47 sa 67 |
|
— |
Artikolu 72 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 73 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 74 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 75 |
|
Artikolu 22 |
— |
|
Artikolu 23 |
— |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 79 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 80 |
|
Artikolu 26 |
— |
|
Anness I |
Artikoli 5, 7, Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
Anness III |
— |
|
Anness IV |
Anness IV |
|
Anness V |
— |
|
Anness VI |
Anness V |
|
Anness VII |
Artikolu 8 - |
|
Anness VIII |
Anness VI |
|
Anness IX |
— |
|
Anness X |
Anness VIII |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)