This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1468
Regulation (EU) 2024/1468 of the European Parliament and of the Council of 14 May 2024 amending Regulations (EU) 2021/2115 and (EU) 2021/2116 as regards good agricultural and environmental condition standards, schemes for climate, environment and animal welfare, amendment of the CAP Strategic Plans, review of the CAP Strategic Plans and exemptions from controls and penalties
Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali
Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali
PE/75/2024/REV/1
ĠU L, 2024/1468, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1468/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1468 |
24.5.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/1468 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Mejju 2024
li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-politika agrikola komuni (il-“Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (PAK). |
|
(2) |
Minkejja l-fatt li r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 jagħtu flessibbiltà sostanzjali lill-Istati Membri u għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi tal-bdiewa, l-ewwel sena ta’ applikazzjoni konkreta ta’ dawk ir-Regolamenti, permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, għamlitha ċara li ċerti aġġustamenti limitati għall-qafas legali tal-Unjoni għall-PAK huma meħtieġa biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u mal-kontroll ta’ ċerti rekwiżiti. |
|
(3) |
Barra minn hekk, il-bdiewa qed jiffaċċjaw firxa eċċezzjonali ta’ diffikultajiet u inċertezzi. B’mod partikolari, is-snin riċenti kienu kkaratterizzati minn għadd sostanzjali ta’ avvenimenti meteoroloġiċi estremi, fosthom nixfiet u għargħar f’diversi partijiet tal-Unjoni. Dawk l-avvenimenti jaffettwaw l-output u d-dħul, u jħallu impatt sinifikanti anke fuq l-eżekuzzjoni u l-kalendarju tal-prattiki agronomiċi normali. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija u tal-input u l-inċertezzi li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-għoli tal-ħajja, l-inflazzjoni, it-tnaqqis tal-2023 fil-valur tal-produzzjoni taċ-ċereali u l-bidla fil-flussi kummerċjali internazzjonali wasslu għal aktar inċertezzi u pressjonijiet fuq il-bdiewa. Il-konkorrenza ta’ dawk l-avvenimenti teżerċita pressjoni qawwija fuq il-bdiewa biex jadattaw il-ġestjoni tal-azjendi tagħhom u l-eżekuzzjoni ta’ prattiki agronomiċi, bħala maniġers tar-riżorsi naturali u bħala atturi ekonomiċi. |
|
(4) |
B’konsegwenza ta’ dan, hemm bżonn li jiġu rieżaminati u ssimplifikati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw aħjar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-ħtiġijiet tal-bdiewa u jipprovdulhom aktar flessibbiltà biex iwettqu l-attivitajiet agrikoli tagħhom filwaqt li jqisu l-isfidi dejjem akbar, l-imprevedibbiltà tat-temp u l-inċertezzi ekonomiċi. |
|
(5) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li ż-żoni agrikoli kollha, inkluż art li ma tkunx għadha tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, jinżammu f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal bdiewa u benefiċjarji oħra għal kull standard tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajbin (KAAT) elenkat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, f’konformità mal-għan ewlieni ta’ kull wieħed minn dawk l-istandards kif imsemmi f’dak l-Anness. L-objettivi ġenerali tal-protezzjoni tal-ħamrija u tal-kwalità tal-ħamrija segwit mill-istandards 5, 6 u 7 tal-KAAT huwa affettwat minn ħafna fatturi, bħat-tip ta’ ħamrija, l-għażla tal-għelejjel, il-kundizzjonijiet klimatiċi u tat-temp, u l-użu tal-art u s-sistemi tal-biedja tal-passat u tal-preżent, bħall-biedja organika li teħtieġ approċċ differenti għal ċerti operazzjonijiet. L-esperjenza turi li jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-impożizzjoni ta’ ċerti rekwiżiti, mingħajr kunsiderazzjoni xierqa għal dawk il-fatturi, bħar-restrizzjonijiet fuq il-ħdim tar-raba’ jew l-obbligi li tinżera’ matul perjodu speċifiku, jista’ jkollha impatt negattiv fuq ċerti ħamrija jew ċerti għelejjel, u saħansitra tirriskja li tmur kontra l-objettiv tal-protezzjoni tal-ħamrija. L-istandard 9 tal-KAAT jimponi projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit ta’ art bil-ħaxix permanenti ddeżinjati bħala ambjentalment sensittivi fis-siti ta’ Natura 2000. Madankollu, l-esperjenza wriet li jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn tali art bil-ħaxix permanenti li tkun ambjentalment sensittiva issirilha ħsara, pereżempju minn annimali selvaġġi jew speċijiet invażivi, u jistgħu jkunu meħtieġa miżuri xierqa biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn, inklużi eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq il-ħrit taż-żoni kkonċernati sabiex jitreġġa’lura tali art bil-ħaxix permanenti, biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-istandard 9 tal-KAAT jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet. |
|
(6) |
L-għadd dejjem jikber ta’ avvenimenti meteoroloġiċi estremi u każijiet ta’ ħsara lil art bil-ħaxix permanenti ddeżinjata bħala ambjentalment sensittivi, minħabba fatturi bħal annimali selvaġġi jew speċijiet invażivi, iżid l-inċidenza ta’ problemi speċifiċi li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-istandards 5, 6, 7 u 9 tal-KAAT, li jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-Istati Membri. Hemm ukoll riskju li tali rekwiżiti jkunu sproporzjonati fid-dawl tal-kontribut reali tagħhom biex jinkiseb l-objettiv tal-protezzjoni tal-ħamrija għall-istandards 6, 5 u 7 tal-KAAT u l-objettiva tal-protezzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet tal-istandard 9 tal-KAAT. Sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu eżenzjonijiet speċifiċi mir-rekwiżiti tal-istandards 5, 6, 7 u 9 tal-KAAT sabiex jindirizzaw problemi speċifiċi fl-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-KAAT abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, bħat-tipi ta’ ħamrija, l-għelejjel jew is-sistemi tal-biedja jew ħsara permanenti lill-art bil-ħaxix, fost l-oħrajn minħabba annimali selvaġġi u speċijiet invażivi. Dawk l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu limitati fil-kopertura taż-żona tagħhom u jenħtieġ li ma jfixklux il-kontribut ta’ dawk l-istandards biex jinkisbu l-objettivi ewlenin tagħhom, kif elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(7) |
Il-kundizzjonijiet tat-temp u l-impatt li jirriżulta fuq kundizzjonijiet f’ ż-żoni agrikoli jistgħu jipprevjenu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-istandards tal-KAAT, bħal-limiti ta’ żmien u l-perjodi tal-operazzjonijiet, f’sena partikolari. Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-bdiewa affaċċjati b’tali rekwiżiti jkunu obbligati, pereżempju, jiżirgħu l-għelejjel sa ċerta data fejn il-kundizzjonijiet tat-temp f’sena partikolari ma jippermettux li l-operazzjonijiet meħtieġa jiġu mwettqa, jew b’impatt negattiv serju biss fuq il-ħamrija, bħall-kompattazzjoni tal-ħamrija, jenħtieġ li meta jimplimentaw l-istandards minimi dwar kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba skont ir-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu derogi temporanji minn dawk ir-rekwiżiti. Tali derogi temporanji jenħtieġ li jkunu limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għall-bdiewa u benefiċjarji jew għal żoni oħra affettwati mill-kundizzjonijiet tat-temp konċernati u jenħtieġ li jiġu applikati mill-Istati Membri biss sakemm ikunu strettament meħtieġa. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi għadd ta’ elementi u għodod għall-Istati Membri biex jindirizzaw l-objettiv speċifiku li jikkontribwixxu għat-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, itejbu s-servizzi tal-ekosistema u jħarsu l-ħabitats u l-pajsaġġi msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (f) ta’ dak ir-Regolament. Wieħed minn dawk l-elementi huwa s-sistema ta’ kundizzjonalità. B’mod partikolari, l-istandard 8 tal-KAAT, kif elenkat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, jinkludi diversi rekwiżiti, inkluż obbligu li ċertu sehem ta’ raba’ li jinħadem jiġi ddedikat għal żoni u karatteristiċi mhux produttivi. L-objettiv ewlieni tal-istandard 8 tal-KAAT huwa ż-żamma ta’ karatteristiċi u żoni mhux produttivi biex tittejjeb il-bijodiversità fl-azjenda agrikola. L-Istati Membri huma wkoll kapaċi jfasslu interventi li jappoġġaw dak l-objettiv, bħall-ekoskemi biex ikopru azzjonijiet skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115. Fil-kuntest tal-isfidi u l-inċertezzi li jirriżultaw mill-konkorrenza ta’ avvenimenti avversi u inċertezzi ekonomiċi, l-esperjenza wriet il-ħtieġa li jiġi aġġustat il-bilanċ bejn l-għodod ta’ politika differenti li jikkontribwixxu għall-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità biex il-bdiewa jingħataw aktar flessibbiltà lill-bdiewa biex jikkontribwixxu għal dak l-objettiv skont is-sitwazzjoni speċifika tal-azjendi tagħhom u biex jingħata kumpens finanzjarju msaħħaħ għal tali kontribuzzjoni. |
|
(9) |
B’mod aktar speċifiku, peress li l-obbligu li jiġi ddedikat sehem ta’ raba’ li jinħadem għal żoni u karatteristiċi mhux produttivi bħalissa huwa previst taħt l-ewwel rekwiżit tal-istandard 8 tal-KAAT, kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-bdiewa li japplikaw għall-pagamenti diretti u għall-interventi msemmija fl-Artikoli 70, 71 u 72 ta’ dak ir-Regolament, jeħtieġ li jirrispettaw dak ir-rekwiżit mingħajr ebda kumpens tal-kostijiet imġarrba jew tal-introjtu mitluf. F’ċerti każijiet, dan jista’ jinvolvi piż finanzjarju sostanzjali għall-bdiewa u għall-benefiċjarji kkonċernati, b’mod partikolari meta jitqies li l-ebda produzzjoni tal-għelejjel jew tal-annimali ma hija possibbli fuq ir-raba’ li jinħadem u li jkun iddedikat għal żoni jew karatteristiċi mhux produttivi skont l-istandard 8 tal-KAAT. Meta jitqiesu l-piż u l-konsegwenzi għal ċerti bdiewa u l-firxa eċċezzjonali ta’ diffikultajiet u inċertezzi li qed jiffaċċjaw, il-ħtieġa li jkun hemm żoni u karatteristiċi mhux produttivi fuq raba’ li jinħadem tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ għodda li tagħti aktar flessibbiltà u, aktar importanti, li toffri inċentiv li jikkumpensa għal mill-anqas parti mill-kostijiet imġarrba u l-introjtu mitluf marbut ma’ tali żoni u karatteristiċi mhux produttivi. Għaldaqstant, l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jipprovdu appoġġ għall-ekoskemi li jkopru, fuq raba’ li jinħadem, prattiki għaż-żamma ta’ żoni mhux produttivi, bħal raba’ mistrieħ, u għall-ħolqien ta’ karatteristiċi ġodda tal-pajsaġġ. |
|
(10) |
Fl-istess ħin, jenħtieġ li s-sistema ta’ kundizzjonalità stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/2115 tiġi aġġustata billi jitneħħa l-obbligu li jiġi ddedikat sehem mir-raba’ li tinħadem għal żoni u karatteristiċi mhux produttivi mill-istandard 8 tal-KAAT kif elenkat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. L-obbligu taż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-projbizzjoni fuq il-qtugħ ta’ sisien tal-ħaxix u siġar matul l-istaġun tat-tnissil u tat-trobbija tal-għasafar, li bħalissa huma parti mir-rekwiżiti skont l-istandard 8 tal-KAAT, jenħtieġ li jinżammu bħala parti mis-sistema ta’ kundizzjonalità biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi tal-pajsaġġ eżistenti taż-żoni agrikoli jkunu protetti. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà addizzjonali biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom filwaqt li jiżguraw l-istabbiltà u l-ġestjoni tagħhomkif ukoll l-effiċjenza amministrattiva tal-proċess tal-emendar. L-esperjenza wriet li l-indirizzar tar-rekwiżiti speċifiċi kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR f’talba waħda għal emenda jista’ jkun ta’ sfida. Fl-istess ħin, l-għadd ta’ emendi f’kull sena kalendarja jenħtieġ li jkun limitat biex jiġi żgurat li l-bdiewa u benefiċjarji oħra jkollhom biżżejjed żmien biex iqisu dawk l-emendi, kif ukoll biex jillimitaw il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u biex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ dawk l-emendi mal-qafas legali tal-Unjoni stabbilit fir-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dak il-qafas legali. Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-għadd massimu ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jiżdied għal żewġ talbiet għal emenda għal kull sena kalendarja, minbarra t-tliet talbiet ulterjuri għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jistgħu jiġu ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(12) |
Skont l-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri huma obbligati jivvalutaw jekk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jeħtiġux li jiġu emendati fil-każ ta’ emendi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni elenkati fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali valutazzjonijiet fi żmien ċerta skadenza. Peress li dak l-obbligu wera li huwa ta’ piż għall-Istati Membri u l-isforzi li l-Istati Membri kieku jkollhom bżonn jinvestu fil-valutazzjoni għall-bqija tal-perjodu ta’ programmar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK attwali jenħtieġ li jkunu limitati, jenħtieġ li dak l-obbligu ma japplikax għall-emendi, li jidħlu fis-seħħ wara l-31 ta’ Diċembru 2025, tal-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII, |
|
(13) |
L-esperjenza turi li l-fatt li bosta avvenimenti avversi jseħħu f’daqqa ġġib magħha sfidi għall-bdiewa, li jirrikjedu aktar flessibbiltà u simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, fir-rigward ta’ ċerti standards tal-KAAT, elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(14) |
L-istandard 6 tal-KAAT, kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu bħala l-għan ewlieni tiegħu l-protezzjoni tal-ħamrija f’perjodi li huma l-aktar sensittivi permezz ta’ rekwiżit ta’ kopertura minima tal-ħamrija biex tiġi evitata ħamrija għerja f’perjodi sensittivi bħal dawn. Sa punt akbar milli huwa l-każ għal standards oħra tal-KAAT, id-disinn u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti taħt l-istandard 6 tal-KAAT huma affettwati minn firxa wiesgħa ta’ fatturi.. B’mod partikolari, l-għata minima tal-ħamrija tista’ tiġi żgurata b’mezzi differenti li jiddependu mhux biss mill-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi, iżda wkoll minn fatturi bħall-għażla tal-għelejjel u t-tul tal-istaġun tat-tkabbir f’sena partikolari. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm perjodi sensittivi differenti li jiddependu b’mod partikolari fuq kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija u dawk klimatiċi. Barra minn hekk, meta jagħmlu għażliet ta’ produzzjoni u b’mod partikolari deċiżjonijiet dwar iż-żrigħ, il-bdiewa u benefiċjarji oħra jeħtieġ li jkunu jistgħu jirrikonċiljaw ir-rekwiżiti tal-istandard 6 tal-KAAT ma’ kundizzjonijiet tat-temp imprevedibbli. Fid-dawl ta’ dawk il-fatturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimmaniġġjaw ir-rekwiżiti tal-istandard 6 tal-KAAT b’mod aktar flessibbli minn standards oħra tal-KAAT u b’mod li jiżgura l-kontribut ta’ tali rekwiżiti għall-kisba tal-objettiv ewlieni ta’ dak l-istandard, b’kont meħud ta’ firxa ta’ fatturi, bħall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddeterminaw l-elementi ewlenin ta’ dak l-istandard 6 tal-KAAT u jiġbruhom fil-qosorfil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f’konformità mal-Artikolu 109(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura, f’konformità mal-Artikolu 13(1),l-Artikolu 109(2) u l-Artikoli 118 u 119 ta’ dak ir-Regolament, li l-elementi ewlenin tal-istandard 6 tal-KAAT, kif iddeterminat mill-Istati Membri, jkunu, b’mod ġenerali, konformi mal-objettiv ewlieni ta’ dak l-istandard tal-KAAT. |
|
(16) |
L-objettiv ewlieni tal-istandard 7 tal-KAAT, kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, huwa li jħares il-potenzjal tal-ħamrija. Peress li d-diversifikazzjoni tal-għelejjel tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-ħarsien tal-potenzjal tal-ħamrija filwaqt li tkun aktar sempliċi biex ċerti bdiewa jimplimentaw, fil-kuntest tad-diversi pressjonijiet u sfidi li jiffaċċjaw bħalissa, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu kapaċijippermettu lill-bdiewa jikkonformaw mal-istandard 7 tal-KAAT anke permezz tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi dwar id-diversifikazzjoni tal-għelejjel. |
|
(17) |
Huwa importanti għall-PAK li tkompli tikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punti (d), (e) u (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115 permezz ta’ rekwiżiti ta’ kundizzjonalità. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata l-istabbiltà ta’ dawk ir-rekwiżiti bħala l-linja bażi komuni għall-Istati Membri u l-bdiewa. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għall-bdiewa kollha. Madankollu, il-piż amministrattiv marbut mal-kontrolli għal dawk ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116 jista’ jkun sproporzjonatament għoli għall-bdiewa ż-żgħar u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. Għalhekk, minbarra l-flessibbiltajiet fir-rigward tal-istandards 6, 7 u 8 tal-KAAT, jenħtieġ li jittaffa l-piż għall-bdiewa żgħar u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali marbut mal-kontrolli previsti mir-Regolament (UE) 2021/2116. Għalhekk, il-bdiewa b’daqs massimu ta’ azjenda li ma jaqbiżx l-10 ettari ta’ erja agrikola jenħtieġ li jiġu eżentatimill-kontrolli ta’ kundizzjonalità fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni u kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin. Peress li bdiewa żgħar bħal dawn jirrappreżentaw 65 % tal-benefiċjarji tal-PAK iżda jammontaw biss għal approssimament 10 % tal-erja agrikola totali, dik l-eżenzjoni tissimplifika x-xogħol ta’ ħafna bdiewa u amministrazzjonijiet nazzjonali mingħajr ma tfixkel b’mod sinifikanti l-kontribuzzjoni tar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità għall-kisba tal-objettivi tagħhom. |
|
(18) |
Peress li l-erja agrikola ġestita minn bdiewa żgħar hija limitata u l-penali huma ġeneralment baxxi għall-bdiewa żgħar, l-applikazzjoni ta’ penali tista’ twassal għal piż sproporzjonat għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Għalhekk, il-bdiewa żgħar, eżentati mill-kontrolli ta’ kundizzjonalità, jenħtieġ li jiġu eżentati wkoll mill-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità. |
|
(19) |
Sabiex jiġu evitati l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi eċċessivi marbuta mal-kontrolli li jirrigwardaw il-kundizzjonalità, il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti bbażati fuq l-erja kemm taħt Pjan Strateġiku tal-PAK skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 u taħt programm tal-iżvilupp rurali implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sal-31 ta’ Diċembru 2025, u li għalhekk soġġetti għall-kontrolli tal-kundizzjonalità skont ir-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li jiġu eżentati mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-applikazzjoni tal-penali skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(20) |
Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri biex jindirizza l-firxa eċċezzjonali ta’ diffikultajiet u inċertezzi li jiffaċċjaw il-bdiewa billi jirrevedi u jissimplifika ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettiv |
|
(21) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(22) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-istandards 6, 7 u 8 tal-KAAT, kif elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward tal-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ippreżentati mill-Istati Membri għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fl-2024 u fir-rigward tal-effetti ta’ dawk l-emendi fl-2024 qabel ma l-Kummissjoni tapprova dawk l-emendi. |
|
(23) |
Minħabba l-ħtieġa li l-bdiewa jingħataw aktar flessibilità biex iwettqu l-attivitajiet agrikoli tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-isfidi li qed jiżdiedu, l-imprevedibbiltà tat-temp u l-inċertezzi ekonomiċi li qed jiffaċċjaw, u l-urġenza li jiġi indirizzat l-impatt ta’ dik il-firxa eċċezzjonali ta’ diffikultajiet u inċertezzi, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal- Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(24) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri previsti u bħala kwistjoni ta’ urġenza fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li jiġu ndirizzati firxa eċċezzjonali ta’ diffikultajiet u inċertezzi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(25) |
Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għall-bdiewa żgħar u għall-awtoritajiet nazzjonali, l-eżenzjoni minn penali relatati man-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità u l-eżenzjoni mill-penalitajiet relatati man-nuqqas ta’ konformità tar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità jenħtieġ li tapplika b’mod retroattiv fir-rigward tas-sena tat-talba 2024. |
|
(26) |
Peress li s-sena tat-talba 2024 bdiet fl-1 ta’ Jannar 2024, il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-istandards 6, 7 u 8 tal-KAAT, kif elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li japplikaw diġà għas-sena tat-talba 2024 biex l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li japplikaw dawk il-miżuri minn dik is-sena tat-talba, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2021/2115
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 31, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Bħala parti mill-ekoskemi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jipprovdu appoġġ għal skema waħda jew aktar li jkopru, fuq raba’ li jinħadem, prattiki għaż-żamma ta’ żoni mhux produttivi, bħal raba’ mistrieħ, u għall-ħolqien ta’ karatteristiċi ġodda tal-pajsaġġ. Dawk l-iskemi għandhom ikunu volontarji għall-bdiewa attivi u għall-gruppi ta’ bdiewa attivi.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 119, il-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tiġi ppreżentata darbtejn fis-sena kalendarja, soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli previsti f’dan ir-Regolament jew li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 122. Barra minn hekk, tul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jistgħu jiġu ppreżentati tliet talbiet ulterjuri għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal talbiet għal emendi biex jiġu ppreżentati l-elementi neqsin f’konformità mal-Artikolu 118(5).”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 120, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-emendi, li jidħlu fis-seħħ wara l-31 ta’ Diċembru 2025, għall-atti leġislattivi elenkati fl-Anness XIII.” |
|
(6) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artkolu 2
Emendi tar-Regolament (UE) 2021/2116
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 83 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 84, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-bdiewa b’daqs massimu ta’ azjenda li ma jaqbiżx l-10 ettari ta’ erja agrikola ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 69(1) għandhom ikunu eżentati mill-penali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 85;”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 104 (1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1 B’deroga mill-Artikolu 119(8), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-emendi għall-istandards 6, 7 jew 8 tal-KAAT stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, ippreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 119(2) ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tas-sena tat-talba 2024 ma għandhiex tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
2 B’deroga mill-Artikolu 119(11) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu għas-sena tat-talba 2024 li l-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal- emendi għall-istandards 6, 7 jew 8 tal-KAAT stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament , għandhom effett legali qabel ma jiġu approvati mill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-istandard 8 tal-KAAT, l-Istati Membri jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni biss jekk għas-sena tat-talba 2024, japplikaw, fuq raba’ li jinħadem, skema li tkopri prattiki għaż-żamma ta’ żoni mhux produttivi, bħal raba’ mistrieħ, jew għall-ħolqien ta’ karatteristiċi ġodda tal-pajsaġġ, kif imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Fit-teħid tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji taċ-ċertezza legali, tan-nondiskriminazzjoni u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra, jiġu rispettati u li l-ħtieġa għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra li jkollhom biżżejjed żmien biex jikkonformaw mal-emendi tiġi meqjusa.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 2, il-punti (2) u (3), u l-Anness għandhom japplikaw mis-sena tat-talba 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2024.
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1305/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj).
ANNESS
Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata għal “KAAT 6” hija sostitwita b’din li ġejja:
|
|
(2) |
l-entrata għal “KAAT 7” hija sostitwita b’din li ġejja:
|
|
(3) |
l-entrata għal “KAAT 8” hija sostitwita b’din li ġejja:
|
(*1) L-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jqisu l-perjodu qasir ta’ veġetazzjoni li jirriżulta mit-tul u s-severità tal-perjodu tax-xitwa fir-reġjuni kkonċernati.”
(*2) In-newba għandha tikkonsisti f’bidla tal-għelejjel fil-livell tal-irqajja’ tal-art (ħlief fil-każijiet ta’ għelejjel pluriennali, ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor, u art mistrieħa), inklużi l-għelejjel sekondarji ġestiti b’mod xieraq.
Abbażi tad-diversità tal-metodi tal-biedja u tal-kundizzjonijiet agroklimatiċi l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw fir-reġjuni kkonċernati prattiki oħra ta’ newba mtejba tal-għelejjel b’għelejjel leguminużi jew b’diversifikazzjoni tal-għelejjel li għandhom l-għan li jtejbu u jippreżervaw il-potenzjal tal-ħamrija f’konformità mal-objettivi ta’ dan l-istandard tal-KAAT.
Meta jiddefinixxu r-rekwiżiti tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:
|
(a) |
meta d-daqs tar-raba’ li jinħadem ta’ azjenda jkun bejn 10 u 30 ettaru, id-diversifikazzjoni tal-għelejjel għandha tikkonsisti fil-kultivazzjoni ta’ raba’ li jinħadem ta’ azjenda b’mill-inqas żewġ għelejjel differenti fuq dak ir-raba’ li jinħadem. L-għalla ewlenija ma għandhiex tkopri aktar minn 75 % tar-raba’ li jinħadem; |
|
(b) |
meta d-daqs tar-raba’ li jinħadem ta’ azjenda jkun aktar minn 30 ettaru, id-diversifikazzjoni tal-għelejjel għandha tikkonsisti fil-kultivazzjoni ta’ raba’ li jinħadem ta’ azjenda b’mill-inqas tliet għelejjel differenti fuq dak ir-raba’ li jinħadem. L-għalla ewlenija ma għandhiex tkopri aktar minn 75 % ta’ dik ir-raba’ li jinħadem u ż-żewġ għelejjel ewlenin flimkien ma għandhomx ikopru aktar minn 95 % ta’ dak ir-raba’ li jinħadem. |
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligi skont dan l-istandard l-azjendi:
|
(a) |
fejn aktar minn 75 % tar-raba’ li jinħadem jintuża għall-produzzjoni ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, tkun art mistrieħa, jiġi użat għall-kultivazzjoni ta’ għelejjel tal-legumi, jew ikun soġġett għal taħlita ta’ dawk l-użijiet; |
|
(b) |
fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta’ għelejjel taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta’ kultivazzjoni tal-għelejjel, jew tkun soġġetta għal taħlita ta’ dawk l-użijiet; jew |
|
(c) |
b’daqs ta’ raba’ li jinħadem sa 10 ettari. |
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu limitu massimu ta’ żona koperta minn għalla waħda biex jipprevjenu monokulturi kbar.
Il-bdiewa ċċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan l-istandard tal-KAAT.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1468/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)