Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1563

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1563 tat-28 ta' Lulju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/11609/2023/INIT

ĠU L 190I, 28.7.2023, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1563/oj

28.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 190/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1563

tat-28 ta' Lulju 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta' Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tal-Unjoni tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa' impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta' aktar miżuri restrittivi possibbli. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-Unjoni ser tintensifika l-ħidma tagħha mas-sħab biex tiġġieled in-narrattivi foloz tar-Russja u d-diżinformazzjoni dwar il-gwerra.

(4)

Fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, xi atturi Russi mexxew kampanja diġitali ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni msemmija "RRN" (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred il-propaganda b'appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dik il-kampanja, li fiha pparteċipaw korpi tal-gvern jew korpi affiljati mal-Istat Russu, tiddependi minn paġni web foloz li jassumu l-identità ta' strumenti tal-media nazzjonali u siti web tal-gvern, kif ukoll minn kontijiet foloz fuq il-media soċjali.

(5)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li seba’ persuni u ħames entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 269/2014

 

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1578.

Timofey Vladimirovitch VASSILIEV

Тимофей Bладимирович ВАСИЛЬЕВ

magħruf ukoll bħala Timofey VI

Тимофей ВИ

Funzjoni: Kap tad-Dipartiment għall-gwida strateġika ta' ANO Dialog

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Timofey Vassiliev huwa l-Kap tad-Dipartiment għall-gwida strateġika ta' ANO Dialog, organizzazzjoni Russa mingħajr skop ta' qligħ li nħolqot mid-Dipartiment tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija (DIT) ta' Moska fl-2019 u li hija marbuta mal-amministrazzjoni presidenzjali, li kienet u għadha qed ixxerred propaganda online dwar it-territorji annessi illegalment fl-Ukrajna. Timofey Vassiliev imexxi l-kont popolari fuq Telegram li "jivverifika l-fatti" u d-dominji sussegwenti "War on Fakes", li jxerred diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Timofey Vassiliev huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

1579.

Ilya Andreïevitch GAMBACHIDZE

Илья Андреевич ГАМБАЧИДЗЕ

Funzjoni: Fundatur ta' Structura National Technologies u Social Design Agency

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Ilya Gambachidze huwa l-fundatur ta' Structura National Technologies u Social Design Agency, żewġ entitajiet Russi involuti fil-kampanja diġitali ta' diżinformazzjoni mmexxija mir-Russja "RRN" (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred id-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Ilya Gambachidze qabel kien jaħdem bħala konsulent għall-Viċi President tad-Duma, Piotr Tolstoi. Structura National Technologies u Social Design Agency ġew identifikati bħala l-attur ewlieni tal-kampanja, responsabbli għall-ħolqien ta' siti web foloz li jassumu l-identità ta' organizzazzjonijiet tal-gvern u ta' media leġittima fl-Ewropa (primarjament il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Ukrajna u r-Renju Unit) u li taw spinta lill-kampanja favur ir-Russja "RRN" fuq il-media soċjali. Għalhekk, Ilya Gambachidze huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

1580.

Aleksandr Gennad'yevich STARUNSKY

Александр Геннадьевич СТАРУНСКИЙ

Funzjoni: Fundatur tal-Institute of the Russian Diaspora

Data tat-twelid: 12.6.1970

Sess: raġel

NIT: 771989171763

Aleksandr Starunsky huwa uffiċjal tal-intelligence militari Russa u eks-kmandant tal-unità PsyOps 54777 tal-GRU. Huwa l-fundatur tal-Istitut tad-Dijaspora Russa, organizzazzjoni faċċata tal-GRU u parti integrali mill-organizzazzjoni tal-media Inforos. L-Istitut tad-Dijaspora Russa għandu preżenza fil-media online msejħa russkie.org, li xxerred id-diżinformazzjoni u l-propaganda Russa dwar il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Aleksandr Starunsky huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

1581.

Anastasia Sergeevna KIRILLOVA

Анастасия Сергеевна КИРИЛЛОВА

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' Inforos

Data tat-twelid: 13.12.1986

Sess: mara

NIT: 771674318370

Anastasia Kirillova hija fundatur u Direttur Ġenerali ta' Inforos, aġenzija tal-aħbarijiet online responsabbli għat-twaqqif ta' aktar minn 270 strument proxy tal-aħbarijiet online li jxerrdu l-propaganda b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Hija organizzazzjoni faċċata għall-Unità 54777 tas-servizz tal-intelligence militari Russa l-GRU, responsabbli għal operazzjonijiet psikoloġiċi. Għalhekk, Anastasia Kirillova hija responsabbli li appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

1582.

Nina Viktorovna DOROKHOVA

Нина Викторовна ДОРОХОВА

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' Inforos

Data tat-twelid: 20.11.1965

Sess: mara

NIT: 505202442068

Nina Dorokhova hija fundatur u Direttur Ġenerali ta' Inforos, aġenzija tal-aħbarijiet online responsabbli għat-twaqqif ta' aktar minn 270 strument proxy tal-aħbarijiet online li jxerrdu l-propaganda b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Hija organizzazzjoni faċċata għall-Unità 54777 tas-servizz tal-intelligence militari Russa l-GRU, responsabbli għal operazzjonijiet psikoloġiċi. Għalhekk, Nina Dorokhova hija responsabbli li appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

1583.

Sergey Yurievich PANTELEYEV

magħruf ukoll bħala PANTELEEV

Сергей Юрьевич ПАНТЕЛЕЕВ

Funzjoni: Uffiċjal tal-intelligence fil-GRU unit 54777

Data tat-twelid: 15.3.1972

Post tat-twelid: Lugansk, Ukraine

Sess: raġel

NIT: 772916129659

Sergey PANTELEYEV huwa membru tal-unità 54777 tal-GRU u fundatur tal-Istitut tad-Dijaspora Russa, organizzazzjoni faċċata tal-GRU u parti integrali min-network ta' diżinformazzjoni online ta' Inforos. L-Istitut tad-Dijaspora Russa għandu preżenza fil-media online msejħa russkie.org, li xxerred id-diżinformazzjoni u l-propaganda Russa dwar il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Sergey PANTELEYEV huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

1584.

Denis Valerievich TYURIN

Денис Валерьевич ТЮРИН

Funzjoni: Uffiċjal tal-GRU

Data tat-twelid: 1.4.1976

Post tat-twelid: Moscow

Sess: raġel

NIT: 772807385405

Denis Tyurin huwa uffiċjal tal-intelligence tal-GRU u fundatur ta' Inforos, aġenzija tal-aħbarijiet online responsabbli għat-twaqqif ta' aktar minn 270 strument proxy tal-aħbarijiet online li jxerrdu l-propaganda b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Hija organizzazzjoni faċċata għall-Unità 54777 tas-servizz tal-intelligence militari Russa l-GRU, responsabbli għal operazzjonijiet psikoloġiċi. Għalhekk, Denis Tyurin huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023”

 

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“245.

Social Design Agency

magħrufa wkoll bħala

"Agentsvo Sotsialnogo Proektirovania aka ASP"

Indirizz: Moscow Bolshoy Kislovsky per, 1, binja 2

Tip ta' entità: Kumpanija tat-Teknoloġija u l-Informazzjoni

Post tar-reġistrazzjoni: Russia

Data tar-reġistrazzjoni: imwaqqfa fl-2001

Post prinċipali tan-negozju: Russia

Social Design Agency hija kumpanija Russa tal-IT marbuta mill-qrib mas-setgħa politika Russa. Ilha mill-2022 involuta fil-kampanja diġitali ta' diżinformazzjoni mmexxija mir-Russja "RRN" (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred id-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Social Design Agency ġiet identifikata bħala attur ewlieni tal-kampanja, responsabbli għall-ħolqien ta' siti web foloz li jassumu l-identità ta' organizzazzjonijiet tal-gvern u ta' media leġittima fl-Ewropa (primarjament il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Ukrajna u r-Renju Unit) u li tat spinta lill-kampanja favur ir-Russja "RRN" fuq il-media soċjali. Għalhekk, Social Design Agency qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

246.

Structura National Technologies

magħrufa wkoll bħala

"Struktura"

Bir-Russu:

ООО "ГК СТРУКТУРА"

Indirizz: Moscow municipal district Arbat per Bolshoy Kislovskii 1 building 2 premises/room. i/42

Tip ta' entità: Kumpanija tat-Teknoloġija u l-Informazzjoni.

Post tar-reġistrazzjoni: Russia

Data tar-reġistrazzjoni: imwaqqfa fl-2009

Numru tar-reġistrazzjoni: NIT 7703438908

Post prinċipali tan-negozju: Russia

Structura National Technologies hija kumpanija Russa tal-IT marbuta mill-qrib mas-setgħa politika Russa. Ilha mill-2022 involuta fil-kampanja diġitali ta' diżinformazzjoni mmexxija mir-Russja "RRN" (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred id-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Structura National Technologies ġiet identifikata bħala attur ewlieni tal-kampanja, responsabbli għall-ħolqien ta' siti web foloz li jassumu l-identità ta' organizzazzjonijiet tal-gvern u ta' media leġittima fl-Ewropa (primarjament il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Ukrajna u r-Renju Unit) u li tat spinta lill-kampanja favur ir-Russja "RRN" fuq il-media soċjali. Għalhekk, Structura National Technologies qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

247.

ANO Dialog

AHO Диалог

Address:119021, st. Timura Frunze, d.11, p.1, BC Demidov, Moscow

Tip ta' entità: Organizzazzjoni awtonoma mingħajr skop ta' qligħ

Post tar-reġistrazzjoni: Russia

Data tar-reġistrazzjoni: 2019

Numru tar-reġistrazzjoni: NIT: 9709056472

Post prinċipali tan-negozju: Russia

ANO Dialog hija organizzazzjoni Russa mingħajr skop ta' qligħ li nħolqot mid-Dipartiment tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija (DIT) ta' Moska fl-2019 u li hija marbuta mill-qrib mal-amministrazzjoni presidenzjali. Hija mmexxija minn Alexey Goreslavsky, eks-viċi kap tad-Dipartiment tal-President għall-Proġetti Pubbliċi (OPS). ANO Dialog kienet u għadha qed ixxerred propaganda online dwar it-territorji annessi illegalment fl-Ukrajna. ANO Dialog tagħti struzzjonijiet lill-kanal Readovka fuq Telegram li jippubblika diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna b'appoġġ għall-propaganda tal-Kremlin. ANO Dialog hija marbuta mal-kont popolari fuq Telegram li "jivverifika l-fatti" u mad-dominji sussegwenti "War on Fakes", immexxija mill-Kap ta' ANO tal-Iżvilupp ta' Oqsma Strateġiċi ta' ANO Dialogue, Timofey Vasiliev, li jxerred aħbarijiet foloz u propaganda dwar il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, ANO Dialog qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

248.

Inforos OOO IA

ООО ИА ИНФОРОС

Indirizz: 117218, MOSCOW, Intracity territory of the city of federal significance municipal district academic, 13 Krzhizhanovskogo str., k. 2, office 511

Tip ta' entità: Organizzazzjoni tal-media

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow

Data tar-reġistrazzjoni: 2/6/2003

Numru tar-reġistrazzjoni: NIT: 7727214569

Post prinċipali tan-negozju: Moscow

Inforos hija aġenzija tal-aħbarijiet online responsabbli għat-twaqqif ta' aktar minn 270 strument proxy tal-aħbarijiet online li jxerrdu l-propaganda b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Hija organizzazzjoni faċċata għall-Unità 54777 tas-servizz tal-intelligence militari Russa l-GRU, responsabbli għal operazzjonijiet psikoloġiċi.

Il-propaganda mxerrda minn Inforos u mid-diversi strumenti proxy tagħha għandha l-għan li ssaħħaħ l-idea li l-Ukrajna hija "stat Nazist" u li b'mod falz tikkaratterizza l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja bħala "gwerra bi prokura tal-Punent" kontra r-Russja, u b'hekk iddgħajjef l-appoġġ tal-Punent għall-Ukrajna. Għalhekk, Inforos qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023

249.

Institute of the Russian Diaspora

ИНСТИТУТ РУССКОГО ЗАРУБЕЖЬЯ

Indirizz: 117218, MOSCOW CITY, str. Krzhizhanovskoy, d.13, str.2

Tip ta' entità: "Advising on commercial activities and management"

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow

Data tar-reġistrazzjoni: 3/11/2005

Numru tar-reġistrazzjoni: NIT: 7727536630

Post prinċipali tan-negozju: Moscow

L-Istitut tad-Dijaspora Russa huwa organizzazzjoni faċċata tal-GRU u parti integrali min-network ta' diżinformazzjoni online ta' Inforos. Dan twaqqaf b'mod konġunt mill-fundatur ta' Inforos Denis Tyurin. Barra minn hekk, Denis Tyurin irreġistra s-sit web uffiċjali tal-propaganda tal-Istitut huwa nnifsu, billi uża indirizz tal-posta elettronika uffiċjali ta' Inforos. L-Istitut għandu preżenza fil-media online msejħa russkie.org, li xxerred id-diżinformazzjoni u l-propaganda Russa dwar il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, l-Istitut tad-Dijaspora Russa qed jappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.7.2023”


Top