EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0338

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/338 tal-14 ta’ Frar 2023 li temenda ċerti deċiżjonijiet tal-Kunsill u pożizzjonijiet komuni dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja

ST/5294/2023/INIT

ĠU L 47, 15.2.2023, p. 50–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/338/oj

15.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/338

tal-14 ta’ Frar 2023

li temenda ċerti deċiżjonijiet tal-Kunsill u pożizzjonijiet komuni dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-”KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2664 (2022), filwaqt li fakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jimponu l-miżuri ta’ sanzjonijiet b’reazzjoni għat-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u enfasizza li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri tan-NU biex jimplimentaw is-sanzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u ma humiex maħsuba li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjonijiet ċivili jew konsegwenzi negattivi għall-attivitajiet umanitarji jew għal dawk li jwettquhom.

(2)

Filwaqt li esprima r-rieda tiegħu li jirrevedi, jaġġusta u jtemm, meta xieraq, ir-reġimi ta’ sanzjonijiet tiegħu, b’kont meħud tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjonijiet fuq il-post u l-ħtieġa li jiġu minimizzati l-effetti umanitarji negattivi mhux intenzjonati, il-KSNU ddeċieda, fil-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2664 (2022) li l-forniment, l-ipproċessar jew il-ħlasijiet ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew il-forniment ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem huma permessi u mhumiex ksur tal-iffriżar tal-assi imposti mill-KSNU jew il-kumitati tas-sanzjonijiet tiegħu. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2664 (2022) huwa magħruf bħala l-”eżenzjoni umanitarja”. L-eżenzjoni umanitarja hija applikabbli għal ċerti atturi kif jinsab f’dik ir-Riżoluzzjoni.

(3)

Ir-riżoluzzjoni 2664 (2022) tenfasizza li fejn l-eżenzjoni umanitarja tmur kontra riżoluzzjonijiet preċedenti, hija għandha tieħu preċedenza fuq tali riżoluzzjonijiet preċedenti fir-rigward ta’ tali kunflitt. Madankollu, ir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tikkjarifika li l-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2615 (2021) tal-KSNU jibqa’ effettiv.

(4)

Ir-riżoluzzjoni 2664 (2022) titlob li l-fornituri li jiddependu fuq l-eżenzjoni umanitarja jagħmlu sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kwalunkwe benefiċċju pprojbit minn sanzjonijiet, kemm jekk bħala riżultat ta’ dispożizzjoni diretta jew indiretta jew devjazzjoni lejn individwi jew entitajiet deżinjati, inkluż billi jsaħħu l-ġestjoni tar-riskju u l-istrateġiji u l-proċessi tad-diliġenza dovuta.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu emendati skont dan id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/231/PESK (1), 2013/798/PESK (2), 2014/932/PESK (3), (PESK) 2022/2319 (4), u l-Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill 2003/495/PESK (5) u 2005/888/PESK (6).

(6)

Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2010/231/PESK, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

Organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”;

Artikolu 2

Fl-Artikolu 2b tad-Deċiżjoni 2013/798/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat.”.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2014/932/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2b, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”

;

(2)

L-Artikolu 6a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6a

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2b(7), b’deroga mill-miżuri imposti mill-UNSCR 2140 (2014) u l-UNSCR 2216 (2015), dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li hija meħtieġa eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ organizzazzjonijiet umanitarji oħra fil-Jemen jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta’ dawk ir-Riżoluzzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa.”.

Artikolu 4

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, il-paragrafu 7, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”

.

Artikolu 5

Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-fondi kollha jew assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn:

(a)

tal-Gvern ta’ qabel tal-Iraq jew tal-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Istat tiegħu li jinsabu barra l-Iraq fid-data tat-22 ta’ Mejju 2003, kif deżinjati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont l-UNSCR 1518 (2003) (il-”Kumitat tas-Sanzjonijiet”); jew

(b)

li tneħħew mill-Iraq, jew ġew akkwistati minn Saddam Hussein jew uffiċjali għolja oħra tar-reġim li kien hemm qabel fl-Iraq u l-membri immedjati tal-familja tagħhom, inkluż entitajiet proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

għandhom jiġu ffriżati mingħajr dewmien u, sakemm dawk il-fondi jew assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jkunux huma nfushom soġġetti għal garanzija jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew ta’ arbitraġġ preċedenti, f’liema każ jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza, l-Istati Membri għandhom minnufih jikkawżaw it-trasferiment tagħhom għall-mekkaniżmu li ser jissuċċedi l-Fond tal-Iżvilupp għall-Iraq istitwit mill-Gvern tal-Iraq skont il-kondizzjonijiet stipulati fir-Riżoluzzjonijiet 1483 (2003) u 1956 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà.”

;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2b

L-Artikoli 2 u 2a ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

Organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”.

Artikolu 6

Fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/888/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a)

in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e)

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f)

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat.”.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SVANTESSON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135).

(5)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/495/PESK tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar l-Iraq u li tħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 96/741/PESK u 2002/599/PESK (ĠU L 169 , 8.7.2003, p.72)

(6)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/888/PESK tat-12 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati bl-involvimenti fil-qtil tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 26).


Top