EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1616

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/6146

ĠU L 243, 20.9.2022, p. 3–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/09/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1616/oj

20.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 243/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1616

tal-15 ta’ Settembru 2022

dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-punti (h), (i), (k) u (n) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari tal-2015 (2), il-Kummissjoni identifikat iż-żieda fir-riċiklaġġ tal-plastik bħala prerekwiżit essenzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u impenjat ruħha li tindirizza dan is-settur b’mod immirat. Għalhekk, fl-2018, il-Kummissjoni adottat strateġija Ewropea għall-plastiks f’ekonomija ċirkolari (3) li tippreżenta impenji ewlenin biex tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi tat-tniġġis bil-plastik. Din tfittex li testendi l-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-plastik fl-Unjoni, u li żżid il-kontenut riċiklat fil-prodotti u fl-imballaġġ tal-plastik. Peress li proporzjon kbir ta’ materjali tal-imballaġġ tal-plastik jintużaw bħala imballaġġ tal-ikel, il-politika tista’ tilħaq l-objettivi tagħha biss jekk jiżdied ukoll il-kontenut tal-plastik riċiklat fl-imballaġġ tal-ikel.

(2)

Prerekwiżit għal kwalunkwe żieda fil-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-ikel u f’materjali oħrajn li jiġu f’kuntatt mal-ikel jibqa’ l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, il-materjali u l-oġġetti tal-plastik mormija, anke meta joriġinaw mill-użu tal-ikel, jista’ jkun fihom kontaminanti inċidentali għal dak l-użu li potenzjalment jikkompromettu s-sikurezza u l-kwalità tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat li jiġu f’kuntatt mal-ikel. Filwaqt li skart tal-plastik bħal dan x’aktarx ma jkunx ikkontaminat b’ammont relattivament għoli ta’ sustanzi speċifiċi magħrufa li huma perikolużi għas-saħħa tal-bniedem, kif jista’ jkun il-każ pereżempju fi plastiks li joriġinaw minn skopijiet industrijali, l-identità u l-livell tal-kontaminanti inċidentali li jistgħu jkunu preżenti fl-imballaġġ tal-ikel miġbur huma indeterminati, aleatorji, jiddependu mis-sors u mill-metodu ta’ ġbir tal-iskart tal-plastik, u jistgħu jvarjaw bejn ġabra u oħra. Għalhekk, jenħtieġ li meta jkun qed jiġi rriċiklat, il-plastik dejjem jiġi dekontaminat b’mod tajjeb biżżejjed li jaċċerta li l-kontaminanti li jifdal ma jistgħux jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem jew inkella jaffettwaw l-ikel, jekk jintużaw għall-produzzjoni ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jiġu f’kuntatt mal-ikel. Sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi tal-ikel u l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jafdaw il-materjali dekontaminati, u li jkun hemm interpretazzjoni uniformi ta’ kemm għandha ssir dekontaminazzjoni biex titqies suffiċjenti, jenħtieġ li d-dekontaminazzjoni ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel tkun soġġetta għal sett uniformi ta’ regoli.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 (4) diġà stabbilixxa rekwiżiti speċifiċi għall-proċessi ta’ riċiklaġġ sabiex jiġi żgurat li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba għall-kuntatt mal-ikel jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 ma kienx japplika għat-teknoloġiji kollha ta’ riċiklaġġ, peress li jeskludi d-depolimerizzazzjoni kimika, l-użu ta’ fdalijiet u skart, u l-użu ta’ saffi ta’ ostakli mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. L-użu ta’ materjali tal-plastik riċiklat li jiġu f’kuntatt mal-ikel li huma mmanifatturati b’teknoloġiji esklużi huwa kkunsidrat soġġett għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (5) dwar materjali u oġġetti tal-plastik. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 ma jipprovdix appoġġ ċar għat-teknoloġiji esklużi, peress li ma jiddefinixxix regoli għas-sustanzi parzjalment depolimerizzati jew għall-oligomeri, għall-fdalijiet, u għall-iskart tal-proċessi, u jillimita s-sustanzi li jistgħu jintużaw wara ostaklu funzjonali.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) osservat li huwa impossibbli li wieħed ibassar l-identità tal-kontaminanti li jista’ jkun hemm fil-PET ta’ wara l-konsum li jintuża bħala input fil-proċess tar-riċiklaġġ u b’hekk huwa wkoll impossibbli li wieħed ikun ċert li dawn ma jkunux ġenotossiċi (6). Peress li r-raġunament li applikat l-Awtorità jista’ jintuża wkoll għal skart ieħor tal-plastik, ma jistax ikun preżunt b’mod ġenerali li flussi oħrajn ta’ skart bħal dawn ikunu ħielsa minn ċerti gruppi ta’ kontaminanti mingħajr data xjentifika addizzjonali. B’hekk ukoll, ma jistax ikun preżunt li jkun possibbli li l-kontaminanti jiġu vvalutati għar-riskju bl-istess mod li jiġu vvalutati l-impuritajiet skont ir-Regolament (UE) Nru 10/2011, jew li t-taħlitiet ta’ materjali depolimerizzati kimikament huma ħielsa minn dawn il-kontaminanti, jew li l-ostakli funzjonali tal-plastik jistgħu jimblukkawhom bis-sħiħ. Konsegwentement, il-plastiks riċiklati mmanifatturati b’teknoloġiji li huma esklużi mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 282/2008, ma jistgħux jintużaw ukoll soġġett għar-Regolament (UE) Nru 10/2011.

(5)

Konsegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 u r-Regolament (UE) Nru 10/2011 flimkien ma japplikawx għat-teknoloġiji kollha tar-riċiklaġġ tal-plastik u għall-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat. Peress li qegħdin jiġu żviluppati aktar teknoloġiji innovattivi ġodda ta’ riċiklaġġ tal-plastik, u s-suq tal-plastik riċiklat qiegħed jikber, in-nuqqas ta’ regoli li jistgħu b’mod ċar jiġu applikati, u li jkunu xierqa joħloq riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u jimpedixxi l-innovazzjoni. Għalhekk jixraq li biex jiġu stabbiliti regoli ċari u jiġi indirizzat ir-riskju ta’ kontaminanti inċidentali, ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 jiġi ssostitwit b’regoli ġodda li jkopru t-teknoloġiji kollha eżistenti u futuri tar-riċiklaġġ tal-plastik.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 jeħtieġ li s-sustanzi li jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik ikunu ta’ purità xierqa, u li l-impuritajiet li jifdal ikunu jistgħu jiġu identifikati sabiex ikunu soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju. Peress li sustanzi uniċi jistgħu jiġu ppurifikati sa livell xieraq għal dan il-għan, dan ġeneralment ma jillimitax il-metodi ta’ produzzjoni għas-sustanzi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi awtorizzati. Għalhekk huwa possibbli wkoll li dawk is-sustanzi jiġu mmanifatturati minn kwalunkwe sors, u b’hekk anki minn materjali tal-iskart. Barra minn hekk, is-sustanzi prodotti mill-iskart u li jinkisbu f’livell għoli ta’ purità ma jintgħarfux mill-istess sustanzi prodotti mod ieħor. Għalhekk, jenħtieġ li l-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik b’sustanzi miksuba f’livell għoli ta’ purità minn materjali tal-iskart, u li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 10/2011, jew soġġetti għal ċerti derogi, tkun soġġetta għal dak ir-Regolament, filwaqt li sustanzi oħra, fosthom taħlitiet, oligomeri, u polimeri prodotti mill-iskart li ma jistax ikun preżunt a priori li ma fihomx kontaminanti inċidentali, jew li dawn il-kontaminanti jistgħu jiġu esklużi faċilment, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza dwar liema Regolament japplika għal ċerta teknoloġija tar-riċiklaġġ li tirriżulta f’sustanzi fi stadju intermedju ta’ riċiklaġġ, jenħtieġ li s-sustanzi soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jiġu esklużi b’mod ċar mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Fil-lingwaġġ naturali, it-terminoloġija li tintuża b’mod ġenerali u impreċiż, bħal “teknoloġija”, “proċess”, “tagħmir” u “installazzjoni”, tista’ tirreferi għall-istess kunċetti jew għal kunċetti simili u t-tifsira tista’ tikkoinċidi, skont il-kuntest u l-utent. Sabiex jiġu ċċarati l-kamp ta’ applikazzjoni u s-suġġett tal-obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament, jixraq li dawn il-kunċetti jiġu ddefiniti b’mod ċar għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn “teknoloġija tar-riċiklaġġ”, li tkopri l-kunċetti u l-prinċipji ġenerali li bihom il-kontaminanti jitneħħew mill-iskart tal-plastik, u “proċess tar-riċiklaġġ”, li jirreferi għad-deskrizzjoni ta’ sekwenza speċifika ta’ operazzjonijiet u tagħmir mfassla bl-użu ta’ teknoloġija tar-riċiklaġġ speċifika, u bejn “installazzjoni tar-riċiklaġġ”, li għandha tintuża biex tirreferi għat-tagħmir fiżiku li jintuża sabiex jitħaddem il-proċess tar-riċiklaġġ ħalli jiġu mmanifatturati materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat.

(8)

Dan ir-Regolament jirrikjedi d-dekontaminazzjoni tal-plastiks permezz ta’ teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa, u jinkludi l-użu ta’ teknoloġiji ta’ riċiklaġġ kimiku fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Madankollu, meta ssir referenza għat-tneħħija ta’ kontaminanti minn sustanzi jew taħlitiet aktar milli minn materjali, spiss tintuża l-purifikazzjoni, minflok id-dekontaminazzjoni. Meta t-teknoloġiji ta’ riċiklaġġ kimiku jiġu applikati bil-għan li jitneħħew il-kontaminanti mit-taħlitiet jew mis-sustanzi, dawn jistgħu għalhekk jitqiesu li jiksbu purifikazzjoni aktar milli dekontaminazzjoni. Madankollu, peress li, f’dak il-każ, id-dekontaminazzjoni tal-plastik tinkiseb permezz ta’ purifikazzjoni, jenħtieġ li madankollu jiġi ċċarat li d-dekontaminazzjoni tinkludi wkoll il-purifikazzjoni ta’ sustanzi jew taħlitiet.

(9)

Il-proċessi ta’ riċiklaġġ jistgħu jikkonsistu f’ħafna operazzjonijiet bażiċi sekwenzjali li japplikaw trasformazzjoni waħda (“operazzjonijiet unitarji”), iżda ftit biss minn dawn l-operazzjonijiet jiksbu d-dekontaminazzjoni. Peress li l-iskart tal-plastik dejjem għandu jiġi ddekontaminat, u għandu jkun hemm regoli ċari applikabbli għad-dekontaminazzjoni, jenħtieġ li l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ li flimkien jiżguraw id-dekontaminazzjoni jissejħu l-proċess ta’ dekontaminazzjoni u jenħtieġ li jiġu distinti mill-operazzjonijiet li jitwettqu qabel u wara d-dekontaminazzjoni.

(10)

Id-dekontaminazzjoni tagħmel distinzjoni bejn il-plastik riċiklat li ma jkunx xieraq biex jiġi f’kuntatt mal-ikel mill-plastik riċiklat li jirrenda xieraq għall-kuntatt mal-ikel, anke jekk id-dekontaminazzjoni tkun biss mikrobijoloġika. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-istadju jkun il-fokus ewlieni tal-kontrolli uffiċjali li jitwettqu fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Skont it-teknoloġija applikata u/jew l-organizzazzjoni tagħha, id-dekontaminazzjoni tista’ ssir f’faċilitajiet li tradizzjonalment jitqiesu faċilitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart, faċilitajiet tar-riċiklaġġ, jew faċilitajiet fejn isseħħ il-konverżjoni tal-plastik. Biex jiġu żgurati l-uniformità u ċ-ċarezza dwar ir-rwol ta’ faċilità fejn issir id-dekontaminazzjoni skont dan ir-Regolament, di il-faċilità jenħtieġ li tissejjaħ b’mod konsistenti faċilità tar-riċiklaġġ.

(11)

Minħabba r-rilevanza tal-kontroll tal-kwalità tal-materjal li jkun qiegħed jiġi riċiklat għall-kwalità u s-sikurezza eventwali tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, u għat-traċċabbiltà, huwa xieraq li jiġi ddefinit b’mod preċiż il-kunċett ta’ “lottijiet” li għalihom japplikaw ir-regoli dwar il-kontroll tal-kwalità.

(12)

Il-prinċipju li fuqu huwa bbażat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 huwa li kull materjal jew oġġett li huwa maħsub biex jiġi f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel irid ikun inert biżżejjed li ma jippermettix li jiġu ttrasferiti sustanzi fl-ikel fi kwantitajiet kbar biżżejjed li jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem jew li jġibu magħhom bidla inaċċettabbli fil-kompożizzjoni tal-ikel jew deterjorament fil-karatteristiċi organolettiċi tiegħu. Għalhekk, dan il-prinċipju japplika wkoll għall-materjali riċiklati li jiġu f’kuntatt mal-ikel. Madankollu, dak ir-Regolament jispjega wkoll li l-użu ta’ materjali u oġġetti riċiklati jenħtieġ li jiġi favorit biss dment li jiġu stabbiliti rekwiżiti stretti dwar is-sikurezza alimentari. L-iżgurar tas-sikurezza alimentari ma jinkludix biss it-trasferiment ta’ sustanzi li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem, jew li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-ikel, iżda jinkludi wkoll is-sikurezza mikrobijoloġika. Peress li l-input għall-proċessi ta’ riċiklaġġ joriġina mill-iskart, huwa ferm aktar probabbli li jkun mikrobijoloġikament ikkontaminat minn materjali u oġġetti li jkunu għadhom kif ġew immanifatturati minn sustanzi tal-bidu. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat ma jkunux biss inerti biżżejjed iżda wkoll sikuri mikrobijoloġikament.

(13)

L-esperjenza bl-evalwazzjoni tal-proċessi skont ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 turi li jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji xjentifiċi u fehim speċifiku għal ċerta teknoloġija tar-riċiklaġġ qabel l-evalwazzjoni ta’ proċessi individwali ta’ riċiklaġġ li jużaw dik it-teknoloġija, minħabba li fehim xjentifiku insuffiċjenti tal-livelli ta’ kontaminanti fl-input kif ukoll dwar il-funzjonament tat-teknoloġija altrimenti jista’ jħalli wisq inċertezzi għall-Awtorità biex tasal għal konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta’ dawk il-proċessi individwali ta’ riċiklaġġ. L-esperjenza wriet ukoll li teknoloġiji oħrajn ta’ riċiklaġġ jistgħu jiżguraw b’ċertezza li kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ li japplikahom jirriżulta fi plastik riċiklat sikur, u li, għalhekk, l-evalwazzjoni ta’ kull proċess ta’ riċiklaġġ li juża dawn it-teknoloġiji ftit li xejn iġġib benefiċċji meta mqabbla mal-piż li tirrappreżenta kemm għall-operaturi tan-negozji kif ukoll għall-Awtorità. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jistgħu, bi prinċipju, jitqiegħdu fis-suq biss meta jkunu ġew prodotti bl-użu ta’ teknoloġija li hija mifhuma tajjeb biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi dwar jekk tistax tippermetti r-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik fi plastik li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 bi prinċipju, u dwar jekk l-użu tiegħu għandux ikun soġġett għal rekwiżiti speċifiċi, inkluż jekk il-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikaw dik it-teknoloġija jvarjawx biżżejjed minn wieħed għall-ieħor rigward il-parametri tat-trattament ta’ dekontaminazzjoni jew il-konfigurazzjoni tal-proċess, li tkun meħtieġa awtorizzazzjoni individwali ta’ kull waħda minnhom biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-kwalità tal-plastik riċiklat manifatturat bihom.

(14)

Abbażi tal-evalwazzjonijiet li twettqu mill-Awtorità tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 282/2008, ir-riċiklaġġ mekkaniku tal-PET u ċ-ċirkwiti tal-prodotti f’katina magħluqa u kkontrollata jistgħu jitqiesu teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa biex jirriċiklaw l-iskart tal-plastik fi plastik li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu tagħhom. B’mod partikolari, il-proċessi mekkaniċi tar-riċiklaġġ tal-PET jenħtieġ li jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni individwali peress li s-severità u t-tul tat-trattament tal-input tal-plastik applikat fl-operazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni, u b’hekk il-kapaċità tagħhom li jiddekontaminaw, jiddependu mill-konfigurazzjoni speċifika ta’ dawk il-proċessi, u, għalhekk, jirrikjedu evalwazzjoni każ b’każ ibbażata fuq kriterji stabbiliti. Bil-maqlub, ma hemmx bżonn li tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni ta’ proċessi ta’ riċiklaġġ individwali li jiksbu biss plastik minn katina ta’ proċessi kkontrollata li tipprevjeni l-kontaminazzjoni, billi l-introduzzjoni ta’ kontaminanti fil-katina tkun ikkontrollata biżżejjed li tiżgura li l-unika kontaminazzjoni tal-input tal-plastik tkun tista’ titneħħa sempliċiment permezz tal-proċessi ta’ tindif u tisħin li fi kwalunkwe każ huma meħtieġa għall-iffurmar mill-ġdid tal-materjali.

(15)

Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-kwalità tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti.

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 jistabbilixxi rekwiżiti ta’ kompożizzjoni li jiżguraw l-użu sikur ta’ materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel, inkluż liema sustanzi huma awtorizzati għall-manifattura u l-limiti tal-migrazzjoni. Sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta’ sikurezza tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, jenħtieġ li dawn ikunu tal-istess kompożizzjoni bħall-plastiks manifatturati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, u li jikkonformaw mar-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, bħal-limiti tal-migrazzjoni, stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(17)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontroll tal-kwalità u t-traċċabbiltà, jenħtieġ li jiġi stabbilit reġistru pubbliku li jkollu informazzjoni dwar ir-riċiklaturi, l-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ u l-proċessi tar-riċiklaġġ u r-reġistrazzjoni f’dak ir-reġistru jenħtieġ li tkun rekwiżit sabiex jitqiegħdu fis-suq materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat.

(18)

Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi għat-tikkettar ta’ materjali u oġġetti biex l-utenti jiġu informati dwar l-użu xieraq tagħhom, ma jeżistux regoli bħal dawn fir-rigward tal-postproċessar tal-plastik dekontaminat. Madankollu, skont kemm tkun fonda d-dekontaminazzjoni, jistgħu japplikaw ċerti struzzjonijiet biex isir aktar ipproċessar u użu tal-plastik riċiklat, bħar-rekwiżiti tat-taħlit biex jinkiseb kontenut massimu riċiklat, jew bħal limitazzjonijiet fuq l-użu tiegħu. Filwaqt li dawn l-istruzzjonijiet iridu jiġu ttrasferiti permezz tad-dokumentazzjoni, jista’ jkun li ma jkunx faċli li wieħed jagħraf li l-materjali tal-plastik jirrikjedu trattament speċjali. Għalhekk. biex jiġu evitati l-iżbalji u jiġu ffaċilitati l-kontrolli, jenħtieġ li l-plastik riċiklat jiġi ttikkettat b’mod li jkun jista’ jinqara faċilment ukoll, biex ikun żgurat li jintuża b’mod korrett waqt il-postproċessar f’konformità mal-istruzzjonijiet mingħand ir-riċiklatur.

(19)

Sabiex jiġi żgurat li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet matul il-proċess kollu tar-riċiklaġġ li jiżguraw is-sikurezza u l-kwalità tagħhom, u sabiex jiġu ffaċilitati l-infurzar u l-funzjonament tal-katina tal-provvista, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim tal-istadji kollha tar-riċiklaġġ, mill-ipproċessar minn qabel sad-dekontaminazzjoni u l-postproċessar. B’mod partikolari, il-livell ta’ kontaminazzjoni fl-input tal-plastik għall-proċess ta’ dekontaminazzjoni jenħtieġ li qatt ma jaqbeż il-livelli massimi li fihom il-proċess jista’ jiżgura biżżejjed dekontaminazzjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-kwalità tal-input tissodisfa b’mod konsistenti l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 (7) dwar prassi tajba ta’ manifattura, kif xieraq, ukoll għall-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart li jseħħu qabel il-proċess ta’ dekontaminazzjoni u jiġi żgurat li tiġi applikata sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Madankollu, minħabba d-diversità tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ u tal-proċessi tar-riċiklaġġ, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu adottati regoli speċifiċi li jikkomplementaw jew jidderogaw minn xi wħud minn dawk ir-regoli ġenerali sabiex jitqiesu l-kapaċitajiet speċifiċi ta’ teknoloġija jew ta’ proċess tar-riċiklaġġ.

(20)

Barra minn hekk, dawk ir-regoli ġenerali dwar it-tħaddim tal-istadji kollha tar-riċiklaġġ jenħtieġ li ma japplikawx fir-rigward tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ li jiddependu mill-istabbiliment ta’ skema speċjali għall-użu u l-ġbir ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li fihom jipparteċipaw ir-riċiklaturi, l-operaturi tan-negozji tal-ikel u operaturi oħrajn tan-negozji u li għandhom l-għan li jżommu l-kontaminazzjoni tal-input tal-plastik f’livell minimu u, għalhekk, li jnaqqsu r-rekwiżiti għall-proċess ta’ dekontaminazzjoni applikat. Minħabba li s-sikurezza tal-plastik riċiklat għalhekk tiddependi mill-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni u konsegwentement mill-funzjonament korrett ta’ skemi ta’ riċiklaġġ bħal dawn, aktar milli mill-ipproċessar tal-iskart u d-dekontaminazzjoni sussegwenti tiegħu, huwa xieraq li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-funzjonament tagħhom. B’mod partikolari, sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-applikazzjoni uniformi ta’ skema ta’ riċiklaġġ, jenħtieġ li entità waħda biss tkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-funzjonament ġenerali tagħha u jenħtieġ li tkun responsabbli li tipprovdi direzzjonijiet vinkolanti lill-operaturi parteċipanti kollha. Jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li l-parteċipanti, il-partijiet terzi u l-awtoritajiet tal-kontroll ikunu jistgħu jgħarfu malajr il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jridu jintużaw skont skema ta’ riċiklaġġ speċifika.

(21)

Anke jekk ir-regola għandha tkun li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat prodotti bl-użu ta’ teknoloġiji li jkunu ntwerew li huma xierqa biss jistgħu jitqiegħdu fis-suq, huwa xieraq, sabiex ikun permess u mħeġġeġ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji bħal dawn, li jiġi awtorizzat, b’kundizzjonijiet stretti u għal żmien limitat, it-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat prodotti bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-iżviluppaturi jiġbru d-data dwar numru kbir u rappreżentattiv ta’ kampjuni li huwa meħtieġ sabiex tiġi mminimizzata l-inċertezza dwar il-karatterizzazzjoni tal-input tal-plastik u tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat u, li huwa għalhekk meħtieġ, sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza ta’ teknoloġija ġdida u biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi, fejn xieraq.

(22)

Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli sabiex jiġi żgurat li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat prodotti b’teknoloġiji ġodda jkunu ta’ riskju minimu u li l-possibbiltà li dawn il-materjali u l-oġġetti jitqiegħdu fis-suq tintuża b’mod effettiv sabiex jinġabru l-informazzjoni u l-esperjenza li jippermettu l-evalwazzjoni tat-teknoloġija. Għalhekk, qabel it-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti riċiklati, jenħtieġ li tintuża l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-prinċipji, il-kunċetti u l-prattiki użati mit-teknoloġija l-ġdida sabiex jiġu mminimizzati r-riskji, u jenħtieġ li tkun disponibbli d-data dwar l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni tat-teknoloġija. Meta din id-data ma tkunx biżżejjed biex jiġi vverifikat il-funzjonament adegwat tat-teknoloġija, b’mod partikolari meta d-dekontaminazzjoni ma tkunx il-prinċipju ewlieni jew uniku li jintuża biex tinkiseb is-sikurezza, jenħtieġ li jitfasslu testijiet komplementari abbażi tal-ispeċifiċitajiet tat-teknoloġija l-ġdida. Barra minn hekk, biex jiġi stabbilit il-livell ta’ kontaminazzjoni fil-materjali tal-input, kif ukoll tal-livelli ta’ kontaminanti residwi fil-materjali u fl-oġġetti finali u l-potenzjal li dawn jiġu ttrasferiti fl-ikel, jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod partikolari, regoli dwar il-monitoraġġ analitiku tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat prodotti b’teknoloġiji ta’ riċiklaġġ li qegħdin jiġu żviluppati u l-preżenza potenzjali ta’ sustanzi perikolużi. Biex jiġi kkaratterizzat ir-riskju ta’ esponiment, jenħtieġ li dan il-monitoraġġ ma jiffokax biss fuq livelli medji, iżda jivvaluta wkoll kwistjonijiet bħal humiex jitfaċċaw ta’ spiss ċerti kontaminanti f’lottijiet diversi, jew humiex marbuta ma’ xi sors partikolari. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati l-fiduċja, l-għarfien tal-pubbliku u l-iskrutinju regolatorju tat-teknoloġiji li qegħdin jiġu żviluppati, huwa importanti li jiġu ppubblikati r-rapporti dwar is-sikurezza tal-materjali u ta’ dan il-monitoraġġ.

(23)

Biex jiġi żgurat li l-possibbiltà li jitqiegħdu fis-suq materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat prodotti b’teknoloġiji ġodda tibqa’ limitata għaż-żmien meħtieġ sabiex jinġabru l-informazzjoni u l-esperjenza meħtieġa għall-valutazzjoni tat-teknoloġija, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-bidu ta’ dik il-valutazzjoni. Madankollu, peress li ma huwiex probabbli li diversi żviluppaturi jistgħu simultanjament u indipendentement jużaw installazzjonijiet simili bbażati, fis-sustanza, fuq l-istess teknoloġija, jenħtieġ li jeżisti livell ta’ flessibbiltà fir-rigward tal-bidu u l-ambitu tal-valutazzjoni ta’ teknoloġija ġdida sabiex dik il-valutazzjoni tkun tista’ tiġi informata b’informazzjoni li toriġina mill-iżviluppaturi tat-teknoloġija kkonċernati kollha.

(24)

F’każ li jkun hemm evidenza jew indikazzjonijiet li juru li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat b’teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa jew b’teknoloġija ġdida jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-konsumaturi, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kummissjoni tanalizza t-teknoloġija u s-sikurezza tal-materjali u tal-oġġetti tal-plastik riċiklat li tipproduċi, u li tieħu azzjoni xierqa u immedjata rigward dan.

(25)

Peress li dan ir-Regolament jirrikjedi l-awtorizzazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ f’ċerti każijiet, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura għal dan il-għan. Jenħtieġ li din il-proċedura tkun simili għall-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ sustanza ġdida stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004, adattata kif meħtieġ għall-awtorizzazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ. B’mod partikolari, peress li t-tħejjija ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tirrikjedi li l-applikant ikollu għarfien kumpless dwar il-proċess ta’ riċiklaġġ ikkonċernat, u sabiex jiġi evitat li jiġu ppreżentati diversi applikazzjonijiet għall-istess proċess ta’ riċiklaġġ, jixraq li jiġi stabbilit li jista’ japplika għall-awtorizzazzjoni biss l-operatur tan-negozju li jkun żviluppa l-proċess ta’ riċiklaġġ, u mhux kwalunkwe riċiklatur li jużah. Barra minn hekk, peress li l-proċessi ta’ riċiklaġġ awtorizzati jistgħu jkunu soġġetti għal bidliet tekniċi u amministrattivi żgħar u kbar matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura ċ-ċarezza dwar il-proċeduri li japplikaw għall-bidliet fil-proċessi ta’ riċiklaġġ awtorizzati.

(26)

Peress li l-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ huma kumplessi u l-konfigurazzjoni u t-tħaddim tagħhom jistgħu jkunu soġġetti għal ħafna parametri u proċeduri, sabiex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ tal-konformità mir-riċiklaturi stess u verifiki effiċjenti bħala parti mill-kontrolli uffiċjali, jixraq li jkun meħtieġ li r-riċiklaturi li joperaw installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni jżommu disponibbli dokument li jiġbor fil-qosor b’mod standardizzat it-tħaddim, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ dik l-installazzjoni kif ukoll tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ li tagħmel parti minnha b’mod li juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(27)

Id-dekontaminazzjoni tal-plastik riċiklat jenħtieġ li tkun soġġetta għal spezzjoni u kontroll mill-awtoritajiet kompetenti. Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn imwettqa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi dwar l-ikel u l-għalf (8) ikopri wkoll il-kontroll uffiċjali fuq materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel u, għalhekk, jinkludi l-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni. Madankollu, filwaqt li dak ir-Regolament jipprevedi r-regoli ġenerali għall-kontrolli uffiċjali, ma jistabbilixxix proċedura speċifika għall-kontroll tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni. Għalhekk jixraq li sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli uffiċjali tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni jinsabu fejn jinsabu, jiġu ddefiniti tekniki ta’ kontroll xierqa, kif ukoll regoli li jiddefinixxu meta l-plastik riċiklat għandu jitqies li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

(28)

Sabiex jiġi żgurat li l-plastik riċiklat u l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jintużaw kif xieraq u b’mod traċċabbli mill-konvertituri u mill-operaturi tan-negozji tal-ikel, jenħtieġ li tiġi prevista dikjarazzjoni ta’ konformità li takkumpanja l-lottijiet tal-plastik riċiklat, sabiex jiġu stabbiliti l-identità tar-riċiklatur, l-oriġini riċiklata tal-plastik, u biex jingħataw struzzjonijiet lill-konvertituri u lill-utenti finali dwar l-użu tiegħu. Sabiex jiġi żgurat li dak id-dokument ikun jista’ jinftiehem b’mod uniformi minn kull min jirċevih, jenħtieġ li l-operaturi jkunu meħtieġa jużaw mudell predefinit.

(29)

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat bħalissa jitqiegħdu fis-suq soġġett għar-regoli nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni għal dan ir-Regolament tkun bla xkiel u ma tfixkilx is-suq eżistenti tal-materjali u tal-oġġetti tal-plastik riċiklat. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli li għal żmien limitat issir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ proċessi ta’ riċiklaġġ eżistenti soġġett għall-awtorizzazzjoni individwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u li jitkompla t-tqegħid fis-suq tal-plastik riċiklat, u ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat, prodotti permezz ta’ dawk il-proċessi ta’ riċiklaġġ sakemm tiġi ffinalizzata l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. L-applikazzjonijiet sottomessi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 282/2008 dwar proċessi ta’ riċiklaġġ bħal dawn jenħtieġ li jitqiesu bħala applikazzjonijiet sottomessi skont dan ir-Regolament. L-applikazzjonijiet sottomessi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 282/2008 dwar proċessi ta’ riċiklaġġ li ma humiex soġġetti għal awtorizzazzjoni individwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jintemmu peress li ma hemm l-ebda bażi għall-awtorizzazzjoni tal-proċessi kkonċernati skont dan ir-Regolament.

(30)

Ir-riċiklaturi li japplikaw teknoloġiji fl-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ attwali tagħhom li ma humiex elenkati bħala teknoloġiji ta’ riċiklaġġ xierqa jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien sabiex jikkunsidraw jekk iridux jiżviluppaw dik it-teknoloġija aktar sabiex jippermettu l-elenkar tat-teknoloġija bħala xierqa jew inkella sabiex itemmu l-użu tagħhom ta’ dawk l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Għalhekk, it-tqegħid fis-suq ta’ plastik riċiklat, u ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat, prodotti permezz ta’ proċessi u installazzjonijiet tar-riċiklaġġ ibbażati fuq dawk it-teknoloġiji u f’konformità mar-regoli nazzjonali eżistenti attwali jenħtieġ li jkomplu jkunu permessi għal żmien limitat.

(31)

F’każ li l-operaturi jiddeċiedu li jkomplu jiżviluppaw it-teknoloġija sabiex ikun jista’ jsir l-elenkar tat-teknoloġija bħala xierqa, dan ir-Regolament jirrikjedi n-notifika tat-teknoloġija u l-ħatra ta’ żviluppatur. Madankollu, fiż-żmien tan-notifika l-proċedura ta’ notifika tkun tirrikjedi raġunament estensiv dwar is-sikurezza ta’ dawk il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, u l-pubblikazzjoni ta’ rapport ibbażat fuqu. Filwaqt li l-operaturi li diġà jużaw dawn it-teknoloġiji jenħtieġ li jkollhom informazzjoni dwar is-sikurezza tal-materjali u tal-plastik riċiklat l-oġġetti manifatturati bihom, ir-rekwiżiti li jistabbilixxi dan ir-Regolament għal dawn ir-rapporti huma estensivi. Peress li l-ksib tal-informazzjoni addizzjonali meħtieġa jaf idum żmien sinifikanti, jixraq li dawk l-iżviluppaturi jingħataw permess li jipprovdu din l-informazzjoni fix-xhur wara n-notifika.

(32)

Skont dan ir-Regolament, jista’ ma jibqax possibbli li wara ċerta data l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat li jkunu ġew immanifatturati b’ċerta installazzjoni tar-riċiklaġġ jitqiegħdu fis-suq legalment. Madankollu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel xorta jista’ jkollhom stokkijiet ta’ tali materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat, jew jaf ikunu diġà użawhom biex jippakkjaw l-ikel. Peress li din is-sitwazzjoni ma hijiex dovuta għal tħassib immedjat dwar is-sikurezza u dawk il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jkunu tqiegħdu fis-suq soġġett għall-kontroll tal-awtoritajiet nazzjonali, jenħtieġ li jiġu evitati l-ħela tal-ikel u l-piż fuq l-operaturi tan-negozji tal-ikel, u jenħtieġ li jitħallew jużaw dawk il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat sabiex jippakkjaw l-ikel, u jqegħduhom fis-suq, sakemm dak l-istokk jiġi eżawrit.

(33)

Fost dawk it-teknoloġiji tar-riċiklaġġ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li ma humiex elenkati bħala teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa, il-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li fihom il-plastik riċiklat jintuża wara ostaklu funzjonali tal-plastik, tirrikjedi kunsiderazzjoni speċjali minħabba li diversi mijiet ta’ installazzjonijiet tar-riċiklaġġ bħalissa diġà jimmanifatturaw materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat b’din it-teknoloġija. Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat manifatturati b’din it-teknoloġija s’issa tqiegħdu fis-suq bis-suppożizzjoni ta’ konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, u soġġett għall-kontroll tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Din l-informazzjoni dwar dawn il-materjali ma teliminax id-dubji dwar il-konformità reali tagħhom ma’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari, ma hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar il-kapaċità tal-ostakli funzjonali applikati għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni fl-ikel ta’ kontaminanti li jinsabu fil-plastik riċiklat fuq perjodu ta’ żmien twil. Għalhekk, jenħtieġ li din it-teknoloġija għalissa ma tiġix stabbilita bħala teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa. Madankollu, għall-kuntrarju ta’ teknoloġiji oħrajn li jridu jijitqiesu bħala ġodda għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-prinċipji ewlenin ta’ din it-teknoloġija huma diġà mifhuma. Dan jippermetti li jiġu stabbiliti adattamenti speċifiċi għar-regoli dwar teknoloġiji ġodda li jikkonċernaw l-użu ta’ din it-teknoloġija sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-adegwatezza tagħha, u b’mod partikolari li jiżdied rekwiżit sabiex tiġi vverifikata l-effettività tal-prinċipju ta’ ostaklu. Għalhekk, filwaqt li minn naħa waħda, minħabba n-numru ta’ installazzjonijiet eżistenti, ma jidhirx li huwa neċessarju li jkun meħtieġ il-monitoraġġ ta’ dawn l-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ kollha sabiex tinkiseb data suffiċjenti dwar il-livelli ta’ kontaminazzjoni, min-naħa l-oħra, minħabba li, abbażi tal-għarfien diġà disponibbli, jeżistu d-dubji dwar il-kapaċità tal-ostakli funzjonali li jipprevjenu l-migrazzjoni tal-kontaminanti fuq żmien twil, jixraq li t-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat manifatturati b’din it-teknoloġija jkun soġġett għall-kundizzjoni li jkun sar ittestjar addizzjonali li jiggarantixxi dik il-kapaċità.

(34)

Dan ir-Regolament jirrikjedi li ċerti operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart involuti fil-ġbir tal-plastik, kif ukoll l-operaturi involuti f’operazzjonijiet ulterjuri bħala parti mill-ipproċessar minn qabel, jistabbilixxu sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità ċċertifikata biex jiżguraw il-kwalità u t-traċċabbiltà tal-input tal-plastik. Peress li dawk l-operaturi jeħtieġu ż-żmien sabiex jitħejjew bis-sħiħ għal din iċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li jingħata żmien suffiċjenti sabiex dawk l-operaturi jadattaw għal dak ir-rekwiżit.

(35)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi u adegwata tal-metodi analitiċi, dan ir-Regolament jirrikjedi li r-riċiklaturi li jimmonitorjaw il-livelli ta’ kontaminanti bħala parti mill-attivitajiet tagħhom dwar l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda jipparteċipaw f’testijiet ta’ profiċjenza. Peress li dan ir-Regolament jistabbilixxi dan ir-rekwiżit għall-ewwel darba, dawk it-testijiet ta’ profiċjenza jirrikjedu aktar adattament għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u l-laboratorji jeħtieġu ż-żmien biex jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jingħata żmien suffiċjenti biex dawn it-testijiet ta’ profiċjenza jkunu jistgħu jiġu adattati u organizzati.

(36)

Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 282/2008 jitħassar.

(37)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament huwa miżura speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli:

(a)

għat-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, li fihom plastik li joriġina mill-iskart jew immanifatturat minnu;

(b)

għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ teknoloġiji, proċessi u installazzjonijiet tar-riċiklaġġ, għall-produzzjoni ta’ plastik riċiklat li jintuża f’dawk il-materjali u l-oġġetti tal-plastik;

(c)

għall-użu f’kuntatt mal-ikel ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat u ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li huma maħsuba għar-riċiklaċċ.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-użu tal-iskart biex jiġu mmanifatturati sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, u biex jiġu mmanifatturati sustanzi soġġetti għall-Artikolu 6(1), (2), u (3)(a) tiegħu, meta jkunu maħsuba għal użu sussegwenti f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u d-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2023/2006.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skart”, “skart muniċipali”, “immaniġġjar tal-iskart”, “ġbir”, “użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ”, u “skart mhux perikoluż”, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(2)

“negozju tal-ikel” u “operatur ta’ negozju tal-ikel”, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(3)

“awtoritajiet kompetenti”, u “awditjar”, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.   Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“teknoloġija tar-riċiklaġġ” tfisser kombinament speċifiku ta’ kunċetti, prinċipji u prattiki fiżiċi jew kimiċi għar-riċiklaġġ ta’ fluss ta’ skart ta’ ċertu tip u miġbur b’ċertu mod f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat ta’ tip speċifiku u b’użu intenzjonat speċifiku, u tinkludi teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni;

(2)

“teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni” tfisser kombinament speċifiku ta’ kunċetti, prinċipji, u prattiki fiżiċi jew kimiċi li huma parti minn teknoloġija ta’ riċiklaġġ li l-għan primarju tiegħu huwa li jneħħi l-kontaminazzjoni jew li jippurifika;

(3)

“proċess ta’ riċiklaġġ” tfisser sekwenza ta’ operazzjonijiet unitarji li hija maħsuba għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat permezz tal-ipproċessar minn qabel, ta’ proċess ta’ dekontaminazzjoni, u ta’ postproċessar, u li hija bbażata fuq teknoloġija ta’ riċiklaġġ speċifika;

(4)

“plastik riċiklat” tfisser plastik li jirriżulta mill-proċess ta’ dekontaminazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ, u plastik li jirriżulta minn operazzjonijiet sussegwenti ta’ postproċessar u li għadu ma ġiex ittrasformat f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat;

(5)

“materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat” tfisser materjali u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel fl-istat lest tagħhom, u li jkunu magħmula kompletament jew parzjalment minn plastik riċiklat;

(6)

“kontenut riċiklat” tirreferi għall-ammont ta’ plastik riċiklat li jirriżulta direttament mill-proċess ta’ dekontaminazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ li jkun inkluż fi plastik riċiklat li jkun għadda minn postproċessar jew f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat oħrajn immanifatturati minnu.

(7)

“ipproċessar minn qabel” tfisser l-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġjar tal-iskart li jitwettqu biex jisseparaw, iqattgħu, jaħslu, iħalltu jew b’xi mod ieħor jittrattaw l-iskart tal-plastik biex jirrenduh xieraq għall-proċess ta’ dekontaminazzjoni;

(8)

“input tal-plastik” tfisser il-materjali tal-plastik li jirriżultaw mill-ipproċessar minn qabel li jiddaħħlu fi proċess ta’ dekontaminazzjoni;

(9)

“proċess ta’ dekontaminazzjoni” tfisser sekwenza speċifika ta’ operazzjonijiet unitarji li flimkien l-għan primarju tagħhom huwa li jneħħu l-kontaminazzjoni mill-input tal-plastik biex jirrenduh xieraq sabiex jiġi f’kuntatt mal-ikel, bl-użu ta’ teknoloġija speċifika ta’ dekontaminazzjoni;

(10)

“kontaminazzjoni inċidentali” tfisser kontaminazzjoni preżenti fl-input tal-plastik li joriġina mill-ikel, mill-materjali u mill-oġġetti tal-plastik maħsuba u użati biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, mill-użu jew mill-użu ħażin tagħhom għal skopijiet mhux tal-ikel, u mill-preżenza mhux intenzjonata ta’ sustanzi, materjali u oġġetti oħrajn minħabba l-immaniġġjar tal-iskart;

(11)

“postproċessar” tfisser l-operazzjonijiet unitarji kollha sussegwenti għall-proċess ta’ dekontaminazzjoni li permezz tiegħu l-output tiegħu jkompli jiġi ppolimerizzat, ittrattat mod ieħor, u/jew ikkonvertit, li jirriżulta f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat fl-istat lest tagħhom;

(12)

“installazzjoni tar-riċiklaġġ” tfisser it-tagħmir li jħaddem tal-anqas parti minn proċess ta’ riċiklaġġ;

(13)

“installazzjoni tad-dekontaminazzjoni” tfisser tagħmir speċifiku li jħaddem proċess ta’ dekontaminazzjoni;

(14)

“faċilità tar-riċiklaġġ” tfisser post fejn tinsab mill-anqas installazzjoni tad-dekontaminazzjoni waħda;

(15)

“skema ta’ riċiklaġġ” tfisser arranġament bejn l-entitajiet legali sabiex jimmaniġġjaw l-użu, il-ġbir separat u r-riċiklaġġ ta’ materjali u oġġetti tal-plastik bil-għan li jillimitaw jew jipprevjenu li jiġu kkontaminati sabiex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ tagħhom;

(16)

“riċiklatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tapplika proċess ta’ dekontaminazzjoni;

(17)

“konvertitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq operazzjoni unitarja waħda jew aktar ta’ postproċessar;

(18)

“operazzjoni unitarja” tfisser operazzjoni bażika li hija parti minn proċess, u tapplika trasformazzjoni waħda għall-input tagħha, jew aktar trasformazzjonijiet jekk iseħħu flimkien;

(19)

“stadju tal-manifattura” tfisser operazzjoni unitarja waħda jew aktar sekwenzjali u li jiġu segwiti minn valutazzjoni tal-kwalità tal-materjal li jirriżulta minn dak l-istadju;

(20)

“lott” tfisser kwantità ta’ materjal tal-istess kwalità, u li jkun prodott bl-użu ta’ parametri tal-produzzjoni uniformi f’ċertu stadju tal-manifattura, maħżuna u miżmuma b’mod li jiġi eskluż it-taħlit ma’ materjali oħrajn jew il-kontaminazzjoni, u ddeżinjat bħala lott minn numru tal-produzzjoni uniku.

Artikolu 3

Teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa

1.   Teknoloġija tar-riċiklaġġ għandha titqies xierqa jekk jintwera li hija kapaċi tirriċikla l-iskart f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u li huma sikuri mikrobijoloġikament.

2.   Għandha ssir distinzjoni bejn it-teknoloġiji tar-riċiklaġġ abbażi tal-proprjetajiet li ġejjin:

(a)

it-tip, il-mod tal-ġbir u l-oriġini tal-materjal tal-input;

(b)

il-kombinament speċifiku ta’ kunċetti, prinċipji u prattiki fiżiċi u kimiċi użati għad-dekontaminazzjoni ta’ dak il-materjal tal-input;

(c)

it-tip u l-użu maħsub tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;

(d)

il-ħtieġa jew in-nuqqas ta’ ħtieġa għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikaw dik it-teknoloġija, u l-kriterji għalhekk.

3.   It-teknoloġiji xierqa ta’ riċiklaġġ huma elenkati fl-Anness I. L-Anness I jista’ jiġi emendat f’konformità mal-Artikoli 15 u 16.

4.   Meta l-kapaċità tal-proċessi ta’ riċiklaġġ li jużaw ċerta teknoloġija ta’ riċiklaġġ biex jiksbu biżżejjed dekontaminazzjoni tkun tiddependi mill-ispeċifikazzjoni preċiża tal-input, mill-konfigurazzjoni dettaljata ta’ dawk il-proċessi, jew mill-kundizzjonijiet operattivi applikati, u meta dik l-ispeċifikazzjoni, il-konfigurazzjoni jew dawk il-kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu stabbiliti b’regoli sempliċi fiż-żmien li dik it-teknoloġija tiġi stabbilita bħala xierqa, kull proċess ta’ riċiklaġġ li juża dik it-teknoloġija għandu jiġi awtorizzat individwalment mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-Kapitolu V, u b’mod partikolari fl-Artikolu 19(1) tiegħu (“l-awtorizzazzjoni”).

5.   L-Anness I għandu jispeċifika jekk għal teknoloġija ta’ riċiklaġġ għandhomx jiġu awtorizzati proċessi individwali ta’ riċiklaġġ.

6.   Kull teknoloġija ta’ riċiklaġġ li għadha ma ġietx soġġetta għal deċiżjoni dwar l-adegwatezza tagħha f’konformità mal-Artikolu 15 jew 16 għandha titqies bħala teknoloġija ġdida għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

TQEGĦID FIS-SUQ TA’ PLASTIK RIĊIKLAT U TA’ MATERJALI U OĠĠETTI TAL-PLASTIK RIĊIKLAT

Artikolu 4

Rekwiżiti għall-materjali u l-oġġetti ta’ plastik riċiklat

1.   Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat għandhom jitqiegħdu fis-suq biss meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 waqt il-manifattura tagħhom.

2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II, III u fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandhom japplikaw għall-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat.

3.   Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jiġu mmanifatturati permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa elenkata fl-Anness I; jew,

(b)

teknoloġija ġdida kif imsemmi fl-Artikolu 3(6) u żviluppata f’konformità mal-Kapitolu IV.

4.   Meta l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jiġu mmanifatturati permezz ta’ teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fejn rilevanti, tkun ingħatat awtorizzazzjoni għall-proċess ta’ riċiklaġġ li jintuża għall-manifattura tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat.

(b)

ir-riċiklaġġ u l-użu tal-plastik riċiklat għall-manifattura tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, kif issupplimentati mill-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti għat-teknoloġija stabbiliti fil-Kolonna 8 tat-Tabella 1 tal-Anness I u dawk stabbiliti fl-awtorizzazzjoni, u soġġetti għad-derogi speċifiċi speċifikati fil-Kolonna 9 tat-Tabella 1 tal-Anness I, u fl-awtorizzazzjoni.

(c)

b’deroga mill-punt (b), meta t-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa tkun se tiġi implimentata permezz ta’ skema ta’ riċiklaġġ, ir-riċiklaġġ u l-użu tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 9, u, fejn rilevanti, mar-regoli speċifiċi għat-teknoloġija stabbiliti fl-Anness I.

5.   Meta l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jiġu mmanifatturati permezz ta’ teknoloġija ġdida, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13.

6.   Ir-reġistru tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 24 jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-manifattura tal-plastik riċiklat:

(a)

l-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni fejn ikun ġie mmanifatturat il-plastik riċiklat, l-indirizz tal-faċilità ta’ riċiklaġġ, u l-identità tar-riċiklatur li jkun qiegħed joperaha;

(b)

il-proċess ta’ riċiklaġġ awtorizzat applikat, jekk it-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa applikata tkun tirrikjedi l-awtorizzazzjoni tal-proċessi ta’ riċiklaġġ;

(c)

l-isem tal-iskema ta’ riċiklaġġ użata, l-identità tal-entità li tkun qiegħda timmaniġġjaha, u l-marki applikati, jekk it-teknoloġija tar-riċiklaġġ applikata tkun tirrikjedi l-użu ta’ skema ta’ riċiklaġġ;

(d)

l-isem tat-teknoloġija l-ġdida, jekk il-manifattura tal-plastik riċiklat tuża teknoloġija tar-riċiklaġġ ġdida.

7.   Fejn rilevanti, l-istatus fir-Reġistru stabbilit fl-Artikolu 24 tal-proċess ta’ riċiklaġġ awtorizzat użat għall-manifattura ma jkunx “sospiż” jew “revokat”.

8.   Fir-Reġistru stabbilit fl-Artikolu 24, l-istatus tal-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni użata għall-manifattura ma jkunx “sospiż”.

Artikolu 5

Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni, l-istruzzjonijiet u t-tikkettar

1.   Il-lottijiet individwali ta’ plastik riċiklat u ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat għandhom ikunu soġġetti għal dokument jew rekord uniku dwar il-kwalità tagħhom, u għandhom jiġu identifikati permezz ta’ numru uniku u l-isem tal-istadju tal-manifattura li joriġinaw minnu.

2.   Il-plastik riċiklat li jitqiegħed fis-suq għandu jkun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 29.

3.   Il-kontenituri bil-plastik riċiklat ikkonsenjati lill-konvertituri għandhom jiġu ttikkettati. It-tikketta għandha turi s-simbolu ddefinit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, segwit minn:

(a)

is-simbolu

Image 1
u n-numru tar-reġistru tal-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni fejn il-plastik riċiklat ikun ġie mmanifatturat f’konformità mal-Artikolu 24,

(b)

is-simbolu

Image 2
segwit min-numru tal-lott,

(c)

il-perċentwal skont il-piż tal-kontenut riċiklat,

(d)

il-perċentwal massimu skont il-piż tal-kontenut riċiklat li jista’ jkollhom il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat finali li jkun fihom il-plastik riċiklat, jekk dan ikun anqas minn 100 %, u,

(e)

meta d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tipprovdi struzzjonijiet addizzjonali, is-simbolu ddefinit fl-ISO 7000 bin-numru ta’ referenza 1641.

4.   It-tikketti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar f’kull ħin, ikunu f’post viżibbli, u jkunu mwaħħla b’mod sod.

Id-daqs minimu tat-tipa fuq it-tikketti għandu jkun mill-anqas 17-il punt (6 mm) fuq kontenituri li l-akbar dimensjoni tagħhom tkun iżgħar minn 75 ċentimetru, 23 punt fuq kontenituri li l-akbar dimensjoni tagħhom tkun bejn 75 ċentimetru u 125 ċentimetru, u 30 punt fuq kontenituri fejn l-akbar dimensjoni taqbeż il-125 ċentimetru.

5.   B’deroga mill-paragrafu 4, it-tikkettar jista’ jitħalla barra minn kontenituri fissi mmuntati f’installazzjonijiet jew fuq vetturi.

6.   Ir-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I dwar l-użu ta’ materjali jew oġġetti tal-plastik riċiklat manifatturati b’teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa, u, fejn rilevanti, ir-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni dwar l-użu ta’ materjali jew oġġetti riċiklati manifatturati bi proċess ta’ riċiklaġġ għandhom jiġu inklużi fit-tikkettar meħtieġ mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 ta’ materjali jew oġġetti riċiklati pprovduti lill-operaturi tan-negozji tal-ikel jew lill-konsumaturi finali.

KAPITOLU III

REKWIŻITI ĠENERALI GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-PLASTIK U L-UŻU TA’ PLASTIK RIĊIKLAT

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-ġbir u l-ipproċessar minn qabel

1.   L-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart li jipparteċipaw fil-katina tal-provvista tal-input tal-plastik għandhom jiżguraw li l-iskart tal-plastik li jinġabar jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-iskart tal-plastik joriġina biss minn skart muniċipali, jew minn negozji tal-ikel bl-imnut jew negozji tal-ikel oħrajn jekk kien maħsub u użat biss sabiex jiġi f’kuntatt mal-ikel, inkluż skart mormi minn skema ta’ riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 9(6);

(b)

l-iskart tal-plastik joriġina biss minn materjali u oġġetti tal-plastik manifatturati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jew minn materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat manifatturati f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(c)

l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal ġbir separat;

(d)

il-preżenza ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li huma differenti mill-plastik li għalih huwa maħsub il-proċess ta’ dekontaminazzjoni, inklużi tappijiet, tikketti u adeżivi, materjali u sustanzi oħrajn, u fdalijiet tal-ikel titnaqqas għal livell speċifikat fir-rekwiżiti għall-input tal-plastik ipprovdut mir-riċiklatur u li ma għandux jikkomprometti l-livell ta’ dekontaminazzjoni li jinkiseb.

2.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 l-iskart tal-plastik għandu jitqies bħala miġbur separatament meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dan ikun jikkonsisti biss minn materjali u oġġetti tal-plastik li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u li jkunu nġabru separatament għar-riċiklaġġ minn kull skart ieħor;

(b)

jinġabar flimkien ma’ frazzjonijiet oħrajn ta’ skart tal-imballaġġ mill-iskart muniċipali jew ma’ frazzjonijiet oħrajn mhux tal-imballaġġ, tal-plastik, tal-metall, tal-karta jew tal-ħġieġ mill-iskart muniċipali miġbur separatament mill-iskart residwu għar-riċiklaġġ, u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

is-sistema ta’ ġbir tiġbor biss skart mhux perikoluż;

(ii)

il-ġbir tal-iskart u s-separazzjoni sussegwenti huma ddisinjati u mwettqa sabiex jimminimizzaw il-kontaminazzjoni tal-iskart tal-plastik miġbur minn kwalunkwe skart tal-plastik li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jew skart ieħor;

3.   L-iskart tal-plastik għandu jiġi kkontrollat matul il-ġbir u l-ipproċessar minn qabel permezz ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Is-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom:

(a)

jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;

(b)

jiżguraw it-traċċabbiltà ta’ kull lott sal-punt tal-ewwel separazzjoni tal-iskart tal-plastik miġbur; u,

(c)

jiġu ċċertifikati minn parti terza indipendenti.

L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 kif ukoll il-punt B tal-Anness ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-prassi tajba ta’ manifattura, is-sistemi ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ assigurazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti.

Artikolu 7

Rekwiżiti għad-dekontaminazzjoni

1.   L-input u l-output tal-plastik tal-proċess ta’ dekontaminazzjoni li jiġi applikat għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-kolonni 3, 5, u 6 tat-Tabella 1 tal-Anness I għat-teknoloġija ta’ riċiklaġġ rilevanti u, jekk japplika, il-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-awtorizzazzjoni.

2.   Il-proċess ta’ dekontaminazzjoni għandu jitwettaq f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Kolonna 8 tat-Tabella 1 tal-Anness I u, jekk japplika, mal-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-awtorizzazzjoni. Ir-riċiklaturi għandhom jiżguraw il-konformità mar-Regolament (KE) Nru 2023/2006.

3.   L-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tkun tinsab f’faċilità waħda ta’ riċiklaġġ, li tkun organizzata sabiex tiżgura li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda kontaminazzjoni ġdida tal-plastik riċiklat jew tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;

(b)

il-konfigurazzjoni u t-tħaddim tagħha jikkorrispondu ma’ dawk tal-proċess ta’ riċiklaġġ li tapplika;

(c)

titħaddem kif deskritt fl-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità stabbilita f’konformità mal-Artikolu 26.

4.   Għandu jinżamm repożitorju tar-rekords użati għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-lottijiet individwali kif iddefinit fit-Taqsima 4.1 tal-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità msemmija fil-paragrafu 3(c). Ir-rekords maħżuna f’dak ir-repożitorju għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin.

Artikolu 8

Postproċessar u użu ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat

1.   Il-konvertituri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

plastik riċiklat wara l-proċess f’konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti mir-riċiklatur jew mill-konvertitur fornitur f’konformità mal-Artikolu 5(3);

(b)

fejn rilevanti, jipprovdu lill-konvertituri sussegwenti struzzjonijiet f’konformità mal-paragrafi (3), (4) u (5) tal-Artikolu 5; u,

(c)

fejn rilevanti, jipprovdu struzzjonijiet lill-utenti tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat f’konformità mal-Artikolu 5(6).

2.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jużaw materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat f’konformità mal-istruzzjonijiet riċevuti f’konformità mal-Artikolu 5(6).

Huma għandhom jikkomunikaw l-istruzzjonijiet rilevanti lill-konsumaturi tal-ikel ippakkjat f’dawn il-materjali u l-oġġetti, u/jew lil operaturi oħrajn tan-negozju tal-ikel, fejn rilevanti.

3.   Il-bejjiegħa bl-imnut ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jkunu għadhom ma ġewx f’kuntatt mal-ikel għandhom jikkomunikaw l-istruzzjonijiet rilevanti lill-utenti ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti meta tali struzzjonijiet ma jkunux evidenti mit-tikkettar diġà applikat għal dawk il-materjali u l-oġġetti.

Artikolu 9

Rekwiżiti għat-tħaddim ta’ skemi ta’ riċiklaġġ

1.   Entità ġuridika waħda għandha taġixxi bħala l-maniġer ta’ skema ta’ riċiklaġġ, u għandha tkun responsabbli għall-funzjonament ġenerali tal-iskema ta’ riċiklaġġ.

Mill-anqas 15-il jum ta’ xogħol qabel il-bidu tat-tħaddim ta’ skema ta’ riċiklaġġ, il-maniġer tal-iskema ta’ riċiklaġġ għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn tkun stabbilita u lill-Kummissjoni għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistru tal-Unjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 24.

Il-maniġer għandu jipprovdi ismu, l-indirizz, il-persuni ta’ kuntatt tiegħu, l-isem tal-iskema, sommarju tal-iskema li ma jaqbiżx it-300 kelma, il-marka msemmija fil-paragrafu 5, lista tal-Istati Membri fejn jinsabu l-operaturi tan-negozju li jipparteċipaw fl-iskemi, u r-referenzi ta’ kull installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni użata mill-iskema. Wara dan, il-maniġer għandu jiżgura li din l-informazzjoni tinżamm aġġornata.

2.   Ma għandhiex tiġi stabbilita skeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità, u l-Artikolu 25(1)(c), u l-Artikolu 26 ma għandhomx japplikaw meta r-riċiklaturi jinnotifikaw il-produzzjoni tal-plastik riċiklat bħala parti minn skema ta’ riċiklaġġ, sakemm il-Kolonna 8 tat-Tabella 1 tal-Anness I ma tkunx tirrikjedi li tiġi stabbilita. F’każ li l-Artikolu 25(1)(c), u l-Artikolu 26 ma japplikawx, l-istatus ta’ reġistrazzjoni f’konformità mal-punt (g) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 24, kif imsemmi fl-Artikolu 25(2), għandu jkun “attiv”.

3.   Il-maniġer tal-iskema ta’ riċiklaġġ għandu jipprovdi Dokument Uniku lill-operaturi kummerċjali parteċipanti kollha u lil organizzazzjonijiet parteċipanti oħrajn. Dan id-dokument għandu jistabbilixxi l-objettivi tal-iskema, jispjega kif taħdem, jipprovdi struzzjonijiet, u jistabbilixxi l-obbligi dettaljati li jqiegħed fuq il-parteċipanti. L-ispjegazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ.

4.   L-iskemi ta’ riċiklaġġ għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi li japplikaw għat-teknoloġija tar-riċiklaġġ ix-xierqa applikata kif stabbilit fit-Tabella 1 fl-Anness I u, fejn japplika, bl-awtorizzazzjoni tal-proċess ta’ riċiklaġġ applikat.

Sistema għall-ġbir tal-iskart għandha tkun parti minn skema ta’ riċiklaġġ u għandha tkun iddedikata għall-iskema sabiex tiżgura li jinġabru biss materjali u oġġetti li ntużaw soġġetti għall-iskema.

5.   Fl-istadji tal-użu li matulhom il-kuntatt tagħhom mal-ikel ikun maħsub jew prevedibbli, il-materjali u l-oġġetti kollha użati soġġett għal skema ta’ riċiklaġġ għandhom jiġu ttikkettati b’marka rreġistrata fir-reġistru tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 24. Dik il-marka għandha tkun viżibbli b’mod ċar, ma titħassarx u tkun unika għall-iskema ta’ riċiklaġġ.

6.   Kull operatur tan-negozju tal-ikel li juża materjali u oġġetti li jkollhom marka prevista fil-paragrafu 5 għandu jiżgura li dawk il-materjali u l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu ttikkettati, użati u mnaddfa f’konformità mal-istruzzjonijiet miksuba mill-maniġer tal-iskema ta’ riċiklaġġ;

(b)

jintużaw biss għall-finijiet ta’ distribuzzjoni, ħżin, wiri u bejgħ tal-ikel li huma maħsuba għalihom;

(c)

ma jkunux ikkontaminati b’materjali jew b’sustanzi għajr dawk permessi mill-iskema ta’ riċiklaġġ.

Meta xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ma jiġix issodisfat, il-materjali jew l-oġġetti għandhom jiġu esklużi mill-iskema ta’ riċiklaġġ u jintremew.

7.   Meta skema tippermetti l-ġbir mingħand il-konsumaturi, il-ġbir għandu jsir separatament minn dak ta’ skart ieħor f’punti tal-ġbir deżinjati xierqa biex jiżguraw li l-ġbir tal-iskart ikun konformi mal-iskema.

8.   Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat prodotti f’konformità mal-iskema ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għall-użu barra mill-iskema, sakemm il-Kolonna 9 tal-Anness I ma tipprevedix deroga għal dan ir-rekwiżit.

9.   L-operaturi tan-negozji u organizzazzjonijiet oħrajn li jipparteċipaw fi skema ta’ riċiklaġġ:

(a)

għandhom iħaddmu sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2023/2006, imfassla sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-iskema; jew,

(b)

inkella, l-operaturi żgħar tan-negozji tal-ikel, jistgħu jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-iskema bħala parti mill-proċeduri permanenti tagħhom ibbażati fuq il-prinċipji tal-“analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll” (HACCP), kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), li japplikaw dawn il-proċeduri mutatis mutandis għall-perikli ta’ kontaminazzjoni tal-plastik.

KAPITOLU IV

ŻVILUPP U ELENKAR TAT-TEKNOLOĠIJI TAR-RIĊIKLAĠĠ

Artikolu 10

Rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida

1.   Diversi żviluppaturi jistgħu jiżviluppaw b’mod indipendenti teknoloġiji ġodda fl-istess ħin, anke jekk dawn it-teknoloġiji jistgħu jitqiesu simili jew l-istess.

Meta l-operaturi tan-negozji jew organizzazzjonijiet oħrajn jikkollaboraw fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida, lil dawn l-operaturi jew l-organizzazzjonijiet għandha tirrappreżentahom entità ġuridika waħda, u tagħamilha tal-iżviluppatur tat-teknoloġija l-ġdida.

2.   Mill-anqas sitt xhur qabel il-bidu tat-tħaddim tal-ewwel installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni mħaddma abbażi tal-Artikolu 4(3)(b), l-iżviluppatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn ikun stabbilit l-iżviluppatur u lill-Kummissjoni bit-teknoloġija l-ġdida.

Għall-fini tar-reġistrazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida fir-reġistru tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 24, l-iżviluppatur għandu jinkludi f’din in-notifika ismu, l-indirizz, il-persuni ta’ kuntatt tiegħu, l-isem tat-teknoloġija l-ġdida, sommarju tat-teknoloġija l-ġdida li ma jaqbiżx it-300 kelma, Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (“URL”) li jsib ir-rapporti li għandhom jiġu ppubblikati f’konformità mal-paragrafu 4 u l-Artikolu 13(4), u l-ismijiet u l-indirizzi jew in-numri ta’ kull faċilità ta’ riċiklaġġ li fiha huwa previst li jseħħ l-iżvilupp tat-teknoloġija.

3.   In-notifika mill-iżviluppatur għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar dan li ġej:

(a)

karatterizzazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida bbażata fuq il-proprjetajiet tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-Artikolu 3(2);

(b)

spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, jew jekk it-teknoloġija l-ġdida tapplikax skema ta’ riċiklaġġ;

(c)

raġunament estensiv, u evidenza u studji xjentifiċi, ikkompilati mill-iżviluppatur, li juru li t-teknoloġija l-ġdida tista’ timmanifattura materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 li jiżguraw ukoll is-sikurezza mikrobijoloġika tagħhom, inkluża karatterizzazzjoni tal-livelli ta’ kontaminanti fl-input tal-plastik u fil-plastik riċiklat, determinazzjoni tal-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni, u tat-trasferiment ta’ dawn il-kontaminanti mill-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat fl-ikel, u raġunament dwar għaliex il-kunċetti, il-prinċipji, u l-prattiki applikati huma biżżejjed biex jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti;

(d)

deskrizzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ tipiku wieħed jew aktar li jużaw it-teknoloġija, inkluża dijagramma blokka tal-istadji ewlenin tal-manifattura, u, jekk rilevanti, spjegazzjoni tal-iskema ta’ riċiklaġġ użata u tar-regoli li jirregolaw il-funzjonament tagħha;

(e)

spjegazzjoni bbażata fuq il-punt (a) li tiddeskrivi għaliex it-teknoloġija għandha titqies differenti mit-teknoloġiji eżistenti u għandha titqies bħala ġdida;

(f)

sommarju li jipproponi kriterji ta’ evalwazzjoni lill-Awtorità għall-evalwazzjoni futura potenzjali tagħha tal-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikaw it-teknoloġija l-ġdida li fuqha tkun ibbażata l-installazzjoni kif meħtieġ fl-Artikolu 20(2);

(g)

stima tan-numru mistenni ta’ installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni li se jitħaddmu sabiex tiġi żviluppata t-teknoloġija l-ġdida, u l-indirizzi previsti ta’ fejn se jkunu jinstabu l-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ.

Għall-finijiet tal-punt (c), id-data użata sabiex tiġi ddeterminata l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni għandha tinkiseb jew bit-tħaddim ta’ installazzjoni pilota, jew inkella toriġina mill-produzzjoni kummerċjali ta’ plastik riċiklat mhux maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel. Meta jkun meħtieġ biex tiġi stabbilita bis-sħiħ is-sikurezza tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik, id-data għandha tiġi kkomplementata minn testijiet imfassla biex jivvalutaw il-kunċetti, il-prinċipji u l-prattiki speċifiċi għat-teknoloġija. Meta l-input tal-plastik jista’ jkun fih plastiks mhux prodotti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, l-evidenza meħtieġa għandha turi li t-teknoloġija tneħħi s-sustanzi li ntużaw fil-manifattura ta’ dawk il-plastiks sa fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżit fl-Artikolu 4(2) jiġi ssodisfat.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri, u għall-Awtorità. L-iżviluppatur għandu jipprovdiha wkoll lir-riċiklaturi kollha li jużaw it-teknoloġija l-ġdida. Din għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien abbażi ta’ informazzjoni ġdida li tkun ġejja minn attivitajiet ta’ żvilupp. L-informazzjoni għandha titqies ta’ rilevanza kummerċjali għall-iżviluppatur, u ma għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku qabel ma l-Kummissjoni titlob lill-Awtorità tivvaluta t-teknoloġija tar-riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 14.

4.   Fiż-żmien tan-notifika, ir-riċiklatur għandu jippubblika wkoll rapport inizjali dettaljat fuq is-sit web tiegħu billi juża l-URL ipprovdut f’konformità mal-paragrafu 2, dwar is-sikurezza tal-plastik immanifatturat abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 3. Dak ir-rapport jista’ jħalli barra d-dettalji tal-proċessi u tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ li jużaw it-teknoloġija l-ġdida sakemm dawn id-dettalji jkunu b’mod ġustifikat ta’ rilevanza kummerċjali, u għandu jipprovdi sommarju robust li jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex issir valutazzjoni indipendenti tat-teknoloġija mingħajr il-ħtieġa li tiġi kkonsultata l-informazzjoni li tinsab f’rapporti u studji aktar dettaljati;

5.   L-iżviluppatur għandu jadatta l-mudell tal-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità prevista fl-Anness II sa fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu riflessi l-partikolaritajiet tat-teknoloġija l-ġdida. Dan għandu jipprovdi dan il-mudell adattat għall-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità lir-riċiklaturi kollha li jużaw it-teknoloġija l-ġdida.

6.   Meta teknoloġija tapplika skema ta’ riċiklaġġ, l-iżviluppatur għandu jaġixxi bħala l-maniġer tal-iskema ta’ riċiklaġġ imsemmija fl-Artikolu 9(1). L-Artikoli 6, 7 u 8, u l-Artikolu 9(2) ma għandhomx japplikaw.

7.   L-iżviluppatur għandu jiżgura djalogu kontinwu mar-riċiklaturi kollha li jużaw it-teknoloġija l-ġdida sabiex jiskambjaw l-għarfien dwar il-funzjonament u l-kapaċità tagħha li tiddekontamina l-input tal-plastik. Huwa għandu jżomm rekords ta’ dan, filwaqt li jistabbilixxi l-kwistjonijiet diskussi u l-konklużjonijiet dwar il-funzjonament u l-kapaċità ta’ dekontaminazzjoni tat-teknoloġija, li għandhom isiru disponibbli fuq talba lil kwalunkwe awtorità kompetenti fit-territorju fejn ikunu jinsabu r-riċiklaturi u/jew l-iżviluppatur.

8.   Awtorità kompetenti li tkun ġiet innotifikata f’konformità mal-paragrafu 2 għandha tivverifika fi żmien 5 xhur min-notifika jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 humiex issodisfati, u tivverifika r-rekwiżiti li ġejjin mill-paragrafu 8 b’mod regolari minn hemm ’il quddiem.

F’każ li l-awtorità kompetenti tqis li dawn ir-rekwiżiti ma humiex issodisfati, hija għandha tinnotifika t-tħassib tagħha lill-iżviluppatur, u tista’ tagħti struzzjonijiet lill-iżviluppatur sabiex idewwem il-bidu tat-tħaddim tal-ewwel installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2 sakemm l-iżviluppatur ikun indirizza dak it-tħassib.

L-iżviluppatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-mod li bih indirizza t-tħassib jew jiċċara għaliex iqis li ma hija meħtieġa l-ebda azzjoni.

F’każ li l-awtorità kompetenti jkollha tħassib serju dwar is-sikurezza tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni.

Artikolu 11

Kundizzjonijiet dwar it-tħaddim tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ li japplikaw teknoloġiji ġodda

1.   Installazzjoni tar-riċiklaġġ li tapplika teknoloġija ġdida ta’ riċiklaġġ għandha tkun ibbażata fuq teknoloġija ġdida notifikata f’konformità mal-Artikolu 10(2).

2.   Ir-riċiklatur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fl-Artikolu 25.

3.   Installazzjoni tar-riċiklaġġ li tintuża għall-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida tista’ titħaddem b’mod li jiddevja minn wieħed jew aktar mir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, jew tuża skema ta’ riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 9, dment li kull devjazzjoni jew l-użu ta’ dik l-iskema jkun iġġustifikat mill-ispjegazzjoni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 10(3)(b).

4.   Ir-riċiklatur għandu jkollu informazzjoni supplimentari dokumentata disponibbli f’konformità mal-Artikolu 12 li turi li l-plastik riċiklat prodott bl-installazzjoni tar-riċiklaġġ jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u huwa mikrobijoloġikament sikur.

5.   Ir-riċiklatur għandu jkollu skeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità kompluta abbażi tal-mudell ipprovdut mill-iżviluppatur f’konformità mal-Artikolu 10(5).

6.   L-informazzjoni supplimentari msemmija fil-paragrafu 3 inkluż, jekk ikun hemm, id-dokumenti ta’ sostenn, u l-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu pprovduti lill-iżviluppatur u lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

Artikolu 12

Rekwiżiti ta’ informazzjoni supplimentari dwar l-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ li jużaw teknoloġija ġdida

1.   Riċiklatur għandu jżomm disponibbli fl-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni l-informazzjoni supplimentari li ġejja:

(a)

sommarju tat-teknoloġija l-ġdida li ma jaqbiżx il-250 kelma;

(b)

sommarju li jiddeskrivi l-installazzjoni sħiħa tar-riċiklaġġ u l-proċess li tapplika, li ma jaqbiżx l-1 500 kelma. Dan is-sommarju għandu juri s-sikurezza tal-plastik riċiklat immanifatturat bl-installazzjoni, u għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur f’konformità mal-Artikolu 10(3), kif ukoll il-kriterji ta’ evalwazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(3);

(c)

dijagramma blokka dettaljata li turi s-sekwenza tal-istadji ewlenin tal-manifattura tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, inklużi l-operazzjonijiet unitarji individwali kollha mħaddma fil-faċilità tar-riċiklaġġ;

(d)

dijagramma tal-pajpijiet u tal-istrumentazzjoni tal-proċess tad-dekontaminazzjoni f’konformità mat-Taqsima 4.4 tal-ISO 10628-1:2014, li turi biss l-istrumentazzjoni rilevanti għad-dekontaminazzjoni; .

2.   L-informazzjoni supplimentari fil-paragrafu 1 għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien bħala riżultat ta’ djalogu kontinwu bejn l-iżviluppatur u r-riċiklaturi, meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida jew bħala riżultat tat-tħaddim u tal-iżvilupp tal-installazzjoni, jew tal-monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 13, jew meta l-iżviluppatur jibdel it-teknoloġija jew jiġbor kejl ġdid dwar il-prestazzjoni jew il-funzjonament tat-teknoloġija l-ġdida. Ir-riċiklatur imbagħad għandu jipprovdi l-informazzjoni aġġornata u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-iżviluppatur.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar il-livell ta’ kontaminazzjoni inċidentali preżenti fl-input tal-plastik, u informazzjoni dwar tipi oħra ta’ kontaminazzjoni u l-livelli tagħhom, b’mod partikolari fejn abbażi tal-Artikolu 11(3) l-input tal-plastik ma jissodisfax wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6;

(b)

informazzjoni dwar l-ammont jew il-perċentwal tal-kontaminazzjoni li jista’ jneħħi l-proċess tad-dekontaminazzjoni (“l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni”);

(c)

informazzjoni dwar il-kontaminazzjoni residwa stmata preżenti fl-output tal-proċess tad-dekontaminazzjoni filwaqt li titqies l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni, inkluża dik ta’ sustanzi potenzjalment ġenotossiċi u interferenti endokrinali li jifdal u tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 13(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, anke jekk l-okkorrenza tagħhom tkun taħt il-limitu tad-detezzjoni tat-tekniki analitiċi applikati;

(d)

informazzjoni dwar id-destin tal-kontaminanti li jitneħħew fil-proċess ta’ dekontaminazzjoni;

(e)

informazzjoni dwar il-migrazzjoni fl-ikel tal-kontaminazzjoni residwa preżenti fil-materjal jew fl-oġġett tal-plastik riċiklat, li jkunu għaddew minn postproċessar f’konformità mar-rekwiżiti tal-proċess ta’ riċiklaġġ, u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti għall-materjali u l-oġġetti kkonċernati;

(f)

raġunament, diskussjoni u konklużjoni ġenerali dwar is-sikurezza tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat abbażi tal-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) sa (e).

L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tinżamm aġġornata u tkun ibbażata fuq l-iktar informazzjoni rilevanti riċenti għal dawn l-elementi, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-fornituri tal-input tal-plastik u mill-utenti tal-plastik riċiklat, u informazzjoni li tinkiseb mill-monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 13 u d-djalogu msemmi fl-Artikolu 10(7).

Artikolu 13

Monitoraġġ u rapportar tal-livelli ta’ kontaminazzjoni

1.   Riċiklatur li jħaddem installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 11 għandu jimmonitorja l-livell medju ta’ kontaminazzjoni abbażi ta’ strateġija robusta ta’ kampjunar li tieħu kampjuni tal-lottijiet tal-input tal-plastik u l-lottijiet tal-output dekontaminat korrispondenti. L-istrateġija ta’ kampjunar għandha tqis il-fatturi kollha li potenzjalment jaffettwaw il-kompożizzjoni tal-input tal-plastik, u b’mod partikolari tindirizza l-varjazzjonijiet fl-oriġini tiegħu, kemm jekk ġeografiċi kif ukoll jekk le.

Il-kampjunar inizjalment għandu jinkludi l-lottijiet tal-input kollha u l-lottijiet tal-output korrispondenti, iżda l-frekwenza tal-kampjunar tista’ titnaqqas ladarba jinkisbu medji stabbli. Fi kwalunkwe każ, il-frekwenza tal-kampjunar għandha tinżamm f’livell xieraq sabiex jiġu individwati x-xejriet u/jew bidliet oħrajn fil-livelli ta’ kontaminazzjoni tal-lottijiet tal-input, u sabiex jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-kontaminanti hijiex qiegħda terġa’ sseħħ.

Meta d-determinazzjoni tal-frekwenza tal-kampjunar ibbażata fuq lottijiet tal-input tal-plastik ma tkunx prattika minħabba l-partikolaritajiet tal-proċess ta’ riċiklaġġ, il-frekwenza għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-lottijiet użati fl-eqreb operazzjoni tal-ipproċessar minn qabel li għaliha tali determinazzjoni tkun prattika.

Il-livelli ta’ kontaminanti residwi fl-output għandhom jiġu ddeterminati qabel kull dilwizzjoni tal-materjal tal-output biż-żieda ta’ materjal ieħor. Meta l-livelli ta’ kontaminanti fl-output ikunu taħt il-livell ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi applikati għall-monitoraġġ, il-monitoraġġ tal-output jista’ jiġi ssostitwit bi studju wieħed jew aktar li jiddeterminaw il-livell ta’ kontaminant residwu f’numru limitat ta’ lottijiet tal-output b’metodi analitiċi b’limitu ta’ kwantifikazzjoni baxx biżżejjed sabiex tiġi ddeterminata l-effiċjenza reali tad-dekontaminazzjoni miksuba fl-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni. F’każ li l-kontaminazzjoni residwa fl-output tkun tant baxxa li l-kwantifikazzjoni tagħha ma tkunx possibbli, il-livell ta’ detezzjoni ta’ dawk il-metodi għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jappoġġa r-raġunament dwar jekk l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni hijiex biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklati jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2.   Għall-analiżijiet u t-testijiet meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta’ kontaminazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1, il-laboratorji li jwettqu dawn l-attivitajiet għandhom jieħdu sehem b’mod regolari u bi prestazzjoni sodisfaċenti fit-testijiet tal-profiċjenza xierqa għal dan il-għan. L-ewwel darba li laboratorju jipparteċipa f’test ta’ profiċjenza bħal dan għandu jkun qabel il-bidu tat-tħaddim tal-faċilità tar-riċiklaġġ.

3.   Ir-riċiklaturi għandhom jipprovdu lill-iżviluppatur mill-anqas kull sitt xhur bid-data li ġejja mill-monitoraġġ u r-raġunament aġġornat tagħhom f’konformità mal-Artikolu 12(3)(f) jekk dak ikun inbidel abbażi tad-data.

4.   L-iżviluppatur għandu jippubblika kull sitt xhur rapport fuq is-sit web tiegħu, ibbażat fuq l-aħħar informazzjoni mill-installazzjonijiet kollha li jużaw it-teknoloġija l-ġdida li tkun waslet f’konformità mal-paragrafu 3.

5.   Ir-rapport għandu jinkludi mill-anqas:

(a)

deskrizzjoni qasira tat-teknoloġija l-ġdida abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3), inkluża l-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (a), (b), (d) u (f) tiegħu;

(b)

sommarju tar-raġunament dwar il-kapaċità tat-teknoloġija l-ġdida u l-proċess(i) ta’ riċiklaġġ għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u li huma mikrobijoloġikament sikuri abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 10(3), u filwaqt li titqies l-informazzjoni li tkun waslet f’konformità mal-paragrafu 3;

(c)

lista tas-sustanzi kollha b’piż molekulari ta’ anqas minn 1 000 Dalton li jinsabu fl-inputs tal-plastik għal kull waħda mill-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni u fl-output tal-plastik riċiklat tagħhom, magħżula f’ordni dekrexxenti bl-okkorrenza relattiva tagħhom u li minnhom ikunu ġew identifikati mill-anqas l-ewwel 20 kontaminant inċidentali identifikati fl-input, u l-ammonti tagħhom speċifikati bħala frazzjoni tal-piż tal-input u tal-output;

(d)

lista ta’ materjali kontaminanti preżenti b’mod regolari fl-input tal-plastik, inklużi tipi ta’ polimeri li jvarjaw minn dawk fl-input tal-plastik maħsub, plastik mhux maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel, u materjali oħrajn li jinstabu fl-inputs u fl-outputs imsemmija fil-punt (c), u l-ammonti tagħhom speċifikati bħala frazzjoni tal-piż tal-input u tal-output;

(e)

analiżi tal-oriġini l-aktar probabbli tal-kontaminanti identifikati msemmija fil-punti (c) u (d), u ta’ jekk dawk l-oriġini jistgħux iwasslu għall-preżenza simultanja ta’ sustanzi oħrajn ta’ tħassib li jew ma jkunux ġew individwati jew identifikati bit-tekniki analitiċi applikati;

(f)

kejl jew stima tal-livelli ta’ migrazzjoni fl-ikel ta’ kontaminanti preżenti fil-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;

(g)

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġija ta’ kampjunar applikata;

(h)

deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri u tal-metodi analitiċi użati, inklużi l-proċeduri ta’ kampjunar u l-limiti ta’ detezzjoni u kwantifikazzjoni, kif ukoll id-data ta’ validazzjoni u r-raġunament dwar l-adegwatezza tagħhom;

(i)

analiżi u spjegazzjoni ta’ kull diskrepanza osservata bejn il-livelli ta’ kontaminanti mistennija fil-plastik tal-input u fl-output tal-installazzjoni u l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni tagħha abbażi tar-raġunament ipprovdut fil-punt (b) u r-riżultati attwali fil-punt (c).

(j)

diskussjoni tad-differenzi bejn dan ir-rapport u rapporti preċedenti ppubblikati f’konformità ma’ dan il-paragrafu, jekk ikun hemm.

Artikolu 14

Valutazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda

1.   Meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li hemm biżżejjed data disponibbli dwar teknoloġija ġdida, hija tista’ fuq l-inizjattiva tagħha titlob lill-Awtorità tivvaluta dik it-teknoloġija, u tinkludi teknoloġiji ġodda oħrajn f’dik it-talba, dment li dawn it-teknoloġiji jkunu sostanzjalment simili jew l-istess.

2.   Żviluppatur jista’ jitlob lill-Kummissjoni tibda l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ladarba tkun ippubblikat mill-anqas erba’ rapporti konsekuttivi f’konformità mal-Artikolu 13(4) dwar installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni.

F’każ li l-iżviluppatur jitlob il-valutazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida, il-Kummissjoni tista’ ddewwem it-talba lill-Awtorità sa sentejn f’każ li tkun tal-fehma li l-għarfien disponibbli dwar it-teknoloġija l-ġdida għadu insuffiċjenti, jew meta operaturi oħrajn ikunu qegħdin jiżviluppaw l-istess teknoloġiji ġodda jew teknoloġiji ġodda simili.

3.   L-Awtorità għandha tivvaluta l-adegwatezza tat-teknoloġija tad-dekontaminazzjoni li tapplika t-teknoloġija l-ġdida filwaqt li tqis it-teknoloġija tar-riċiklaġġ kollha kemm hi.

Il-valutazzjoni tal-adegwatezza għandha tinkludi l-effiċjenza tal-prinċipji kimiċi u/jew fiżiċi użati għad-dekontaminazzjoni ta’ input tal-plastik speċifikat sabiex il-materjali u l-oġġetti tal-plastik immanifatturati minn plastik riċiklat miksub mit-teknoloġija l-ġdida jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Din għandha tinkludi wkoll is-sikurezza mikrobijoloġika.

4.   Fi żmien sena wara li tirċievi t-talba għall-valutazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida, l-Awtorità għandha tippubblika opinjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha. Dik l-opinjoni għandha tinkludi:

(a)

karatterizzazzjoni tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ ibbażata fuq il-proprjetajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(2);

(b)

diskussjoni u konklużjoni dwar il-valutazzjoni tagħha tal-kapaċità tat-teknoloġija l-ġdida għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik f’konformità mal-paragrafu 3, inklużi osservazzjonijiet jew tħassib speċifiku li l-Awtorità għandha dwar it-teknoloġija, u dwar il-proċessi u l-installazzjonijiet li jużawha, u definizzjoni u ġustifikazzjoni ta’ kull restrizzjoni u speċifikazzjoni meqjusa meħtieġa;

(c)

konklużjoni dwar jekk il-proċessi individwali ta’ riċiklaġġ li japplikaw dik it-teknoloġija tar-riċiklaġġ jirrikjedux aktar evalwazzjoni individwali f’konformità mal-Artikoli 17 sa 20;

(d)

jekk l-Awtorità tikkonkludi li hija meħtieġa evalwazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ, gwida speċifika kif imsemmija fl-Artikolu 20(2);

(e)

f’każ li l-Awtorità tikkonkludi li ma hijiex meħtieġa evalwazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ, informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (g) tal-Artikolu 18(4).

5.   Meta l-Awtorità tkun tal-fehma li jeħtieġ li tinvolvi esperti ġodda biex jivvalutaw teknoloġija ġdida, din tista’ testendi l-perjodu previst fil-paragrafu 3 sa sena.

6.   Meta jkun meħtieġ sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità tista’ titlob lill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji l-ġodda li jkunu qegħdin jiġu vvalutati jissupplimentaw l-informazzjoni li għandha b’informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikoli 10 u 12, kif ukoll b’informazzjoni jew spjegazzjonijiet oħrajn li tqis meħtieġa għal dak il-għan, u fil-limiti ta’ żmien li tispeċifika, li b’kollox ma għandhomx jaqbżu sena. Meta l-Awtorità titlob tali informazzjoni supplimentarja, il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 4 jiġi sospiż sakemm tasal l-informazzjoni mitluba, mingħand żviluppatur wieħed, mingħand diversi żviluppaturi jew mingħand l-iżviluppaturi kollha skont dak li jkun xieraq għall-finijiet tal-valutazzjoni.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li taġġusta l-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 għall-valutazzjoni ta’ teknoloġija ġdida speċifika, wara konsultazzjoni mal-Awtorità u mal-iżviluppaturi ta’ dik it-teknoloġija.

8.   L-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-informazzjoni supplimentarja mitluba f’konformità mal-paragrafu 6; għal dan il-għan, l-iżviluppatur jew l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji l-ġodda fl-ambitu tal-valutazzjoni għandhom jitqiesu bħala l-applikant.

Għall-fini tal-valutazzjoni tat-teknoloġiji, l-Awtorità għandha tipprovdi trattament kunfidenzjali għal informazzjoni supplimentarja li titlob dwar aspetti speċifiċi għall-proċessi u l-installazzjonijiet individwali ta’ riċiklaġġ użati minn riċiklatur. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u (e), u fl-Artikolu 12(3) ma għandhiex tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali.

L-informazzjoni meqjusa kunfidenzjali f’konformità ma’ dan il-paragrafu ma għandhiex tinqasam ma’ żviluppaturi, riċiklaturi, jew partijiet terzi oħrajn jew bejniethom mingħajr il-kunsens tas-sid ta’ dik l-informazzjoni.

9.   Meta żviluppaturi ta’ teknoloġiji ġodda oħrajn mhux inklużi fl-ambitu tal-valutazzjoni jippubblikaw informazzjoni ġdida rilevanti għall-valutazzjoni, l-Awtorità tista’ tqis din l-informazzjoni.

Artikolu 15

Deċiżjoni dwar l-adegwatezza ta’ teknoloġija ġdida

1.   Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Awtorità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li qiegħda tiġi kkunsidrata, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk it-teknoloġija l-ġdida hijiex teknoloġija ta’ riċiklaġġ xierqa ġdida f’konformità mal-Artikolu 3(1) jew jekk għandhiex tiġi inkluża f’teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa eżistenti.

Meta l-Kummissjoni tqis li teknoloġija ġdida hija teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa, hija għandha tistabbilixxi, skont dak li jkun meħtieġ, ir-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għal dik it-teknoloġija u tiddeċiedi jekk il-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikawha għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u jekk għandhiex tinkludi l-użu ta’ skema ta’ riċiklaġġ.

2.   Meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li l-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikaw teknoloġija għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni, hija għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar it-tħaddim tal-installazzjonijiet ta’ riċiklaġġ notifikati f’konformità mal-Artikolu 10(2).

3.   Teknoloġija li ma kinitx meqjusa xierqa f’konformità mal-paragrafu 1 ma għandhiex tibqa’ titqies bħala teknoloġija ġdida. L-iżviluppaturi jistgħu jużaw dik it-teknoloġija bħala bażi sabiex jibdew l-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida oħra, dment li din tinbidel sostanzjalment sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tal-Awtorità u/jew tal-Kummissjoni.

Artikolu 16

Klawsola ta’ salvagwardja dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat immanifatturati b’teknoloġija tar-riċiklaġġ ġdida jew xierqa

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni tista’ tanalizza jekk hemmx raġunijiet sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat immanifatturati b’teknoloġija speċifika ta’ riċiklaġġ, jew li jiġi pprevenut bis-sħiħ it-tqegħid tagħhom fis-suq, anke jekk dik it-teknoloġija tkun tqieset li hi xierqa.

2.   Għall-fini tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 1, l-iżviluppatur tat-teknoloġija, l-iżviluppaturi, il-manifatturi jew il-fornituri tal-proċessi jew tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ li jużaw it-teknoloġija bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 17(1), ir-riċiklaturi, il-konvertituri u l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li jkunu kisbu dwar it-teknoloġija tar-riċiklaġġ lill-Kummissjoni. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Awtorità.

3.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-atturi msemmija fil-paragrafu 2 iwettqu programm ta’ monitoraġġ jew ittestjar tal-migrazzjoni speċifiku. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-iskadenzi sa meta dawk l-atturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni jew ir-rapporti meħtieġa.

4.   Abbażi tal-eżitu tal-analiżi tagħha, il-Kummissjoni tista’:

(a)

tistabbilixxi r-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet rigward it-teknoloġija, skont ma jkun meħtieġ;

(b)

tqis it-teknoloġija tar-riċiklaġġ bħala mhux xierqa.

5.   Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li teknoloġija ta’ riċiklaġġ ma tkunx xierqa, għandu japplika l-Artikolu 15(3).

KAPITOLU V

PROĊEDURA GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA’ PROĊESSI INDIVIDWALI TA’ RIĊIKLAĠĠ

Artikolu 17

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ proċessi individwali ta’ riċiklaġġ

1.   Sabiex tikseb awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ individwali, il-persuna fiżika jew l-entità ġuridika li tkun żviluppat il-proċess tad-dekontaminazzjoni tal-proċess ta’ riċiklaġġ, jew esklużivament għall-finijiet tagħha stess bħala riċiklatur jew għall-bejgħ jew għal-liċenzjar ta’ installazzjonijiet tar-riċiklaġġ jew tad-dekontaminazzjoni lil riċiklaturi, “l-applikant”, għandu jissottometti applikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2.

2.   L-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru flimkien ma’ dawn li ġejjin:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(b)

dossier tekniku li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 5;

(c)

sommarju tad-dossier tekniku.

3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu (2) għandha:

(a)

tibgħat konferma bil-miktub li rċeviet l-applikazzjoni lill-applikant fi żmien 14-il jum minn meta tkun waslet, filwaqt li tiddikjara d-data tal-wasla;

(b)

tinforma lill-Awtorità minnufih;

(c)

tibgħat l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentarja li jkun bagħat l-applikant lill-Awtorità.

4.   L-Awtorità għandha mingħajr dewmien:

(a)

tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-applikazzjoni u tgħaddilhom l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentarja pprovduta mill-applikant;

(b)

tippubblika l-applikazzjoni, l-informazzjoni ta’ sostenn rilevanti u kull informazzjoni supplimentarja pprovduta mill-applikant, f’konformità mal-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Id-dossier tekniku għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

kull informazzjoni meħtieġa fil-gwida dettaljata ppubblikata mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 20(2);

(b)

deskrizzjoni tal-ipproċessar minn qabel imwettaq sabiex jiġi prodott input tal-plastik xieraq sabiex jiddaħħal fil-proċess tad-dekontaminazzjoni u tal-proċeduri speċifiċi ta’ kontroll tal-kwalità applikati matul il-ġbir u l-ipproċessar minn qabel, inkluża speċifikazzjoni dettaljata tal-input tal-plastik ipproċessat minn qabel;

(c)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe postproċessar meħtieġ tal-plastik riċiklat u tal-użu maħsub tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jirriżultaw u tal-użi li għalihom ma jkunx xieraq, inklużi struzzjonijiet u tikkettar rilevanti li għandhom jiġu pprovduti lill-konverturi u lill-utenti finali tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;

(d)

dijagramma blokka sempliċi tal-operazzjonijiet unitarji kollha użati fil-proċess ta’ dekontaminazzjoni, li tipprovdi referenza għall-proċeduri tal-input, l-output u l-kontroll tal-kwalità applikati minn kull operazzjoni;

(e)

dijagramma tal-pajpijiet u tal-istrumentazzjoni tal-proċess tad-dekontaminazzjoni f’konformità mat-Taqsima 4.4 tal-ISO 10628-1:2014, li turi biss l-istrumentazzjoni rilevanti għad-dekontaminazzjoni;

(f)

deskrizzjoni tal-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità applikati f’kull operazzjoni unitarja tal-proċess tad-dekontaminazzjoni, inklużi:

(i)

il-valuri tal-parametri mmonitorjati bħat-temperaturi operattivi, il-pressjonijiet, ir-rati tal-fluss u l-konċentrazzjonijiet, u l-firxiet aċċettabbli tagħhom;

(ii)

l-analiżi tal-laboratorju u l-frekwenza tagħha; jekk ikun hemm,

(iii)

il-proċeduri tal-korrezzjoni u taż-żamma tar-rekords; u

(iv)

kull informazzjoni oħra li l-applikant iqis li tkun rilevanti sabiex jiddeskrivi bis-sħiħ il-proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità tiegħu.

6.   L-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-punti (e) u (f) tal-paragrafu 5 u l-informazzjoni ekwivalenti sottomessa f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 5 tista’ tinżamm kunfidenzjali skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

Artikolu 18

Opinjoni tal-Awtorità

1.   L-Awtorità għandha tippubblika opinjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida dwar jekk il-proċess tar-riċiklaġġ huwiex kapaċi japplika t-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa li juża sabiex il-materjali u l-oġġetti tal-plastik immanifatturati biha jissodisfaw l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u jkunu mikrobijoloġikament sikuri.

L-Awtorità tista’ testendi l-limitu ta’ żmien previst fl-ewwel subparagrafu b’perjodu massimu ta’ sitt xhur oħra. F’każ bħal dan, hija għandha tipprovdi spjegazzjoni dwar l-estensjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

2.   L-Awtorità tista’, fejn xieraq, titlob lill-applikant jissupplimenta d-dettalji li jakkumpanjaw l-applikazzjoni fi żmien speċifikat, kemm jekk bil-miktub kif ukoll jekk bi spjegazzjoni orali. Meta l-Awtorità titlob informazzjoni supplimentarja, il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sa meta tkun ingħatat dik l-informazzjoni.

3.   L-Awtorità għandha:

(a)

tivverifika li l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi mill-applikant ikunu f’konformità mal-Artikolu 17(5) f’liema każ l-applikazzjoni għandha titqies ċbħala valida;

(b)

tinforma lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jekk l-applikazzjoni ma tkunx valida.

4.   L-opinjoni tal-Awtorità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni u l-indirizz tal-applikant;

(b)

in-numru assenjat fit-Tabella 1 tal-Anness I tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa li juża l-proċess;

(c)

deskrizzjoni qasira tal-proċess ta’ riċiklaġġ inkluża deskrizzjoni qasira tal-istadji meħtieġa tal-ipproċessar minn qabel u l-postproċessar, karatterizzazzjoni tal-input tal-plastik, u l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-użu tal-output;

(d)

dijagramma tal-fluss tal-proċess tad-dekontaminazzjoni li tidentifika l-ordni tal-operazzjonijiet unitarji distinti li l-Awtorità tkun evalwat flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet u, jekk ikun hemm parametri kritiċi għat-tħaddim tagħhom kif dawn jiġu kkontrollati;

(e)

evalwazzjoni xjentifika tal-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni f’konformità mal-gwida stabbilita fl-Artikolu 20(2);

(f)

diskussjoni u konklużjoni dwar jekk il-proċess ta’ riċiklaġġ jistax jimmanifattura materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u li huma mikrobijoloġikament sikuri, inkluż raġunament li jiġġustifika r-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet li, fl-opinjoni tal-Awtorità, għandhom japplikaw għall-input tal-plastik, għall-konfigurazzjoni u t-tħaddim tal-proċess tad-dekontaminazzjoni u għall-użu tal-plastik riċiklat u tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;

(g)

fejn xieraq, kwalunkwe rakkomandazzjoni li tikkonċerna l-monitoraġġ tal-konformità tal-proċess ta’ riċiklaġġ mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 19

Awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ individwali

1.   Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Awtorità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li qiegħda tiġi kkunsidrata, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk il-proċess ta’ riċiklaġġ individwali jikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-użu tat-teknoloġija ta’ riċiklaġġ xierqa li japplika, u jekk jipproduċix materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u li jkunu mikrobijoloġikament sikuri.

Il-Kummissjoni għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li għandha tiġi indirizzata lill-applikant li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni tal-proċess ta’ riċiklaġġ. Għandhom japplikaw l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Meta l-abbozz tad-deċiżjoni ma tkunx taqbel mal-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

2.   Deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

numru tal-awtorizzazzjoni tal-proċess tar-riċiklaġġ (“RAN”);

(b)

l-isem tal-proċess ta’ riċiklaġġ;

(c)

it-teknoloġija tar-riċiklaġġ, kif elenkata fl-Anness I, li għaliha huwa awtorizzat il-proċess;

(d)

l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni;

(e)

referenza għall-opinjoni tal-Awtorità li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni;

(f)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku għat-tħaddim tal-proċess tad-dekontaminazzjoni, tal-ipproċessar minn qabel u tal-postproċessar li jikkomplementa jew jidderoga mir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, jew fl-Artikolu 9;

(g)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità tal-proċess ta’ riċiklaġġ mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;

(h)

kwalunkwe kundizzjoni, speċifikazzjoni, u rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar dwar l-użu ta’ plastik riċiklat li joriġina mill-proċess.

Artikolu 20

Gwida ppubblikata mill-Awtorità

1.   L-Awtorità għandha tippubblika gwida dettaljata, wara l-qbil mal-Kummissjoni, li tikkonċerna t-tħejjija u s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-formati standard ta’ data, meta dawn ikunu jeżistu f’konformità mal-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.   Għal kull teknoloġija ta’ riċiklaġġ xierqa li għaliha tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni ta’ proċessi ta’ riċiklaġġ individwali, l-Awtorità għandha tippubblika gwida xjentifika li tiddeskrivi l-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-approċċ ta’ evalwazzjoni xjentifika li se tuża sabiex tevalwa l-kapaċità ta’ dekontaminazzjoni ta’ dawk il-proċessi ta’ riċiklaġġ. Il-gwida għandha tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi inkluża f’dossier ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ li japplika dik it-teknoloġija speċifika.

Artikolu 21

Obbligi ġenerali li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ

1.   L-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ ma għandux jaffettwa r-responsabbiltà ċivili u kriminali ta’ ebda operatur tan-negozju fir-rigward tal-proċess ta’ riċiklaġġ awtorizzat, rigward installazzjoni tar-riċiklaġġ li tapplika l-proċess, rigward il-plastik riċiklat u l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat miksuba bil-proċess ta’ riċiklaġġ, u rigward l-ikel li jiġi f’kuntatt ma’ materjal jew oġġett bħal dan.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni jew kwalunkwe riċiklatur għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni bi kull informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista’ taffettwa l-evalwazzjoni li fuqha tkun ibbażata l-awtorizzazzjoni.

3.   Detentur ta’ awtorizzazzjoni jista’ jippermetti lil partijiet terzi jħaddmu installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni bil-liċenzja tiegħu bħala riċiklaturi. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li dawk ir-riċiklaturi jirċievu l-informazzjoni, l-istruzzjonijiet u l-appoġġ kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-tħaddim tal-installazzjoni u l-plastik riċiklat li jirriżulta jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

4.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn ikun stabbilit u lill-Kummissjoni, kull tibdil fil-punti ta’ kuntatt tiegħu, fl-ismijiet kummerċjali u tal-kumpaniji tiegħu, jew f’informazzjoni oħra inkluża fir-reġistru stabbilit f’konformità mal-Artikolu 24, u informazzjoni oħra rilevanti għall-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ.

5.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn ikun stabbilit u lill-Kummissjoni b’sitwazzjoni li fiha ma jkunx jista’ jew ma jkunx se jibqa’ jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu bħala detentur tal-awtorizzazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina jekk l-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ għandhiex tiġi mmodifikata jew revokata.

Artikolu 22

Talba għall-modifika ta’ awtorizzazzjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista’ japplika għal modifika tal-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ.

2.   Il-modifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 17 sa 20, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Artikolu.

3.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-referenza għall-applikazzjoni oriġinali;

(b)

dossier tekniku li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 17(5), inkluża l-informazzjoni tad-dossier tekniku diġà sottomess waqt l-applikazzjoni oriġinali f’konformità mal-Artikolu 17(5) u mal-Artikolu 18(2), aġġornat bil-modifiki. Il-modifiki kollha (it-tħassir u ż-żidiet) għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u jkunu viżibbli fid-dossier tekniku;

(c)

sommarju ġdid komplut tad-dossier tekniku f’forma standardizzata;

(d)

mill-anqas skeda waħda mimlija ta’ monitoraġġ tal-konformità relatata ma’ installazzjoni tad-dekontaminazzjoni li tħaddem il-proċess awtorizzat kif sottomessa lil awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 26, u verżjoni aġġornata li tinkludi l-bidliet kollha, jekk ikun hemm, mistennija li jirriżultaw mit-tibdil mitlub.

4.   F’każ li l-modifika tikkonċerna trasferiment tal-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ lil parti terza, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni qabel it-trasferiment, filwaqt li jindika l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ dik il-parti terza. Fiż-żmien tat-trasferiment, għandu jipprovdi l-awtorizzazzjoni notifikata, id-dossier tekniku u d-dokumenti kollha inklużi fih lill-parti terza. Dik il-parti terza għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’ittra rreġistrata, filwaqt li tiddikjara li taċċetta t-trasferiment, li tkun irċeviet id-dokumenti kollha u li taċċetta li tissodisfa l-obbligi kollha li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 23

Modifika, sospensjoni u revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet kompetenti, tal-Awtorità jew tal-Kummissjoni

1.   Fuq l-inizjattiva tagħha jew wara talba minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tevalwa jekk l-opinjoni, l-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ u/jew il-proċess ta’ riċiklaġġ għadhomx jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, li għandha tapplika mutatis mutandis. L-Awtorità tista’, fejn meħtieġ, tikkonsulta lid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

2.   Qabel ma tissottometti talba f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew Stat Membru għandhom jikkonsultaw lill-Awtorità dwar jekk hijiex meħtieġa evalwazzjoni ġdida jew huwiex meħtieġ il-proċess awtorizzat abbażi tad-dettalji tat-talba. L-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lill-Istat Membru rikjedenti l-fehmiet tagħha fi żmien 20 jum tax-xogħol. Meta l-Awtorità tkun tal-fehma li ma tkunx meħtieġa evalwazzjoni, hija għandha tipprovdi spjegazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni u, fejn japplika, lill-Istat Membru rikjedenti.

3.   Abbażi tal-opinjoni tal-Awtorità ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 18(1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni. Fejn meħtieġ, il-proċess ta’ riċiklaġġ jew it-tħaddim ta’ installazzjonijiet speċifiċi ta’ dekontaminazzjoni jistgħu jiġu sospiżi sakemm dawn l-emendi jiġu implimentati fl-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ abbażi tal-proċess. L-istatus tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-Unjoni għandu jinbidel skont dan.

KAPITOLU VI

REĠISTRAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦALL-KONTROLLI

Artikolu 24

Reġistru tal-Unjoni tat-teknoloġiji, tar-riċiklaturi, tal-proċessi ta’ riċiklaġġ, tal-iskemi ta’ riċiklaġġ, u tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni

1.   Huwa stabbilit reġistru pubbliku tal-Unjoni ta’ teknoloġiji ġodda, ta’ riċiklaturi, proċessi ta’ riċiklaġġ, skemi ta’ riċiklaġġ u installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni (“ir-Reġistru”).

2.   Ir-Reġistru għandu jkun fih:

(a)

l-ismijiet ta’ teknoloġiji ġodda u l-ismijiet u l-indirizzi tal-iżviluppaturi, u l-URL imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(b)

l-ismijiet tal-proċessi ta’ riċiklaġġ awtorizzati u l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni, u fuq liema teknoloġija huwa bbażat kull proċess;

(c)

l-istatus ta’ awtorizzazzjoni ta’ kull proċess ta’ riċiklaġġ reġistrat, inkluż jekk l-awtorizzazzjoni tiegħu hijiex sospiża, revokata, jew soġġetta għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali, u l-aħħar data tal-bidla fl-istatus ta’ awtorizzazzjoni;

(d)

l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tar-riċiklaturi li jħaddmu installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni;

(e)

l-indirizzi tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ;

(f)

l-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni, it-teknoloġija li jużaw, il-faċilità li jinsabu fiha, u l-proċess awtorizzat li japplikaw, jekk ikun hemm;

(g)

l-istatus tar-reġistrazzjoni tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni, inkluż jekk l-istatus ikun li għadhom kif ġew irreġistrati, li qegħdin jiġu stabbiliti, li huma attivi jew li huma sospiżi, u l-aħħar data tal-bidla ta’ dak l-istatus;

(h)

l-ismijiet tal-iskemi ta’ riċiklaġġ, u l-ismijiet u l-indirizzi tal-entità li timmaniġġja l-iskema;

(i)

il-marki meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 9(5);

(j)

fejn rilevanti, l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 19(2);

(k)

kontroreferenzi bejn it-teknoloġiji, il-proċessi, l-iskemi, ir-riċiklaturi, u l-installazzjonijiet u l-iskemi;

3.   Ir-Reġistru għandu jżomm l-informazzjoni ta’ hawn fuq fil-forma ta’ tabelli. Dan għandu jassenja numri uniċi lill-entitajiet li ġejjin, kif ġej:

il-proċessi ta’ riċiklaġġ awtorizzati jiġu assenjati numru tal-awtorizzazzjoni tar-riċiklaġġ (“RAN”);

ir-riċiklaturi jiġu assenjati numru tal-operatur riċiklatur (“RON”);

l-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni jiġu assenjati numru ta’ installazzjoni tar-riċiklaġġ (“RIN”);

l-iskemi ta’ riċiklaġġ jiġu assenjati numru tal-iskema ta’ riċiklaġġ (“RSN”);

il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ jiġu assenjati numru tal-faċilità ta’ riċiklaġġ (“RFN”);

it-teknoloġiji l-ġodda ta’ riċiklaġġ jiġu assenjati numru tat-teknoloġija ġdida (“NTN”).

4.   Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 25

Reġistrazzjoni tar-riċiklaturi u tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni

1.   Ir-riċiklaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti amministrattivi li ġejjin:

(a)

mill-anqas 30 jum ta’ xogħol qabel id-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-plastik riċiklat f’installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni, ir-riċiklatur għandu jinnotifika l-installazzjoni u jew l-indirizz tal-faċilità fejn tinsab jew in-numru tal-faċilità lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn tinsab l-installazzjoni, kif ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu jekk ir-riċiklatur ikun diġà rreġistrat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tar-riċiklaġġ jekk japplika proċess awtorizzat, u n-numru tat-teknoloġija xierqa jew ġdida, skont kif japplika;

(b)

man-notifika tal-ewwel installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni tiegħu f’konformità mal-punt (a), ir-riċiklatur għandu jinnotifika l-isem tal-kumpanija, il-persuni ta’ kuntatt tiegħu, u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali;

(c)

ir-riċiklatur għandu jkollu skeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità mimlija f’konformità mal-Anness II disponibbli fl-installazzjoni tar-riċiklaġġ u għandu jkun issottomettiha lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 26;

2.   Wara n-notifika f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1 l-installazzjoni għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-Unjoni u l-istatus ta’ reġistrazzjoni f’konformità mal-punt (g) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 24 għandu jkun “irreġistrat ġdid”.

3.   In-notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi referenza għall-proċess ta’ riċiklaġġ awtorizzat li abbażi tagħha titħaddem l-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni, jekk ikun hemm, għat-teknoloġija xierqa jew ġdida li tapplika, u, jekk japplika, għall-iskema ta’ riċiklaġġ li hija soġġetta għaliha.

4.   Ir-riċiklatur għandu jinnotifika kull bidla fl-informazzjoni għar-reġistrazzjoni pprovduta f’konformità ma’ dan l-Artikolu lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn tinsab l-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni jew fejn ikun stabbilit ir-riċiklatur, skont dak li hu rilevanti.

Artikolu 26

Skeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità u verifika tat-tħaddim ta’ installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni

1.   Ir-riċiklaturi għandhom ifasslu l-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità għal kull installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni taħt il-kontroll tagħhom billi jużaw il-mudell ipprovdut fl-Anness II, jew fil-każ ta’ teknoloġija ġdida, il-mudell ipprovdut mill-iżviluppatur, jekk ikun differenti.

L-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità għandha tipprovdi sommarju li jiddeskrivi b’mod ċar l-installazzjoni tar-riċiklaġġ, it-tħaddim tagħha, il-proċeduri u d-dokumenti rilevanti b’mod li juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Ir-riċiklaturi għandhom iqisu l-linji gwida applikabbli ppubblikati mill-Kummissjoni dwar l-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità, kif ukoll is-sitwazzjoni partikolari fil-faċilità ta’ riċiklaġġ ikkonċernata fejn tinsab l-installazzjoni.

2.   Ir-riċiklaturi għandhom jissottomettu l-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn tinsab l-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni fi żmien xahar mid-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-plastik riċiklat b’dik l-installazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar il-wasla tal-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità. L-istatus tar-reġistrazzjoni f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 24(2) għandu jinbidel għal “qiegħed jiġi stabbilit”.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni pprovduta fl-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u twettaq kontroll tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ għal dan il-għan f’konformità mal-Artikolu 27.

Meta ma tkunx tista’ tiġi stabbilita l-konformità, l-awtorità kompetenti għandha titlob lir-riċiklatur jaġġorna l-informazzjoni fl-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità, fit-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, jew fit-tnejn li huma, skont kif xieraq.

Meta tiġi stabbilita l-konformità, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan. L-istatus tar-reġistrazzjoni f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 24(2) għandu jinbidel għal “attiv”.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti ma tinformax lill-Kummissjoni li l-konformità hija stabbilita fi żmien sena mid-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-plastik riċiklat fl-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni, l-istatus tar-reġistrazzjoni f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 24(2) għandu jinbidel għal “sospiż”.

Jekk l-istatus ta’ installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni jkun “sospiż” għal sena, l-entrata li tikkonċerna l-installazzjoni għandha titneħħa mir-Reġistru.

KAPITOLU VII

KONTROLLI UFFIĊJALI

Artikolu 27

Kontrolli uffiċjali tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ

Il-kontrolli uffiċjali tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ u tar-riċiklaturi għandhom jinkludu b’mod partikolari awditi f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Dawn l-awditi għandhom jiġu kkomplementati minn:

(a)

valutazzjoni tal-proċeduri dwar prassi tajba ta’ manifattura skont il-punt (d) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(b)

eżami f’konformità mal-punti (a) u (e) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625, tal-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità stabbilita f’konformità mal-Artikolu 26, u, abbażi ta’ dik l-iskeda tas-sommarju, tal-kontrolli li l-operaturi jkunu stabbilew u tad-dokumenti u r-rekords imsemmija f’dik l-iskeda tas-sommarju.

Artikolu 28

Nuqqas ta’ konformità tal-plastik riċiklat

1.   Awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li lott ta’ plastik riċiklat ma jkunx konformi jekk waqt il-kontrolli uffiċjali ssib li:

(a)

riċiklatur ikun qiegħdu fis-suq mingħajr dokumentazzjoni jew tikkettar xieraq;

(b)

riċiklatur ma jkunx jista’ juri abbażi tar-rekords tiegħu u dokumentazzjoni oħra li ġie mmanifatturat skont dan ir-Regolament;

(c)

il-lott ikun ġie mmanifatturat f’installazzjoni tar-riċiklaġġ li ma kinitx imħaddma f’konformità ma’ dan ir-Regolament matul perjodu stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3.

2.   Meta lott wieħed jew aktar jiġu stabbiliti bħala mhux konformi, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni xierqa f’konformità mal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) 2017/625.

3.   It-tħaddim ta’ installazzjoni tar-riċiklaġġ għandu jitqies mhux f’konformità ma’ dan ir-Regolament meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li:

(a)

mill-anqas żewġ lottijiet ma jkunux konformi abbażi tal-punt (b) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqasijiet fit-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, u li dawn in-nuqqasijiet minħabba n-natura tagħhom x’aktarx li jaffettwaw lottijiet oħrajn,

(b)

il-manifattura tal-plastik riċiklat fl-installazzjoni tar-riċiklaġġ ma tkunx f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, ir-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għat-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa applikata u l-proċess tar-riċiklaġġ użat, jew mar-rekwiżiti applikabbli għat-teknoloġija l-ġdida applikata, jew,

(c)

fejn rilevanti, ma setgħetx tivverifika l-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 24(3) fi żmien sena mid-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-plastik riċiklat fl-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li t-tħaddim ta’ installazzjoni tar-riċiklaġġ ma jkunx f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-perjodu li matulu kien il-każ, filwaqt li tqis kull evidenza disponibbli jew in-nuqqas tagħha. Fil-każ tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jkun il-perjodu kollu tat-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ.

4.   F’każ li l-awtorità kompetenti tkun tal-fehma li jkunu meħtieġa bidliet fl-installazzjoni tar-riċiklaġġ, l-użu ta’ parti mill-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni tagħha jista’ jiġi sospiż. Jekk din is-sospensjoni tkun mistennija li tkun itwal minn xahrejn, is-sospensjoni għandha tiġi indikata fir-Reġistru tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 24(2)(g).

KAPITOLU VIII

DOKUMENTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 29

Rekwiżiti speċifiċi għad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità għar-riċiklaturi u għall-konvertituri

1.   Ir-riċiklaturi għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta’ konformità f’konformità mad-deskrizzjoni u l-mudell stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tinkludi struzzjonijiet lill-konvertituri li jkunu biżżejjed sabiex jiżguraw li l-konvertituri jkunu jistgħu jkomplu jipproċessaw il-plastik riċiklat f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat li jkunu konformi mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet, ir-rekwiżiti jew ir-restrizzjonijiet stabbiliti għat-teknoloġija tar-riċiklaġġ applikata u, fejn japplika, fuq il-proċess tar-riċiklaġġ użat.

3.   Il-konvertituri għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta’ konformità f’konformità mad-deskrizzjoni u mal-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Anness III;

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 jitħassar.

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat miksuba permezz ta’ proċess ta’ riċiklaġġ ibbażat fuq teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa li għaliha dan ir-Regolament jirrikjedi l-awtorizzazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ u li għaliha tkun ġiet sottomessa applikazzjoni valida lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 282/2008, jew li għaliha tiġi sottomessa applikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 17(1) jew 22(1) ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, jew sakemm il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni tal-proċess ta’ riċiklaġġ skont l-Artikolu 19(1).

2.   L-applikazzjonijiet sottomessi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 282/2008 għall-awtorizzazzjoni ta’ proċessi ta’ riċiklaġġ ibbażati fuq teknoloġija tar-riċiklaġġ li ma hijiex inkluża bħala teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa fl-Anness I fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għaċ-ċirkwiti tal-prodotti li jinsabu f’katina magħluqa u kkontrollata għandhom jitqiesu mitmuma.

3.   Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat miksuba permezz ta’ proċessi ta’ riċiklaġġ ibbażati fuq teknoloġija ta’ riċiklaġġ li ma titqiesx xierqa skont dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq biss sal-10 ta’ Lulju 2023, sakemm ma jiġux immanifatturati b’installazzjoni tar-riċiklaġġ li titħaddem għall-fini tal-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida f’konformità mal-Kapitolu IV.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data tal-bidu ta’ installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni li ntużat għall-produzzjoni ta’ plastik riċiklat qabel l-10 ta’ Ottubru 2022 għandha tkun l-10 ta’ Diċembru 2022 għal installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni li hija bbażata fuq teknoloġija ta’ riċiklaġġ xierqa, jew l-10 ta’ Ġunju 2023 għal installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni li titħaddem għall-fini tal-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida f’konformità mal-Kapitolu IV.

5.   B’deroga mil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 10(2), żviluppaturi ta’ teknoloġiji li diġà qegħdin jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat qabel l-10 ta’ Ottubru 2022 għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 10(3) u jippubblikaw ir-rapport meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 10(4) qabel l-10 ta’ April 2023. Il-limitu taż-żmien ta’ 5 xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(8) għandu jibda japplika mid-data ta’ meta l-Awtorità Kompetenti tirċievi l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(3). Il-possibbiltà li awtorità kompetenti ddewwem il-bidu tat-tħaddim tal-ewwel installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(8) ma għandhiex tapplika.

6.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jużaw materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat imqiegħda legalment fis-suq sabiex jippakkjaw l-ikel u jqiegħduh fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 32

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi li japplikaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti li fihom il-plastik riċiklat jintuża wara ostaklu funzjonali

1.   Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għat-tħaddim ta’ installazzjonijiet ta’ riċiklaġġ li diġà jimmanifatturaw materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li fihom il-plastik riċiklat jintuża wara ostaklu funzjonali tal-plastik qabel l-10 ta’ Ottubru 2022:

(i)

l-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni li timmanifattura l-plastik riċiklat kif ukoll kull installazzjoni tal-postproċessar li żżid l-ostaklu funzjonali hija inkluża f’lista ta’ installazzjonijiet sottomessi minn żviluppatur li jinnotifika t-teknoloġija speċifika ta’ riċiklaġġ applikata mill-installazzjonijiet kollha fil-lista f’konformità mal-Artikolu 10(2); u,

(ii)

ir-riżultati mit-testijiet tal-migrazzjoni, mit-testijiet tal-isfidi, u/jew mill-immudellar tal-migrazzjoni, skont kif xieraq u applikabbli għat-teknoloġija tar-riċiklaġġ notifikata u għall-ispeċifiċitajiet tal-proċess li tapplika l-installazzjoni tar-riċiklaġġ, juru b’mod ċar li l-ostaklu funzjonali huwa kapaċi, filwaqt li jitqies il-livell ta’ kontaminazzjoni tal-plastik riċiklat, li jaġixxi bħala ostaklu funzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 matul il-perjodu ta’ ħżin prevedibbli tal-materjali u tal-oġġetti tal-plastik riċiklat manifatturati, li jinkludi ż-żmien mill-manifattura tagħhom ’il quddiem, u ż-żmien massimu ta’ kemm idum tajjeb l-ikel ippakkjat, jekk ikun hemm.

L-iżviluppatur għandu jikkomunika l-lista msemmija fil-punt (i) u rapport ta’ studju li jinkorpora r-riżultati tat-test meħtieġa skont il-punt (ii) lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni qabel l-10 ta’ April 2023. Sommarju robust tal-istudju għandu jkun parti mir-rapport inizjali ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 10(4).

2.   Riċiklaturi, konvertituri jew operaturi oħrajn individwali li jipparteċipaw fil-manifattura tal-materjali msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jaġixxu bħala żviluppatur f’konformità mal-punt (i) tiegħu. F’każ li l-iżviluppatur ta’ teknoloġija speċifika jkun ir-riċiklatur, il-konvertitur jew operatur ieħor individwali li juża l-installazzjoni jew parti minnha, ma jkunx jista’ jiġi identifikat, jew ma jibqax jeżisti inkella ma jkunx lest li jassumi l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, tal-anqas wieħed mill-operaturi li jużaw l-installazzjoni għandu jissieħeb f’konsorzju jew ma’ assoċjazzjoni li tista’ taġixxi bħala żviluppatur f’ismu, jew jitlob lil parti terza indipendenti taġixxi bħala żviluppatur. Meta konsorzju, assoċjazzjoni jew parti terza tirċievi ħafna talbiet mingħand operaturi bħal dawn, hija għandha tiġbor dawn it-talbiet abbażi tal-ekwivalenza teknika tal-installazzjonijiet u l-proċessi tar-riċiklaġġ applikati bil-għan li tnaqqas kemm jista’ jkun in-numru ta’ teknoloġiji li tinnotifika.

3.   B’deroga mill-Artikolu 13(1), ir-riċiklaturi li jħaddmu installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni nnotifikati mill-istess żviluppatur jistgħu jiftehmu li jimmonitorjaw il-livelli ta’ dekontaminazzjoni f’terz biss tal-installazzjonijiet inklużi fil-lista pprovduta f’konformità mal-punt (i) tal-paragrafu 1 dment li l-installazzjonijiet fejn jitwettaq il-monitoraġġ ikunu ddeżinjati f’dik il-lista, il-monitoraġġ jitwettaq fil-faċilitajiet kollha tar-riċiklaġġ, u r-robustezza tal-istrateġija ġenerali tal-kampjunar ma tonqosx.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 6(3)(c) u 13(2) għandhom japplikaw mill-10 ta’ Ottubru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  COM/2015/614 final.

(3)  COM(2018) 28 final.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2023/2006 (ĠU L 86, 28.3.2008, p. 9).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(6)  Scientific Opinion on the criteria to be used for safety evaluation of a mechanical recycling process to produce recycled PET intended to be used for manufacture of materials and articles in contact with food, EFSA Journal 2011;9(7):2184

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 75).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS I

Teknoloġiji xierqa tar-riċiklaġġ kif imsemmijin fl-Artikolu 3

It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni li ġejja:

Il-Kolonna 1:

in-numru assenjat għat-teknoloġija tar-riċiklaċċ;

Il-Kolonna 2:

l-isem tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ;

Il-Kolonna 3:

it-tipi ta’ polimeru li tippermetti li jiġi rriċiklat it-teknoloġija tar-riċiklaġġ;

Il-Kolonna 4:

deskrizzjoni qasira tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ u referenza għal deskrizzjoni dettaljata fit-Tabella 3;

Il-Kolonna 5:

it-tip ta’ input li t-teknoloġija tar-riċiklaġġ tista’ tiddekontamina, fejn

PCW: “skart ta’ wara l-konsum” tfisser skart tal-plastik miġbur f’konformità mal-Artikolu 6;

FG: “grad tal-ikel” tfisser plastik li bħala materjal verġni kien konformi mar-Regolament (UE) Nru 10/2011;

“PCW mhux tal-ikel” tfisser imballaġġ li ma ntużax għall-imballaġġ tal-ikel u li ma setax jiġi mmanifatturat f’konformità sħiħa mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u materjali oħrajn tal-plastik ta’ wara l-konsum li ma kinux maħsubin sabiex jiġu f’kuntatt mal-ikel;

“% mhux tal-ikel” (% w/w) tfisser l-ammont massimu ta’ PCW mhux tal-ikel preżenti fl-input;

Il-Kolonna 6:

it-tip ta’ output manifatturat bit-teknoloġija tar-riċiklaġġ;

Il-Kolonna 7:

jekk ikun indikat “iva” fil-Kolonna 7, il-proċessi individwali ta’ riċiklaġġ għandhom jiġu awtorizzati f’konformità mal-Artikoli 17 sa 19;

Il-Kolonna 8:

referenza għat-Tabella 4 dwar l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli għall-użu tat-teknoloġija f’konformità mal-Artikolu 4(4)(b), li tissupplimenta r-rekwiżiti fl-Artikoli 6 sa 8;

Il-Kolonna 9:

derogi mill-Artikoli 6 sa 8 f’konformità mal-Artikolu 4(4)(b), u derogi mill-Artikolu 9(8);

Il-Kolonna 10:

jekk ikun indikat “iva” fil-Kolonna 10, it-teknoloġija tar-riċiklaġġ għandha tintuża biss bħala parti minn skema ta’ riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 9

Tabella 1

Lista ta’ teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

Numru tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ

Isem it-teknoloġija

Tip ta’ polimeru (speċifikazzjoni dettaljata fit-Tabella 2)

Deskrizzjoni qasira tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ (speċifikazzjoni dettaljata fit-Tabella 3)

Speċifikazzjoni tal-input tal-plastik

Speċifikazzjoni tal-output

Soġġetta għall-awtorizzazzjoni ta’ proċessi individwali

Speċifikazzjonijiet u rekwiżiti (referenza għat-Tabella 4)

Derogi (referenza għat-Tabella 5)

Tapplika l-iskema ta’ riċiklaġġ

1

Riċiklaġġ mekkaniku tal-PET ta’ wara l-konsum

PET (2.1)

Riċiklaġġ mekkaniku (3.1)

PCW tal-PET biss li fih massimu ta’ 5% ta’ materjali u ta’ oġġetti li ntużaw f’kuntatt ma’ materjali jew ma’ sustanzi mhux tal-ikel.

PET dekontaminat, materjali u oġġetti finali li ma għandhomx jintużaw fi fran konvenzjonali jew mikrowave; jistgħu japplikaw speċifikazzjonijiet addizzjonali għall-output minn proċessi individwali

Iva

-

-

Le

2

Riċiklaġġ minn ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f’katina magħluqa u kkontrollata

Il-polimeri kollha mmanifatturati bħala materjali verġni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011

Tindif bażiku u dekontaminazzjoni mikrobijoloġika matul l-ifformar mill-ġdid (3.2)

Materjali u oġġetti tal-plastik mhux ikkontaminati kimikament prodotti minn polimeru wieħed jew minn polimeri kompatibbli li ntużaw jew li kienu maħsuba biex jintużaw bl-istess kundizzjonijiet ta’ użu u miksuba biss minn ċirku ta’ prodotti li jkun f’katina magħluqa u kkontrollata, u jeskludi l-ġbir mill-konsumaturi

Il-materjali u l-oġġetti fformati mill-ġdid maħsuba sabiex jintużaw għall-istess skop u bl-istess kundizzjonijiet ta’ użu bħall-materjali u l-oġġetti ċċirkolati fl-iskema ta’ riċiklaġġ li minnha jkun inkiseb l-input tal-plastik.

Le

4.1

-

Iva

Tabella 2

Speċifikazzjoni dettaljata tal-polimeri

Numru ta’ referenza

Akronimu

Numru tar-reżina u/jew simbolu tar-riċiklaġġ, jekk ikun hemm (1)

Speċifikazzjoni dettaljata għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament

2.1

PET

1

polimeru tal-polietilentereftalat magħmul mill-polikondensazzjoni tal-komonomeri etilenglikol u tal-aċidu tereftaliku jew tat-tereftalat dimetiliku, li minnu s-sinsla polimerika jkun fiha sa 10 % w/w komonomeri oħrajn elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, bħall-aċidu isoftaliku u d-dietilenglikol

Tabella 3

Deskrizzjoni dettaljata tat-teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni

Numru ta’ referenza

Isem

Deskrizzjoni dettaljata

3.1

Riċiklaġġ mekkaniku

Din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ tirkupra l-plastiks miġburin permezz ta’ proċessi mekkaniċi u fiżiċi, tipikament is-separazzjoni, it-tħin, il-ħasil, il-materjali ta’ separazzjoni, it-tnixxif, u r-rikristallizzazzjoni sabiex jiġi prodott input tal-plastik li jżomm l-identità kimika tal-plastik miġbur.

L-istadju kritiku ta’ din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ huwa d-dekontaminazzjoni li matulha l-input tal-plastik ikun soġġett għal mill-anqas ħin minimu għas-sħana, u għal vakwu jew għal fluss ta’ gass, sabiex titneħħa l-kontaminazzjoni inċidentali sa livell li ma jkunx ta’ tħassib għas-saħħa. Dan l-istadju jista’ jiġi segwit minn stadji oħra ta’ riċiklaġġ u ta’ konverżjoni, bħall-istadji ta’ filtrazzjoni, ta’ rigranulazzjoni, ta’ taħlit, ta’ estrużjoni u ta’ fformar.

L-użu ta’ din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ iżomm il-ktajjen polimeriċi li jikkostitwixxu l-plastik, u jista’ jżid il-piż molekulari tagħhom. Jista’ jseħħ ukoll tnaqqis żgħir mhux intenzjonat fil-piż molekulari.

3.2

Riċiklaġġ minn ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f’katina magħluqa u kkontrollata

Teknoloġija ta’ riċiklaġġ li tirriċikla l-input tal-plastik li joriġina biss minn entitajiet li jipparteċipaw f’ċikli magħluqin li jikkonsistu mill-istadji tal-manifattura, tad-distribuzzjoni jew tal-catering, u li jipparteċipaw fi skema ta’ riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 9.

L-input tal-plastik joriġina biss minn materjali u minn oġġetti li huma maħsubin għall-kuntatt mal-ikel u li jintużaw hekk, u tista’ tiġi eskluża kull kontaminazzjoni għajr ir-residwi tas-superfiċe mill-ikel u mit-tikkettar. L-input tal-plastik jista’ jkun fih materjali u oġġetti mqattgħin biċċiet żgħar, kif ukoll fdalijiet u skart mill-produzzjoni ta’ materjali u ta’ oġġetti tal-plastik. L-iskema teskludi l-ġbir ta’ materjali u ta’ oġġetti bħala input tal-plastik jekk dawn ikunu ġew ipprovduti lill-konsumaturi għall-użu barra mill-bini u/jew għall-kontroll tal-entitajiet li jipparteċipaw fl-iskema ta’ riċiklaġġ.

It-teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni applikata bħala parti minn din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ tipprevedi d-dekontaminazzjoni mikrobijoloġika minn temperatura għolja matul l-ifformar mill-ġdid ippreċeduta minn tindif bażiku tal-wiċċ permezz tal-ħasil jew b’mezzi oħrajn xierqa għat-tħejjija tal-materjal għall-ifformar mill-ġdid. Barra minn hekk, tista’ żżid plastik ġdid biex tipprevjeni t-telf fil-kwalità tal-plastik riċiklat li jagħmlu mhux adattat għall-użu li kien maħsub għalih.

Il-plastik riċiklat jintuża biss għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik għall-kuntatt mal-istess ikel u bl-istess kundizzjonijiet bħalma kienu maħsubin għalihom il-materjali u l-oġġetti miġburin, u li għalihom il-konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tkun ġiet ivverifikata inizjalment.

Tabella 4

Speċifikazzjonijiet u rekwiżiti applikabbli għall-użu tat-teknoloġija f’konformità mal-Artikolu 4(4)

Numru ta’ referenza

Speċifikazzjonijiet / rekwiżiti

4.1

(a)

it-teknoloġija u t-tħaddim tagħha għandhom jikkorrispondu bis-sħiħ mad-deskrizzjoni pprovduta fil-punt 3.2 tat-tabella 3;

(b)

meta l-materjali jkunu soġġetti għall-użu mill-ġdid fil-katina tad-distribuzzjoni, mingħajr operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ, għandhom jitnaddfu regolarment u biżżejjed biex jipprevjeni l-akkumulazzjoni ta’ residwi li joriġinaw mill-ikel, mill-użu u mit-tikkettar;

(c)

l-użu, l-użu mill-ġdid, it-tindif f’konformità mal-punt (b), u r-riċiklaġġ għandhom jiġu implimentati b’mod maħsub biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni inċidentali tal-input tal-plastik li ma jistax jitneħħa bit-tindif tas-superfiċe;

(d)

għandu jiġi eskluż l-użu ta’ kull tikkettar jew stampar fuq il-materjali u fuq l-oġġetti tal-plastik li ma jistax jitneħħa kompletament bit-tindif applikat qabel l-ifformar mill-ġdid;

(e)

id-dokument ipprovdut f’konformità mal-Artikolu 9(3) għandu jipprovdi struzzjonijiet u proċeduri espliċiti lill-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipparteċipaw fl-iskema ta’ riċiklaġġ għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ materjal estern u ta’ kontaminazzjoni inċidentali;

(f)

l-input tal-plastik u l-plastik riċiklat għandhom f’kull ħin jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament (UE) Nru 10/2011; l-akkumulazzjoni tal-kostitwenti tal-materjal tal-plastik, preżenti minħabba riċiklaġġ ripetut, bħar-residwi tal-addittivi, jew il-prodotti ta’ deġenerazzjoni, għandha titqies bħala sustanzi miżjudin mhux intenzjonalment f’konformità mal-Artikolu 6(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Il-preżenza tagħhom ma għandhiex taqbeż livell li jitqies li mhuwiex sikur f’valutazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament. Fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, għandu jiżdied plastik ġdid immanifatturat f’konformità ma’ dak ir-Regolament;

(g)

hemm evidenza xjentifika ddokumentata li turi li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklati bħala parti mill-iskema ma joħolqux riskju għas-saħħa tal-bniedem minħabba:

l-akkumulazzjoni ta’ kostitwenti tal-materjal tal-plastik, bħar-residwi tal-addittivi, jew il-prodotti ta’ deġenerazzjoni li jirriżultaw minn riċiklaġġ ripetut; jew

il-preżenza ta’ residwi komuni minn sorsi oħrajn bħall-ikel, id-deterġenti u t-tikkettar

Tabella 5

Derogi applikabbli għall-użu tat-teknoloġija f’konformità mal-Artikolu 4(5)

Numru ta’ referenza

Speċifikazzjonijiet / rekwiżiti

 

 


(1)  Kif iddefinit fid-Deċiżjoni 97/129/KE, ASTM D7611 jew GB/T 16288-2008.


ANNESS II

Mudell għall-Iskeda tas-Sommarju tal-Monitoraġġ tal-Konformità f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2022/1616

Il-mudell għandu jimtela filwaqt li jitqiesu d-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2023/2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura, u fl-Anness B tiegħu.

Abbrevjazzjonijiet użati f’dan id-dokument f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2023/2006:

QA

:

Valutazzjoni tal-Kwalità

SOP

:

Proċedura Operattiva Standard

Kodiċi tal-SOP

:

kodiċi tal-SOP huwa magħmul minn żewġ numri, in-numru tal-SOP u n-numru tad-dokument li fih huwa deskritt fil-format SOPNr – DocNr; in-numru tad-dokument għandu jikkorrispondi man-numru tad-dokument elenkat fit-Taqsima 2.3, in-numru tal-SOP mas-sistema ta’ numerazzjoni tar-riċiklatur.

1.   TAQSIMA 1: IDENTIFIKAZZJONI

In-numri (RIN, RFN, RON, RAN, NTN) imsemmijin f’din it-taqsima għandhom jikkorrispondu man-numri fir-Reġistru tal-Unjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2022/1616

1.1.   Identifikazzjoni tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ

Isem l-installazzjoni

 

Teknoloġija tar-riċiklaġġ applikata f’konformità mal-Anness I

 

Numru tar-reġistru tal-UE (in-numru tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, “RIN”)

 

Indirizz tal-Faċilità

 

Numru tal-Faċilità tar-Riċiklaġġ (“RFN”)

 

Dettalji ta’ kuntatt

 

Pożizzjoni/Rwol tal-persuni ta’ kuntatt

 

Numri tar-reġistru nazzjonali rilevanti, jekk ikun hemm

 

Data tan-notifika (l-Artikolu 25(1)(a))

 

1.2.   Identifikazzjoni tar-riċiklatur

Isem il-Kumpanija

 

Numru tar-reġistru tal-UE (in-Numru tal-Operatur Riċiklatur, “RON”)

 

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali

 

Dettalji ta’ kuntatt

 

Pożizzjoni/rwol tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt

 

Numri tar-reġistru nazzjonali rilevanti, jekk ikun hemm

 

Detentur tal-awtorizzazzjoni? (Iva/Le/ Ma japplikax)

 

1.3.   Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-proċess tar-riċiklaġġ jew ta’ teknoloġija ġdida

A: identifikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jew tat-teknoloġija ġdida użata mill-proċess li tapplika l-installazzjoni:

Numru tar-reġistru tal-UE, jiġifieri n-Numru tal-Awtorizzazzjoni tal-Proċess tar-Riċiklaġġ (“RAN”), Numru tat-Teknoloġija l-Ġdida (“NTN”)

 

B: detentur tal-awtorizzazzjoni jew żviluppatur tat-teknoloġija l-ġdida –

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni (*1) / tal-iżviluppatur tat-teknoloġija (*2) skont kif japplika

 

Indirizz

 

Dettalji ta’ kuntatt

 

Pożizzjoni/Rwol

 

1.4.   Referenzi għad-dokumenti użati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”)

Numru tal-mistoqsija tal-EFSA

 

Data tal-pubblikazzjoni tal-opinjoni tal-EFSA

 

Numru tal-pubblikazzjoni tal-EFSA (in-numru tal-output)

 

Kunfidenzjalità Numru tad-deċiżjoni

 

Kunfidenzjalità Data tad-deċiżjoni

 

1.5.   Persuna/i responsabbli addizzjonali għat-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ

Isem

Pożizzjoni/Rwol

dettalji ta’ kuntatt

 

 

 

2.   Taqsima 2: Tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ

2.1.   Dikjarazzjonijiet bil-miktub

Massimu ta’ 3 000 karattru inklużi l-ispazji għandhom japplikaw kemm għat-Taqsima 2.1.1 kif ukoll għat-Taqsima 2.1.2

2.1.1.   Dikjarazzjoni tar-riċiklaturi li tispjega l-produzzjoni u l-kwalità tal-plastik riċiklat

2.1.2.   Dikjarazzjoni tar-riċiklatur li tispjega l-korrispondenza mal-proċess awtorizzat

Din it-taqsima tapplika biss għal proċessi awtorizzati.

2.2.   Operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ fil-faċilità tar-riċiklaġġ

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta f’din it-taqsima:

Dijagramma tal-istadji ewlenin tal-manifattura li huma parti mill-proċess tar-riċiklaġġ u li jinsabu fil-faċilità tar-riċiklaġġ (“dijagramma tas-sit”);

Tabella li tiddeskrivi dawk l-istadji tal-manifattura u l-flussi tal-materjali li jgħaqqduhom li jitwettqu fil-faċilità tar-riċiklaġġ u li jikkorrispondu ma’ dik id-dijagramma.

2.2.1.   Dijagramma tal-istadji ewlenin tal-manifattura li jitwettqu fil-faċilità tar-riċiklaġġ (dijagramma tas-sit)

2.2.2.   Deskrizzjoni tal-istadji ewlenin tal-manifattura li jitwettqu fil-faċilità tar-riċiklaġġ u l-flussi li jgħaqqduhom

Numru tal-Istadju

Isem

Deskrizzjoni

Tunnellaġġ Medju Pproċessat kull sena

 

 

 

 

 

 

 

 

Numru tal-Fluss

Isem

Deskrizzjoni

Daqs Medju tal-Fluss

 

 

 

 

 

 

 

 

2.3.   Dokumenti Interni

Ipprovdi lista komprensiva ta’ dokumenti rilevanti għat-tħaddim tal-proċess u l-ġestjoni tal-kwalità u proċeduri amministrattivi oħrajn relatati miegħu, kif ukoll dokumenti relatati mal-awtorizzazzjoni. Id-dokumenti għandhom ikunu nnumerati u dawn in-numri għandhom jintużaw fit-Taqsima 3 sabiex jirreferu għal dawn id-dokumenti. Ir-riċiklatur jista’ japplika sistema ta’ numerazzjoni tiegħu.

Tip ta’ dokument

Numru tad-Dokument

Stadju ta’ produzzjoni relatat

Titolu

Deskrizzjoni

Data, verżjoni, awtur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.4.   Definizzjonijiet tal-lott

Il-lottijiet li ġejjin għandhom jiġu ddefiniti f’konformità mat-tabella ta’ hawn taħt:

Lott tad-Dħul: il-plastik mhux ipproċessat li jidħol fil-faċilità tar-riċiklaġġ mill-fornituri;

Lott tal-Input: il-plastik tal-input ipproċessat fil-faċilità li jiddaħħal fl-istadju ta’ dekontaminazzjoni;

Lott tal-Output: il-plastik riċiklat li jirriżulta mill-istadju ta’ dekontaminazzjoni; u,

Lott tal-Ħruġ: il-plastik riċiklat (jew il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat) li joħroġ mill-faċilità għal aktar ipproċessar jew użu.

Kwalunkwe lott intermedju ieħor li jikkorrispondi għal kontroll tal-QA.

Meta l-lott tad-dħul jew tal-input ikun l-istess minħabba li ma jsir l-ebda kontroll ulterjuri tal-QA, għandu jiġi ddefinit biss il-lott tal-input. Għandu jintuża l-istess approċċ għal-lottijiet tal-output u tal-ħruġ. Meta jkun hemm tipi differenti ta’ lottijiet ta’ dħul jew ta’ ħruġ, dawn għandhom jiġu ddefiniti separatament, u jingħataw isem sinifikattiv.

Il-QA għandha tiġi enumerata bl-istess mod bħal dak tad-dijagramma tas-sit (it-Taqsima 2.2.1)

Tip tal-lott

Isem

Intern tal-lott

Nru tal-Fluss/tal-QA

Definizzjoni/Deskrizzjoni

Medda tipika ta’ daqsijiet

Regola dwar it-traċċabbiltà

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.5.   Dijagramma tal-proċess tal-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni

Żid dijagramma tal-pajpijiet u tal-istrumentazzjoni f’konformità mat-Taqsima 4.4 tal-ISO 10628-1:2014, filwaqt li tqis l-ISO 10628-2.

2.6.   Kontroll ta’ operazzjonijiet kritiċi ta’ dekontaminazzjoni

It-tabella ta’ hawn taħt għandha tinkludi referenza għall-passi, għall-istadji, jew għall-operazzjonijiet li l-EFSA identifikat bħala kritiċi, kriterju ta’ kontroll għal kull parametru kritiku, l-istrumenti ta’ kontroll involuti, u d-deskrizzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi f’każ li l-kriterju ta’ kontroll ma jaħdimx. Għandha tiżdied aktar informazzjoni dwar l-evalwazzjoni ta’ regoli kumplessi ta’ kontroll, jekk tkun rilevanti.

Operazzjoni kritika (u ref għall-opinjoni tal-EFSA)

Kriterju ta’ kontroll

Strument ta’ Kejl jew Kontroll (referenza għal 2.5)

Deskrizzjoni qasira tal-azzjonijiet korrettivi jekk ir-regola tal-kontroll ma tiġix issodisfata

Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.6.1.   Aktar informazzjoni dwar ir-regoli kumplessi ta’ kontroll, fejn rilevanti

2.7.   Proċedura operattiva standard rilevanti għall-Operazzjoni

It-tabella ta’ hawn taħt għandha tipprovdi referenza għal kull SOP użata għat-tħaddim tal-installazzjoni, tipprovdi deskrizzjoni qasira tagħha, u tindika l-post fejn titwettaq.

Kodiċi tal-SOP

Deskrizzjoni qasira

Post

 

 

 

3.   Taqsima 3: Valutazzjoni tal-Kwalità

3.1.   Lista tal-istadji tal-valutazzjoni tal-kwalità

Kull stadju tal-QA għandu jiġi deskritt bl-użu tat-tabella ta’ hawn taħt:

Stadju u numru tal-QA

Isem il-valutazzjoni

Definizzjoni/Deskrizzjoni

Kriterju

Rekords

Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr)

 

 

 

 

 

 

Għandu jkun hemm tal-anqas erba’ stadji (sakemm ma jkun hemm l-ebda differenza bejn id-dħul u l-input jew l-output u l-ħruġ – ara t-taqsima 2.4):

l-istadju tad-dħul (l-ewwel stadju tal-QA meta l-materjal jidħol fil-faċilità),

l-istadju tal-input (meta l-input tal-plastik jidħol fil-proċess ta’ dekontaminazzjoni)

l-istadju tal-output (meta l-materjal joħroġ mill-proċess ta’ dekontaminazzjoni)

l-istadju tal-ħruġ (meta l-plastik riċiklat jew il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat joħorġu mill-faċilità)

Fejn rilevanti, għandhom jiżdiedu stadji intermedji addizzjonali għall-kwalità tal-materjal fi stadji oħrajn. Dawk l-istadji intermedji għandhom jingħataw isem sinifikattiv.

3.2.   Proċeduri operattivi standard rilevanti applikati fl-istadji tal-QA

It-tabella ta’ hawn taħt għandha tipprovdi referenza għal kull proċedura operattiva standard użata fl-istadji tal-QA, tipprovdi deskrizzjoni qasira tagħha, u tindika l-post fejn titwettaq.

Nru tal-Valutazzjoni tal-Kwalità (QA) (ref 3.1)

Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr)

Deskrizzjoni qasira

Post (tal-QA)

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   Taqsima 4: Repożitorju tar-rekords

4.1.   Sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-valutazzjoni tal-kwalità

Nru tal-Valutazzjoni tal-Kwalità (ref 3.1)

Isem

Definizzjoni/Deskrizzjoni

Post

Backup

Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr)

Prevenzjoni ta’ modifika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.2.   Lista ta’ kodiċijiet standard tal-proċeduri operattivi għas-sistema ta’ reġistrazzjoni

Nru tal-Valutazzjoni tal-Kwalità (ref 3.1)

Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr)

Deskrizzjoni qasira

Post (tat-tidħil fis-sistema ta’ reġistrazzjoni)

 

 

 

 

4.3.   Rekords/sistemi rilevanti oħrajn

Proċedura

Deskrizzjoni / Dokumentazzjoni

 

 


(*1)  Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-indirizz tiegħu jridu jkunu l-istess bħal dawk fuq id-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

(*2)  L-iżviluppatur tat-teknoloġija li nnotifika t-teknoloġija l-ġdida użata mill-proċess li tapplika l-installazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 10(2).


ANNESS III

Mudelli għad-dikjarazzjoni ta’ konformità

PARTI A

Dikjarazzjoni ta’ konformità li għandha tintuża mir-riċiklaturi

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) 2022/1616 TAR-RIĊIKLATURI

Jiena, is-sottoskritt, niddikjara f’isem [ŻID ISEM IR-RIĊIKLATUR] kif identifikat fit-Taqsima 1.1, li l-materjal tal-plastik riċiklat identifikat fit-Taqsima 1.2 ġie prodott f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1616. Il-materjal riċiklat li għalih tapplika din id-dikjarazzjoni huwa adattat għall-użu f’kuntatt mal-ikel, dment li jintuża f’konformità mar-restrizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3 ta’ din id-dikjarazzjoni, u mal-istruzzjonijiet f’din id-dikjarazzjoni u mat-tikkettar fuq il-prodott.

B’dan, jien niddikjara li sa fejn naf jien il-kontenut ta’ din id-dikjarazzjoni huwa korrett u konformi mar-Regolament (UE) 2022/1616.

Taqsima 1: Identifikazzjoni

1.1

Riċiklatur

1.2

Prodott riċiklat

1.3

Awtorità kompetenti

1.1.1

Isem

 

1.2.1

Isem kummerċjali / deżinjazzjoni

 

1.3.1

Isem

 

1.1.2

FCM-RON (*)

 

1.2.2

Nru tal-Lott

 

1.3.2

Indirizz

 

1.1.3

Pajjiż

 

1.2.3

FCM-RIN (*)

 

1.3.3

Pajjiż/ reġjun

 

1.1.4

FCM-RFN (*)

 

1.2.4

Informazzjoni oħra

 

1.3.4

Numru tar-Reġistrazzjoni assenjat

 

Taqsima 2: Konformità

2.1

Bażi għall-awtorizzazzjoni jew għall-permess għall-operar (immarka kaxxa waħda biss)

 

 

 

 

 

2.1.1

Deċiżjoni ta’ Awtorizzazzjoni

RAN (*)

 

2.1.2

Skema ta’ riċiklaġġ

RSN (*)

 

2.1.3

Ma hija meħtieġa l-ebda skema ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ riċiklaġġ

 

 

2.1.4

Teknoloġija ġdida

NN (*)

 

2.2

Riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità kif elenkati fl-istadji obbligatorji tal-valutazzjoni tal-kwalità fit-Tabella 3.1 tal-Anness II; obbligatorju biss jekk tkun immarkata 2.1.1

Importanti: Il-kampi minn 2.2.2 sa 2.2.4 jistgħu jitħallew vojta, dment li l-kamp 2.2.5 ikun immarkat

Stadju (**)

Kriterji tad-deċiżjoni u eżitu/i

Numru/i tal-Lott

2.2.1

Ħruġ

 

 

2.2.2

Dħul

 

 

2.2.3

Input

 

 

2.2.4

Output

 

 

2.2.5

Is-sottoskritt jikkonferma li l-informazzjoni meħtieġa fil-kampi minn 2.2.2 sa 2.2.4 se tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba tagħha, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol

Taqsima 3: Struzzjonijiet u informazzjoni għall-utenti tal-prodott

3.1

Struzzjonijiet għall-konvertituri

3.1.1

Kontenut massimu riċiklat (w/w %)

%

 

3.1.2

Kontenut riċiklat preżenti (w/w %)

%

 

3.1.3

Restrizzjonijiet tal-użu (**)

 

3.1.4

Struzzjonijiet oħrajn

 

3.2

Struzzjonijiet għall-utenti aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista, inklużi l-utenti finali

3.2.1

Restrizzjonijiet tal-użu  (**)

 

3.2.2

Sommarju tat-tikkettar

 

3.2.3

Struzzjonijiet oħrajn

 

Taqsima 4: Firma

4.1

Firma u timbru tal-kumpanija

 

4.2

Isem il-persuna li qed tiffirma

 

4.3

Rwol/pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma

 

4.4

Data u post

 

PARTI B

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità li għandha tintuża mill-konvertituri jekk il-materjal tal-plastik ikkonvertit ikun fih plastik riċiklat

DIKJARAZZJONI ta’ KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) 2022/1616 TAL-KONVERTITURI

Jiena, is-sottoskritt, niddikjara f’isem [ŻID ISEM IR-RIĊIKLATUR] kif identifikat fit-Taqsima 1.1, li l-materjal tal-plastik riċiklat identifikat fit-Taqsima 1.2 ġie prodott f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1616. Il-materjal riċiklat li għalih tapplika din id-dikjarazzjoni huwa adattat għall-użu f’kuntatt mal-ikel, dment li jintuża f’konformità mar-restrizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3 ta’ din id-dikjarazzjoni, u mal-istruzzjonijiet f’din id-dikjarazzjoni u mat-tikkettar fuq il-prodott.

B’dan, jien niddikjara li sa fejn naf jien il-kontenut ta’ din id-dikjarazzjoni huwa korrett u konformi mar-Regolament (UE) 2022/1616.

Taqsima 1 Identifikazzjoni

1.1

Konvertitur

1.2

Prodott bi plastik riċiklat

1.3

Awtorità kompetenti

1.1.1

Isem

 

1.2.1

Isem kummerċjali / deżinjazzjoni

 

1.3.1

Isem

 

1.1.2

Indirizz

 

1.2.2

Nru tal-Lott

 

1.3.2

Indirizz

 

1.1.3

Pajjiż

 

1.2.4

Informazzjoni oħra

 

1.3.3

Pajjiż/ reġjun

 

 

 

 

 

1.3.4

Numru tar-reġ.

 

Taqsima 2: Konformità

2.1

2.1.1

Oriġini tal-plastik riċiklat; Numri RIN

 

2.1.2

Numri tal-lott tal-plastik riċiklat mill-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni

 

2.1.3

Kontenut massimu riċiklat indikat mir-riċiklatur (3.1.1 tal-Parti A)

% w/w

2.1.4

Kontenut reali riċiklat ta’ dan il-prodott

% w/w

2.1.5

Ir-restrizzjonijiet previsti fid-Dikjarazzjoni ta’ konformità li waslet mingħand ir-riċiklatur huma ssodisfati

2.1.6

Żieda ta’ addittivi jew ta’ sustanzi tal-bidu

L-addittivi jew is-sustanzi tal-bidu miżjudin jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011

Mhemmx żidiet

Taqsima 3: Struzzjonijiet u informazzjoni għall-utenti tal-prodott

3.2

Struzzjonijiet għall-utenti aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista, inklużi l-utenti finali

3.2.1

Il-prodott identifikat fit-taqsima 1.2 huwa: (immarka skont kif japplika; jistgħu jkunu japplikaw it-tnejn)

(A)

plastik riċiklat għal aktar stadji ta’ konverżjoni

(B)

materjal jew oġġett tal-plastik finali adattat biex jiġi f’kuntatt mal-ikel mingħajr ipproċessar ulterjuri.

3.2.2

Tip jew tipi ta’ ikel maħsub biex jiġi f’kuntatt magħhom

 

3.2.3

Żmien u temperatura tat-trattament u l-ħżin f’kuntatt mal-ikel

 

3.2.4

L-ogħla proporzjon tal-erja tas-superfiċe tal-kuntatt mal-ikel għall-volum li għalih ġiet ivverifikata l-konformità

 

3.2.5

Lista ta’ sustanzi miżjudin b’limiti ta’ migrazzjoni; żid ir-ringieli skont il-ħtieġa.

(nota: In-Numru tal-FCM u l-limitu tal-migrazzjoni speċifika (“SML”) jistgħu ma jeżistux għal ċerti sustanzi)

Nru tal-FCM (*)

Deżinjazzjoni oħra (Nru tas-CAS, isem kimiku)

SML (*) (mg/kg ta’ ikel)

 

 

 

 

 

 

3.2.6

Informazzjoni u struzzjonijiet rilevanti oħrajn, inkluż f’konformità mal-punti 7 u 9 tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (1)

 

3.2.7

Il-plastik riċiklat li għalih tapplika din id-dikjarazzjoni jinsab f’saff f’materjal jew f’oġġett b’diversi saffi soġġett rispettivament għall-Artikoli 13 jew 14 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 li fih plastik manifatturat f’konformità ma’ dak ir-Regolament f’saff jew f’saffi oħrajn. Dikjarazzjoni separata ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament dwar dak is-saff jew dawk is-saffi hija disponibbli u trid titqies.

Taqsima 4: Firma

4.1

Firma u timbru tal-kumpanija

 

4.2

Isem il-persuna li qed tiffirma

 

4.3

Rwol/pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma

 

4.4

Data u post

 


(*)  RAN – in-numru tal-awtorizzazzjoni tar-riċiklaġġ; RON – in-numru tal-operatur tar-riċiklaġġ (riċiklaturi); RIN – in-numru tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ; RSN – in-numru tal-iskema ta’ riċiklaġġ; NTN – in-numru tat-teknoloġija l-ġdida; RFN – in-numru tal-faċilità tar-riċiklaġġ.

(**)  Huwa obbligatorju li jimtlew il-kaxxi dwar l-istadju tal-ħruġ (il-lott li jitqiegħed fis-suq u li huwa akkumpanjat minn din id-dikjarazzjoni). Il-kaxxi l-oħrajn jistgħu jimtlew b’mod volontarju, iżda jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax f’din id-dikjarazzjoni, għandha tingħata lil awtorità kompetenti fi żmien 3 ijiem tax-xogħol jekk tintalab.

(***)  Ir-restrizzjonijiet tal-użu għandhom jikkorrispondu ma’ kwalunkwe kundizzjoni li tapplika fil-qasam tal-applikazzjoni tal-plastik riċiklat, f’konformità mal-Anness I għat-teknoloġija applikata, l-Artikoli 7, 8, jew 9, l-Awtorizzazzjoni tal-proċess tar-riċiklaġġ, jekk ikun hemm, jew kwalunkwe restrizzjoni oħra li r-riċiklatur iqis li tkun neċessarja.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).


Top