This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2236
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/2236 of 16 December 2020 laying down rules for the application of Regulations (EU) 2016/429 and (EU) 2017/625 of the European Parliament and of the Council as regards model animal health certificates for the entry into the Union and movements within the Union of consignments of aquatic animals and of certain products of animal origin from aquatic animals, official certification regarding such certificates and repealing Regulation (EC) No 1251/2008 (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1251/2008 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1251/2008 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410–464
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/03/2023
30.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 442/410 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2236
tas-16 ta’ Diċembru 2020
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1251/2008
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 213(2), 224(4), 238(3) u 239(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli dwar il-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bniedem, inkluż regoli għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali meħtieġa biex jakkumpanjaw id-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni tal-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-mudelli tal-formoli ta’ dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, kif ukoll regoli dwar l-informazzjoni li trid tiġi inkluża f’ċerti dokumenti u dikjarazzjonijiet meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ tali konsenji. |
(2) |
Barra minn hekk, dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli speċjali dwar il-mudelli tal-formoli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, tad-dikjarazzjonijiet u ta’ dokumenti oħra għall-annimali akkwatiċi li għalihom l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament tista’ ma tkunx adegwata, filwaqt li titqies, inter alia, id-destinazzjoni finali tal-konsenja. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll li dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jistgħu jinkludu informazzjoni oħra meħtieġa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jiġi stabbilit f’dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Artikolu 213(2) u l-Artikolu 224(4) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħtu wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għal ċerti movimenti ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin minnhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikati għall-movimenti ta’ tali konsenji fl-Unjoni jiġi stabbilit f’dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Artikoli 238(3) u 239(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, tad-dikjarazzjonijiet u ta’ dokumenti oħrajn għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jiġi stabbilit f’dan ir-Regolament. |
(5) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fihom garanziji rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni u li jiċċaqilqu fl-Unjoni ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika. Tali garanziji jiddependu, inter alia, fuq il-mard rilevanti elenkat fl-Artikolu 5 u fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429 kif ukoll fuq il-kategorizzazzjoni tagħhom kif previst fl-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). |
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jivverifikaw il-konformità mill-operaturi mar-regoli tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, li jinkludu, inter alia, l-ikel u s-sikurezza tal-ikel kif ukoll is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali. Iċ-ċertifikati uffiċjali huma definiti fir-Regolament (UE) 2017/625 bħala karta jew dokument elettroniku ffirmat mill-uffiċjal li jiċċertifika u li jipprovdi assigurazzjoni dwar il-konformità ma’ rekwiżit wieħed jew aktar stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tiegħu. Dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u għall-ħruġ ta’ tali ċertifikati. |
(7) |
Il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni regoli dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sostituzzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni fir-rigward tas-sostituzzjoni taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali f’dan ir-Regolament. |
(8) |
Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin u l-abbuż, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli dwar il-każijiet fejn jista’ jinħareġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati biex jiġu sostitwiti ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali. Jenħtieġ li l-każijiet jiġu limitati għal żbalji amministrattivi, jew fil-każijiet fejn iċ-ċertifikat inizjali jkun saritlu ħsara jew intilef. |
(9) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 (4) jistabbilixxi regoli supplimentari fir-rigward tal-istabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati u approvati li jżommu annimali tal-akkwakultura u tat-trasportaturi tal-annimali akkwatiċi. B’mod partikolari, dak ir-Regolament jipprevedi regoli supplimentari fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura li jippreżentaw riskju sinifikanti għat-trażmissjoni ta’ mard li jaffettwa lill-annimali akkwatiċi. Għalhekk, ċerti mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu l-garanziji rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment ikun ġie approvat f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/691. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis ukoll id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/691. |
(10) |
Barra minn hekk, ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (5) u 2020/990 (6) jistabbilixxu regoli li jissupplimentaw dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti rilevanti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi u ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi. Għalhekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jqisu l-garanziji rilevanti stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis ukoll id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
(11) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/990 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, inkluż ir-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali u għaċ-ċertifikazzjoni f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, dak ir-Regolament jistabbilixxi ċerti regoli dwar il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-annimali akkwatiċi u għal ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi. Għalhekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jqisu r-regoli supplimentari stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/990. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis ukoll id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/990. |
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jistabbilixxi d-definizzjoni ta’ “mard tal-kategorija D” li għalih huma meħtieġa miżuri biex jinżamm milli jinfirex. Barra minn hekk, dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistipula li r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom japplikaw għall-kategoriji tal-mard elenkat għall-ispeċijiet u għall-gruppi ta’ speċijiet elenkati msemmija fit-tabella stabbilita fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. Dik it-tabella telenka, inter alia, l-ispeċijiet vetturi għall-mard li jaffettwa l-annimali akkwatiċi. Għaldaqstant, dan jenħtieġ li jitqies fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni u għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jkun fihom dettalji dwar il-konsenja u informazzjoni speċifika dwar is-saħħa tal-annimali ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali. Fil-każ ta’ movimenti fl-Unjoni, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jenħtieġ li jkun fihom ukoll parti ddedikata biex tirreġistra l-kontrolli uffiċjali mwettqa matul tali movimenti u fil-post tad-destinazzjoni, kif ukoll ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali. |
(14) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (7) jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-moviment fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali u ta’ prodotti. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-kompatibbiltà ta’ tali ċertifikati mas-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) u jiffaċilita s-sistema taċ-ċertifikazzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-moviment fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jitfasslu abbażi tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali u ta’ prodotti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235. |
(15) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u biex titjieb l-effiċjenza taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi stabbilit f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jitfassal abbażi tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti li ġejjin mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali, ġelbin għall-konsum mill-bniedem u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ ġelbin għall-konsum mill-bniedem stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235. |
(16) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-konsenji ta’ annimali u oġġetti jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali maħruġ fuq karta jew f’forma elettronika. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa f’forma elettronika, inkluż dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanjaw il-konsenji li jidħlu fl-Unjoni, jistgħu jissostitwixxu ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa fuq karta. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għal konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi kemm fuq karta kif ukoll f’forma elettronika flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 217 tar-Regolament (UE) 2016/429 u fil-Kapitolu VII tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2017/625. Dawn ir-rekwiżiti komuni jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(17) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li s-Sistema Integrata ta’ Ġestjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) trid tippermetti l-produzzjoni, l-immaniġġjar u t-trażmissjoni taċ-ċertifikati uffiċjali, inkluż fil-forma elettronika. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (8), jipprevedi li s-sistema TRACES hija l-komponent ta’ IMSOC li jippermetti li l-proċess kollu tal-produzzjoni taċ-ċertifikati jitwettaq b’mod elettroniku, u b’hekk jiġu evitati prattiki frodulenti jew qarrieqa fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jew taċ-ċertifikati uffiċjali. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ sigurtà tal-mezzi elettroniċi taċ-ċertifikazzjoni elettronika u filwaqt li jitqies l-għan li jiġi armonizzat il-proċess ta’ ċertifikazzjoni, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kompatibbli mas-sistema TRACES. |
(18) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (9) jistabbilixxi regoli speċifiċi għar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti minnhom. Madankollu, ir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament diġà ġew sostitwiti bir-regoli stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2020/990 u (UE) 2020/692, u l-mudelli taċ-ċertifikati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 iridu jiġu sostitwiti bil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tar-regoli, ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jenħtieġ li jitħassar. |
(19) |
Huwa xieraq li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali biex titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi li jridu jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u s-sitwazzjoni speċifika tal-vjeġġi tal-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(20) |
Billi r-Regolament (UE) 2016/429 japplika b’effett mill-21 ta’ April 2021, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll minn dik id-data. |
(21) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 u ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali prevista fir-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-ħruġ u s-sostituzzjoni taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni (10) u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ ċerti konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi.
2. Jistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u mudell tad-dikjarazzjoni għal dawn li ġejjin:
(a) |
il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura (l-Anness I); |
(b) |
mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn ħlief il-konsum mill-bniedem (l-Anness II); |
(c) |
mudell ta’ dikjarazzjoni mill-kaptan tal-bastiment: addendum għat-trasport tal-konsenji ta’ ċerti annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar (l-Anness III). |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“kontenitur” tfisser kontenitur kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990; |
(2) |
“dgħajsa barrada” tfisser dgħajsa barrada kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990; |
(3) |
“lixka tas-sajd” tfisser lixka tas-sajd kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990; |
(4) |
“miżuri nazzjonali” tfisser miżuri nazzjonali kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990; |
(5) |
“ħabitat” tfisser ħabitat kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990; |
(6) |
“pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu elenkati” tfisser pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692; |
(7) |
“Stat Membru, żona jew kompartiment ħielsa mill-mard” tfisser Stat Membru, żona jew kompartiment kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990; |
(8) |
“programm ta’ eradikazzjoni” tfisser programm ta’ eradikazzjoni kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/990. |
Artikolu 3
Mili taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
1. Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ konsenji ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jimtlew u jiġu ffirmati kif meħtieġ minn veterinarju uffiċjali f’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni previsti fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.
2. Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ konsenji ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandhom jimtlew u jiġu ffirmati kif meħtieġ minn veterinarju uffiċjali f’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.
3. L-operaturi responsabbli għall-konsenji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti informazzjoni dwar id-deskrizzjoni ta’ tali konsenji kif deskritt fil-Parti I tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Anness I u II.
Artikolu 4
Rekwiżiti għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jimla ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid ikollu l-firma tal-veterinarju uffiċjali u t-timbru uffiċjali; il-kulur tal-firma u l-kulur tat-timbru, għajr it-timbri imbuzzati jew b’marka tal-ilma, iridu jkunu differenti mill-kulur tal-istampar; |
(b) |
meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun fih dikjarazzjonijiet multipli jew alternattivi, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jridu jiġu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-veterinarju uffiċjali, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali; |
(c) |
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jikkonsisti minn wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(d) |
meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun magħmul minn sekwenza ta’ paġni kif imsemmi fil-punt (c)(iii), ta’ dan il-paragrafu, kull paġna trid tindika l-kodiċi uniku msemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jkollha l-firma tal-veterinarju uffiċjali u t-timbru uffiċjali; |
(e) |
fil-każ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji fl-Unjoni, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jakkumpanja l-konsenja sakemm din tasal fil-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni; |
(f) |
fil-każ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni fejn il-konsenja tiġi soġġetta għall-kontrolli uffiċjali; |
(g) |
iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jinħareġ qabel il-konsenja, li huwa relatat magħha, tħalli l-kontroll tal-awtorità kompetenti li qed toħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali; |
(h) |
fil-każ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jrid jitfassal fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-dħul fl-Unjoni. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1(h), Stat Membru jista’ jaċċetta ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jitfasslu f’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni, u li jkunu akkumpanjati, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni awtentikata.
3. Il-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għaċ-ċertifikati elettroniċi maħruġa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715.
4. Il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa fuq karta u mimlija, u stampati mis-sistema TRACES.
Artikolu 5
Sostituzzjoni taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertifikati tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni għall-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi fil-każ ta’ żbalji amministrattivi fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali jew meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali jkun saritlu ħsara jew intilef.
2. Fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni, l-awtorità kompetenti ma għandhiex timmodifika l-informazzjoni fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali dwar l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-konsenja u l-garanziji previsti fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali għall-konsenja.
3. Fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tagħmel referenza ċara għall-kodiċi uniku msemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali, u tiddikjara b’mod ċar li qed tissostitwixxi ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali; |
(b) |
tindika numru ġdid għaċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jkun differenti minn dak taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali; |
(c) |
tindika d-data ta’ meta nħareġ, li ma tkunx l-istess bħad-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali inizjali; |
(d) |
tipproduċi dokument oriġinali maħruġ fuq karta, ħlief fil-każ ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni elettroniċi sottomessi fis-sistema TRACES. |
4. Fil-każ tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni tista’ żżomm lura milli titlob lill-operatur responsabbli għall-konsenja biex jipprovdi ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ sostituzzjoni meta l-informazzjoni dwar id-destinatarju, l-importatur, il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni jew il-mezz tat-trasport jinbidlu wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat u tali informazzjoni ġdida tkun ġiet ipprovduta mill-operaturi responsabbli għall-konsenja.
Artikolu 6
Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimaligħall-movimenti fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li jridu jintużaw għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi għandhom jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli li ġejjin, skont l-annimali akkwatiċi u l-kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:
(a) |
AQUA-INTRA-ESTAB imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 1 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura; |
(b) |
AQUA-INTRA-RELEASE mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 2 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għar-rilaxx fl-ambjent naturali; |
(c) |
AQUA-INTRA-HC imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem; |
(d) |
AQUA-INTRA-RESTRICT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 4 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew tal-mard emerġenti; |
(e) |
AQUA-INTRA-BAIT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 5 tal-Anness I, għall-annimali akkwatiċi maħsuba għall-użu bħala lixka ħajja tas-sajd; |
(f) |
PAO-AQUA-INTRA-PROCESS imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 6 tal-Anness I, għall-prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin, maħsuba għal proċessar ulterjuri; |
(g) |
PAO-AQUA-INTRA-RESTRICT imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 7 tal-Anness I, għall-prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew tal-mard emerġenti. |
Artikolu 7
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn ħlief il-konsum dirett mill-bniedem
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 1(2)(b) li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn ħlief il-konsum dirett mill-bniedem għandu jikkorrispondi għall-mudell AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 8
Mudell tad-dikjarazzjoni għat-trasport ta’ ċerti annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar
Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) li trid tintuża għat-trasport ta’ ċerti annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar għandha tikkorrispondi għall-mudell tal-addendum AT-AQUA-SEA mfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.
Dak l-addendum għandu jimtela mill-kaptan tal-bastiment u jinhemeż maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti.
Artikolu 9
Tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jitħassar b’effett mill- 21 ta’ April 2021.
2. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali xierqa maħruġa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sal-20 ta’ Ottubru 2021 diment li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun ġie ffirmat minn spettur uffiċjali qabel il-21 ta’ Awwissu 2021.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 345).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/990 tat-28 ta’ April 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 42).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).
(10) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ir-referenzi għall-“Unjoni” jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
ANNESS I
L-Anness I fih il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li ġejjin:
MUDELL
AQUA-INTRA-ESTAB |
Kapitolu 1: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura |
AQUA-INTRA-RELEASE |
Kapitolu 2: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għar-rilaxx fl-ambjent naturali |
AQUA-INTRA-HC |
Kapitolu 3: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem |
AQUA-INTRA-RESTRICT |
Kapitolu 4: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew mard emerġenti |
AQUA-INTRA-BAIT |
Kapitolu 5: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-użu bħala lixka ħajja tas-sajd |
PAO-AQUA-INTRA-PROCESS |
Kapitolu 6: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ prodott li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin, maħsuba biex jiġu pproċessati ulterjorment |
PAO-AQUA-INTRA-RESTRICT |
Kapitolu 7: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali tal-akkwakultura għajr l-annimali tal-akkwakultura ħajjin soġġetti għal restrizzjonijiet tal-moviment jew miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-mard elenkat jew mard emerġenti |
KAPITOLU 1
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦALL-ISTABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA (MUDELL “AQUA-INTRA-ESTAB”)
KAPITOLU 2
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦAR-RILAXX FL-AMBJENT NATURALI (MUDELL “AQUA-INTRA-RELEASE”)
KAPITOLU 3
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM (mudell “AQUA-INTRA-HC”)
KAPITOLU 4
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET TAL-MOVIMENT JEW MIŻURI TA’ EMERĠENZA FIR-RIGWARD TAL-MARD ELENKAT JEW MARD EMERĠENTI (MUDELL “AQUA-INTRA-RESTRICT”)
KAPITOLU 5
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦALL-UŻU BĦALA LIXKA ĦAJJA TAS-SAJD (mudell “AQUA-INTRA-BAIT”)
KAPITOLU 6
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ PRODOTT LI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA GĦAJR L-ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA ĦAJJIN, MAĦSUBA BIEX JIĠU PPROĊESSATI ULTERJORMENT (MUDELL “PAO-AQUA-INTRA-PROCESS”)
KAPITOLU 7
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT FL-UNJONI TA’ PRODOTTI LI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA GĦAJR L-ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA ĦAJJIN SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET TAL-MOVIMENT JEW MIŻURI TA’ EMERĠENZA FIR-RIGWARD TAL-MARD ELENKAT JEW MARD EMERĠENTI (MUDELL “PAO-AQUA-INTRA-RESTRICT”)
ANNESS II
L-Anness II fih il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li ġej:
MUDELL
AQUA-ENTRY-ESTTAB/RELEASE/OTHER |
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem |
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦAL ĊERTI STABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA, GĦAR-RILAXX FL-AMBJENT NATURALI, JEW GĦAL SKOPIJIET OĦRAJN, ĦLIEF IL-KONSUM DIRETT MILL-BNIEDEM (MUDELL “AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER”)
ANNESS III
L-Anness III fih il-mudell tad-dikjarazzjoni li ġej:
MUDELL
AT-AQUA-SEA |
|
Mudell tad-dikjarazzjoni mill-kaptan tal-bastiment: Addendum għat-trasport ta’ ċerti annimali akkwatiċi li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar |
MUDELL TAD-DIKJARAZZJONI MILL-KAPTAN TAL-BASTIMENT: ADDENDUM GĦAT-TRASPORT TA’ ĊERTI ANNIMALI AKKWATIĊI LI JIDĦLU FL-UNJONI BIL-BAĦAR
(MUDELL “AT-AQUA-SEA”)
Għandha timtela u tinhemeż maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali rilevanti għad-dħul fl-Unjoni meta t-trasport isir b’bastiment, anki għal parti mill-vjaġġ, għajr bastimenti tas-sajd li jħottu annimali akkwatiċi selvaġġi u prodotti li ġejjin minn annimali akkwatiċi selvaġġi għall-konsum dirett mill-bniedem imsemmijin fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2008 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 sa 17 |
— |
Anness I |
— |
Anness II Parti A u Parti B |
Anness I |
Anness II Parti C |
— |
Anness III |
— |
Anness IV Partijiet A, B u C |
Anness II |
Anness IV Parti D |
Anness III |
Anness V |
Artikolu 3 |