This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2475
Council Regulation (EU) 2022/2475 of 16 December 2022 amending Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2475 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2475 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/15779/2022/INIT
ĠU L 322I, 16.12.2022, p. 315–317
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 322/315 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2475
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2479 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2479 introduċiet kadenza ġdida għad-deroga li tippermetti d-diżinvestiment minn entità speċifika elenkata. Dik l-iskadenza ġdida ma tivvalidax b’mod retroattiv id-diżinvestimenti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti neċessarji skont ir-Regolament (UE) Nru 269/2014, bħad-diżinvestimenti mhux awtorizzati wara li l-entità tkun ġiet elenkata. Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2479 estendiet ukoll lil żewġ entitajiet li għandhom kif ġew elenkati d-deroga mill-iffriżar tal-assi u mill-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, sabiex tippermetti t-terminazzjoni ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, konklużi qabel ma’ dawk l-entitajiet. Sabiex jiġi indirizzat aktar it-tħassib dwar is-sigurtà tal-ikel f'pajjiżi terzi, id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2479 introduċiet deroga ġdida li tippermetti t-tneħħija tal-iffriżar tal-assi ta', u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għal, ċerti individwi li okkupaw rwol sinifikanti fil-kummerċ internazzjonali tal-prodotti agrikoli u tal-ikel, inkluż il-qamħ u l-fertilizzanti, qabel l-elenkar tagħhom. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma fdati bl-awtorizzazzjoni ta' tali operazzjonijiet. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi madwar l-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jispiraw ruħhom mill-prijoritajiet tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Programm Dinji tal-Ikel biex jindirizzaw in-nuqqas tas-sigurtà tal-ikel madwar id-dinja. Dik id-deroga hija mingħajr preġudizzju għal miżuri restrittivi oħra imposti mill-Unjoni fuq ir-Russja u fuq pajjiżi oħra u għat-tħassib rispettiv dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar l-iffriżar tal-assi, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinkludi informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont id-derogi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(4) |
Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat li l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri u sussegwentement skambjata mal-Kummissjoni tista’ tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun waslet jew ġiet ipprovduta. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li kwalunkwe informazzjoni pprovduta lil jew riċevuta mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 269/2014 trid tintuża mill-Kummissjoni biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta. Barra minn hekk, huwa xieraq, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar l-iffriżar tal-assi, li jiġu ċċarati l-limiti tal-użu tal-informazzjoni pprovduta lil u rċevuta mill-Istati Membri u l-Kummissjoni rispettivament, f’dispożizzjonijiet differenti. |
(5) |
Dawn l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif gej:
(1) |
fl-Artikolu 6b, il-paragrafu 2b huwa sostitwit b’dan li ġej: “2b. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu, skont dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 108 fl-Anness I, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu neċessarji għat-tlestija, sas-17 ta’ Ġunju 2023, ta’ bejgħ u trasferiment li jkun għaddej ta’ drittijiet proprjetarji li jkunu direttament jew indirettament proprjetà ta’ dik l-entità f’persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fl-Unjoni. Dik l-iskadenza ma tivvalidax b’mod retroattiv id-diżinvestimenti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti neċessarji skont dan ir-Regolament.”; |
(2) |
fl-Artikolu 6b, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2c. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entitajiet elenkati skont in-numri tad-dħul 126 u 127 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk l-entitajiet, skont tali kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għat-terminazzjoni sas-17 ta’ Ġunju 2023, ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, inklużi relazzjonijiet bankarji korrispondenti, konklużi ma’ dawk l-entitajiet qabel is-16 ta’ Diċembru 2022.”; |
(3) |
fil-punt (a) tal-Artikolu 6b(3), id-data “31 ta’ Diċembru 2022” hija sostitwita bil-data “28 ta’ Frar 2023”; |
(4) |
fl-Artikolu 6e, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej “1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entitajiet elenkati taħt in-numri tal-entrati 53, 54, 55, 79, 80, 81, 82, 108, 126 u 127 fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk l-entitajiet, skont dawk il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni ta' prodotti agrikoli u tal-ikel, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti.”; |
(5) |
fl-Artikolu 6e, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, abbażi ta' valutazzjoni speċifika u skont il-każ, jistgħu jawtorizzaw, separatament għal kull tranżazzjoni rilevanti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lil persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I li qabel l-elenkar tagħhom okkupaw rwol sinifikanti fil-kummerċ internazzjonali ta' prodotti agrikoli u tal-ikel, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk il-persuni, skont dawk il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi huma neċessarji għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli u tal-ikel, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti, lejn pajjiżi terzi sabiex tiġi indirizzata s-sigurtà tal-ikel.”; |
(6) |
fl-Artikolu 6e, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istat Membru kkonċernat għandu, meta jawtorizza tali operazzjonijiet, jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafi 1 u 1a, fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.”, |
(7) |
fl-Artikolu 6e, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill, mhux aktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2023 u kull sitt xhur wara dan, kompilazzjoni tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri fir-rigward tad-deroga fil-paragrafu 1a.”; |
(8) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Kull informazzjoni mogħtija lil jew riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss minn dawk l-awtoritajiet għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.”; |
(9) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Kull informazzjoni mogħtija lil jew riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss minn dawk l-awtoritajiet għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.”; |
(10) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jaqsmu kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni:
|
(11) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 16 a Kull informazzjoni mogħtija lil jew riċevuta mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża mill-Kummissjoni biss għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2479 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara l-paġna 687 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).