This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2002
Commission Regulation (EU) 2022/2002 of 21 October 2022 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards maximum levels of dioxins and dioxin-like PCBs in certain foodstuffs (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2002 tal-21 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2002 tal-21 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/7398
ĠU L 274, 24.10.2022, pp. 64–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
|
24.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2002
tal-21 ta’ Ottubru 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti, inklużi d-diossini u l-poliklorobifenili (PCBs) simili għad-diossini, fl-oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
Fl-2018, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika relatati mal-preżenza ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini fl-għalf u fl-ikel (3). L-Awtorità stabbiliet doża tollerabbli fil-ġimgħa ta’ 2 pg TEQ (ekwivalenza tossika)/kg piż tal-ġisem/ġimgħa għas-somma ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini. L-istimi tal-esponiment kroniku fid-dieta tal-bniedem għad-diossini u l-PCBs simili għad-diossini bbażati fuq id-data disponibbli dwar l-okkorrenza jindikaw eċċess sinifikanti tad-doża tollerabbli fil-ġimgħa għall-popolazzjonijiet tal-gruppi tal-etajiet kollha. |
|
(3) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha l-Awtorità tirrakkomanda li jiġu evalwati mill-ġdid d-WHO2005-TEFs (Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika) attwali sabiex tqis id-data l-ġdida in vivo u in vitro, b’mod partikolari fir-rigward tal-PCB-126. |
|
(4) |
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qiegħda attwalment twettaq rieżami tal-valuri tad-WHO 2005-TEF, li għandu jitlesta fl-2023. |
|
(5) |
Sakemm jitlesta dak ir-rieżami u sabiex sadanittant jiġi previst livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi għad-diossini u għas-somma ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini għal oġġetti tal-ikel li għadhom mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom id-data ta’ okkorrenza, reċentement saret disponibbli fil-bażi tad-data tal-Awtorità, bħal-laħam u l-prodotti tal-laħam minn kaprini, żwiemel, fniek, ċingjali, għasafar tal-kaċċa u ċriev u fwied tal-kaprini, taż-żwiemel u tal-għasafar tal-kaċċa, u li jiġi estiż il-livell massimu eżistenti għall-bajd tat-tiġieġ għall-bajd tal-pollam kollha bl-eċċezzjoni tal-bajd tal-wiżż. |
|
(6) |
Barra minn hekk, minħabba li mhux biss il-laħam tal-muskoli mill-appendiċi tal-granċijiet u l-krustaċji simili għall-granċijiet huwa kkunsmat iżda wkoll il-laħam tal-muskoli mill-addome ta’ dawn il-krustaċji, b’mod partikolari l-granċ Ċiniż, huwa xieraq li l-livelli massimi japplikaw ukoll għal-laħam tal-muskoli tal-addome ta’ dawn il-krustaċji. |
|
(7) |
Barra minn hekk, filwaqt li jitqies id-data disponibbli dwar l-okkorrenza u l-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, huwa xieraq li diġà jitbaxxew il-livelli massimi għad-diossini u s-somma ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-operaturi tan-negozji tal-ikel biex ikunu jistgħu jadattaw għal-livelli massimi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Filwaqt li jitqies li ċerti oġġetti tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament għandhom ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa twila, oġġetti tal-ikel li tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitħallew jibqgħu fis-suq. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness imqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2023, jistgħu jibqgħu fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima jew sad-data tal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Scientific Opinion on the risk for animal and human health related to the presence of dioxins and dioxin-like PCBs in feed and food. EFSA Journal 2018;16(11):5333, 331 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5333
ANNESS
It-Taqsima 5: “Diossini u PCBs” tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 5.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-punt 5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fil-punt 5.3, in-nota f’qiegħ il-paġna (44) u s-sentenza “Fil-każ tal-granċijiet u ta’ krustaċej simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi.” huma mħassra; |
|
(4) |
Il-punt 5.8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
Il-punt 5.9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|