Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0539

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/539 tal-4 ta’ April 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ST/7383/2022/INIT

    ĠU L 106, 5.4.2022, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/539/oj

    5.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/13


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/539

    tal-4 ta’ April 2022

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (2)

    Wara evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi rilevanti, jenħtieġ li jitħassru żewġ entrati mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ April 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. BACHELOT-NARQUIN


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


    ANNESS

    L-entrati li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

    270.

    Bashar Mohammad ASSI;

    286.

    Khaldoun AL-ZOUBI.


    Top