This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0629
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/629 of 4 November 2020 amending Delegated Regulations (EU) No 532/2014 and (EU) No 1255/2014 supplementing Regulation (EU) No 223/2014 of the European Parliament and of the Council on the Fund for European Aid to the Most Deprived, as regards the detailed minimum requirements for audit purposes and the data to be recorded and stored
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/629 tal-4 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 532/2014 u (UE) Nru 1255/2014 li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dettaljati għall-finijiet tal-awditjar u d-data li trid tiġi rreġistrata u tinħażen
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/629 tal-4 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 532/2014 u (UE) Nru 1255/2014 li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dettaljati għall-finijiet tal-awditjar u d-data li trid tiġi rreġistrata u tinħażen
C/2020/7504
ĠU L 132, 19.4.2021, p. 4–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/629
tal-4 ta’ Novembru 2020
li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 532/2014 u (UE) Nru 1255/2014 li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dettaljati għall-finijiet tal-awditjar u d-data li trid tiġi rreġistrata u tinħażen
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 13(6) u l-Artikolu 32(8) u (9) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jippermetti li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jissupplimentaw l-elementi tiegħu li mhumiex essenzjali fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2014 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 rigward ir-rekwiżiti minimi għar-rekord tal-awditjar u dwar il-lista tad-data li trid tiġi rreġistrata u tinħażen fis-sistema mill-awtorità maniġerjali ma’ kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, għall-evalwazzjoni, għall-ġestjoni finanzjarja, għall-verifika u għall-awditjar. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1255/2014 (3) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta’ implimentazzjoni, inkluża l-lista tal-indikaturi komuni. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2020/559 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi indirizzata t-tifqigħa tal-COVID-19 B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2020/559 introduċa l-possibbiltà li l-Istati Membri jipprovdu ikel jew assistenza materjali bażika, jew it-tnejn li huma, b’mod indirett lill-persuni li jkunu l-aktar fil-bżonn, pereżempju permezz ta’ kupuni, kards, jew strumenti oħra. |
(5) |
L-għotja indiretta ta’ ikel u ta’ assistenza materjali bażika permezz ta’ kupuni, kards jew strumenti oħra tinvolvi diffikultajiet speċifiċi għall-implimentazzjoni meta mqabbla ma’ sitwazzjonijiet meta din l-assistenza tingħata lill-persuni l-aktar fil-bżonn b’mod dirett. Għaldaqstant jixraq li jiġu previsti dispożizzjonijet speċifiċi għall-iskemi li jipprovdu l-assistenza b’mod dirett f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti minimi għar-rekord tal-awditjar, biex tiġi aġġustata l-lista tad-data li trid tiġi rreġistrata u tinħażen fis-sistema mill-awtorità maniġerjali ma’ kull operazzjoni ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni, ġestjoni finanzjarja, verifika u awditjar, u biex tiġi aġġustata l-lista tal-indikaturi li jridu jiġu rrappurtati mill-awtorità maniġerjali. |
(6) |
Biex jittaffew l-akbar riskji ta’ irregolarità u frodi meta jingħataw l-ikel jew l-assistenza materjali bażika, jew it-tnejn li huma, permezz ta’ kupuni jew kards fil-format ta’ karti, jixraq li għal dawn il-każijiet jiġu previsti rekwiżiti minimi addizzjonali għar-rekord tal-awditjar. |
(7) |
Sabiex tkun tista’ ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament li huma mmirati biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Delega (UE) Nru 532/2014 u (UE) Nru 1255/2014 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 532/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “L-Artikolu 3a Ir-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-verifika dwar l-appoġġ li jingħata indirettament lil min hu l-aktar fil-bżonn, pereżempju permezz ta’ vawċers, kards, jew strumenti oħra (l-Artikolu 32(9) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014) 1. Minbarra r-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekords għall-verifika stabbiliti fl-Artikolu 3, ir-rekords għall-verifika tal-operazzjonijiet li jipprovdu ikel jew assistenza materjali bażika, jew it-tnejn li huma lill-persuni l-aktar fil-bżonn permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra f’konformità mal-Artikolu 23(4a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 għandhom:
Għall-użu ta’ kards, vawċers, jew strumenti oħra, ir-rekords għall-verifika għandhom juru li l-vawċers, il-kards jew l-istrumenti l-oħra ntużaw biss biex jinxtraw l-ikel jew l-assistenza materjali bażika, jew it-tnejn li huma. 2. Meta jingħata l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lil min hu l-aktar fil-bżonn permezz ta’ vawċers, kards, jew strumenti oħra fil-format ta’ fuq il-karta, ir-rekord għall-verifika għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin:
|
(2) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1255/2014 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 54).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta’ implimentazzjoni, inkluża l-lista ta’ indikaturi komuni (ĠU L 337, 25.11.2014, p. 46).
(4) Ir-Regolament (UE) 2020/559 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi indirizzata t-tifqigħa ta’ COVID-19 (ĠU L 130, 24.4.2020, p. 7).
ANNESS I
“ANNESS I
Lista tad-data li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f’forma kompjuterizzata fis-sistema ta’ monitoraġġ (imsemmija fl-Artikolu 2)
Id-data hija meħtieġa għal operazzjonijiet appoġġjati minn OP I u OP II (1) u għat-tipi kollha ta’ konsenja sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-tieni kolonna.
Kampi tad-data |
Indikazzjoni tat-tip ta’ OP jew tip ta’ konsenja li għalih mhijiex meħtieġa data |
||
Data dwar il-benefiċjarju (2) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar l-operazzjoni |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
|
||
|
|
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għal konsenja indiretta ta’ ikel, bħal permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP II Mhux applikabbli għall-konsenja diretta ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika |
||
Data dwar indikaturi |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
Mhux applikabbli għall-OP I |
||
|
|
||
Data finanzjarja dwar kull operazzjoni (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar pretensjonijiet ta’ pagament mill-benefiċjarju (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament minn benefiċjarju bbażata fuq kost reali (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament minn benefiċjarju bbażata fuq skali standard ta’ kost unitarju (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament minn benefiċjarju bbażata fuq pagamenti f’somma f’daqqa (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar in-nefqa fi pretensjoni ta’ pagament mill-benefiċjarju bbażata fuq ir-rati fissi (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni) |
|||
|
|
||
|
|
||
Data dwar irkupri mill-benefiċjarju |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar talba għall-ħlas lill-Kummissjoni (f’EUR) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data dwar kontijiet sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 (f’EUR) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
(1) OP I jirreferi għall-programmi operazzjonali għall-ikel u/jew l-assistenza materjali u OP II jirreferi għall-programmi operazzjonali għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn
(2) Il-benefiċjarju jinkludi, fejn applikabbli, korpi oħra li jġarrbu nefqa fl-operazzjoni li jiġi ttrattat bħala nefqa imġarrab mill-benefiċjarju.
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 54).
(4) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
(5) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
ANNESS II
“ANNESS
INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I U L-PO II
Indikaturi tal-inputs
(1) |
Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli approvata fid-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjonijiet. |
(2) |
Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.
Li minnu, fejn rilevanti:
|
(3) |
Ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni. |
Din id-data għandha tkun espressa f’euro.
INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I GĦALL-APPOĠĠ IPPROVDUT DIRETTAMENT LIL DAWK L-AKTAR FIL-BŻONN
Indikaturi ta’ output fuq għajnuna alimentari distribwita (1)
(4) |
Kwantità ta’ frott u ħaxix. |
(5) |
Kwantità ta’ laħam, bajd, ħut, frott tal-baħar. |
(6) |
Kwantità ta’ dqiq, ħobż, patata, ross u prodotti oħra li fihom il-lamtu. |
(7) |
Kwantità ta’ zokkor. |
(8) |
Kwantità ta’ prodotti tal-ħalib. |
(9) |
Kwantità ta’ xaħam, żejt. |
(10) |
Kwantità ta’ ikel konvenjenti, oġġetti tal-ikel oħrajn (li ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija qabel). |
(11) |
Kwantità totali ta’ għajnuna alimentari distribwita.
Minnhom:
|
(12) |
Għadd totali ta’ ikliet distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO (3). |
(13) |
Għadd totali ta’ pakketti tal-ikel distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO (4). |
Indikaturi tar-riżultat dwar l-għajnuna alimentari distribwita (5)
(14) |
Għadd totali ta’ persuni li jirċievu l-għajnuna alimentari.
Minnhom:
|
Indikaturi ta’ output dwar assistenza materjali bażika distribwita
(15) |
Valur monetarju totali tal-oġġetti distribwiti.
Minnhom:
|
(16) |
Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta’ oġġetti distribwiti lit-tfal (6):
|
(17) |
Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta’ oġġetti mqassma lil persuni mingħajr dar (6):
|
(18) |
Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta’ oġġetti distribwiti lil gruppi oħra fil-mira (6):
|
Indikaturi tar-riżultat dwar assistenza materjali bażika distribwita (5)
(19) |
Għadd totali ta’ persuni li jirċievu assistenza materjali bażika.
Minnhom:
|
INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I GĦALL-APPOĠĠ IPPROVDUT INDIRETTAMENT LIL DAWK L-AKTAR FIL-BŻONN, BĦAL PERMEZZ TA’ VAWĊERS, KARDS JEW STRUMENTI OĦRA
Indikaturi tar-riżultati fuq appoġġ distribwit permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra (5)
(19bis) |
Għadd totali ta’ persuni li jirċievu appoġġ permezz ta’ vawċers, kards jew strumenti oħra ta’ konsenja indiretta
Minnhom:
|
INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO II
Indikaturi ta’ output dwar l-assistenza għall-inklużjoni soċjali
(20) |
Għadd totali ta’ persuni li jirċievu assistenza għall-inklużjoni soċjali.
Minnhom:
|
Din id-data għall-PO II hija data personali skont l-Artikolu 7 tad- Direttiva 95/46/KE. L-ipproċessar tagħha jkun meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għaliha l-kontrollur huwa soġġett (Artikolu 7(c) tad-Direttiva 95/46/KE). Għad-definizzjoni ta’ kontrollur, ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.
(1) L-indikaturi (4) sa (11) jinkludu kwalunkwe forma ta’ dawn il-prodotti eż. oġġetti tal-ikel friski, fil-laned u ffriżati u għandhom jiġu espressi f’tunnellati.
(2) Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ stima informata tal-organizzazzjonijiet sieħba.
(3) Id-definizzjoni ta’ x’għandu jinftiehem bħala ikla tista’ tingħata fil-livell ta’ organizzazzjoni sieħba/awtorità operatorja/maniġerjali. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ stima mill-organizzazzjonijiet sieħba.
(4) Id-definizzjoni ta’ x’għandu jinftiehem bħala pakkett tal-ikel tista’ tingħata fil-livell ta’ organizzazzjoni sieħba/awtorità operatorja/maniġerjali. Il-pakketti ma għandhomx bżonn ikunu standardizzati fid-daqs jew l-kontenut. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ stima mill-organizzazzjonijiet sieħba.
(5) Il-valuri għal dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata tal-organizzazzjonijiet sieħba. La huwa mistenni u lanqas meħtieġ li jkunu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mir-riċeventi aħħarin.
(6) Il-lista għandha tinkludi l-kategoriji kollha rilevanti li jkopru mill-inqas 75 % tal-oġġetti distribwiti.