Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0874

Regolament Tal-Kunsill (UE) 2020/874 tal-15 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

ST/7812/2020/INIT

ĠU L 204, 26.6.2020, pp. 18–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2278

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/874/oj

26.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/18


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/874

tal-15 ta’ Ġunju 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li mhumiex magħmula fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal dawk il-prodotti, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni (TDK) tat-tip imsemmi fl-Artikolu 56(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“dazji tat-TDK”) fuq dawk il-prodotti ġew sospiżi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 (2). Dawk il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati ta’ dazju mnaqqsa jew żero.

(2)

Il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 mhix adegwata jew ma teżistix. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li tagħti sospensjoni totali tad-dazji tat-TDK fuq dawk il-prodotti.

(3)

Bil-ħsieb li tiġi promossa l-produzzjoni integrata tal-batteriji fl-Unjoni f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2018 intitolata “L-Ewropa Attiva — Il-Mobbiltà Sostenibbli għall-Ewropa: sikura, konnessa u nadifa”, jenħtieġ li tingħata sospensjoni parzjali tad-dazju TDK fir-rigward ta’ ċerti prodotti li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata sospensjoni parzjali biss tad-dazji TDK fir-rigward ta’ ċerti prodotti li attwalment huma soġġetti għal sospensjonijiet sħaħ. Id-data għar-rieżami obbligatorju ta’ dawk is-sospensjonijiet jenħtieġ li tkun il-31 ta’ Diċembru 2020 sabiex dak ir-rieżami ikun jista’ jqis l-evoluzzjoni tas-settur tal-batteriji fl-Unjoni.

(4)

Fir-rigward tal-prodotti fuq il-lista ta’ kandidati msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li tingħata biss sospensjoni parzjali tad-dazji tat-TDK. Id-data għar-rieżami obbligatorju ta’ dawk is-sospensjonijiet jenħtieġ li tkun il-31 ta’ Diċembru 2021, sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jissostitwixxu t-tali prodotti b’alternattivi oħra.

(5)

Huwa neċessarju li jiġu emendati d-deskrizzjoni tal-prodott, il-klassifikazzjoni u r-rekwiżit tal-użu aħħari ta’ ċertu sospensjonijiet tad-dazju tat-TDK elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u tax-xejriet ekonomiċi fis-suq.

(6)

Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li żżomm sospensjonijiet tad-dazji tat-TDK għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013. Għalhekk jenħtieġ li s-sospensjonijiet għal dawk il-prodotti jiġu rtirati.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 jiġi emendat skont dan.

(8)

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni tal-applikazzjoni tal-iskema tas-sospensjonijiet awtonomi u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament dwar is-sospensjonijiet għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2020. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1344/2011 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 201).

(3)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-asterisks kollha (*) u n-nota fit-tmiem relatata, li fihom it-test “Miżura ġdida li għadha kif iddaħħlet jew miżura bil-kundizzjonijiet mibdulin. Meta aktar minn kodiċi NM wieħed huwa elenkat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, l-asterisk jirrigwarda l-miżura sħiħa.”, huma mħassra;

(2)

l-entrati bin-numru tas-serje 0.2706, 0.2972, 0.3650, 0.3886, 0.3894, 0.3895, 0.4004, 0.4039, 0.4177, 0.4647, 0.4648, 0.4751, 0.5504, 0.5615, 0.5929, 0.6601, 0.6745, 0.7784 and 0.7803 huma mħassra;

(3)

l-entrati li ġejjin jissostitwixxu dawk l-entrati li għandhom l-istess numri tas-serje:

Numru tas-serje

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta’ dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għal reviżjoni mandatorja

“0.7288

ex 2841 50 00

11

Dikromat tal-potassju (CAS RN 7778-50-9) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

2 %

-

31.12.2021

0.3419

ex 2850 00 20

80

Arsina (CAS RN 7784-42-1) b’purità skont il-volum ta’ 99,999 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.2583

ex 2903 89 80

45

1,6,7,8,9,14,15,16,17,17,18,18-Dodekakloropentaċiklo [12.2.1.16 , 9.02 , 13.05 ,10]ottadeka-7,15-dien (CAS RN 13560-89-9) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

2 %

-

31.12.2021

0.2942

ex 2919 90 00

35

Fosfat 2,2’-Metilenebis(4,6-di-tert-butilfenil), melħ tal-monosodju (CAS RN 85209-91-2) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar, b’partikoli akbar minn 100 μm użati fil-manifattura ta’ aġenti ta’ nukleazzjoni b’daqs tal-partikoli (D90) ta’ mhux aktar minn 35 μm kif imkejjel b’teknika ta’ tixrid tad-dawl  (1)

0 %

-

31.12.2023

0.5037

ex 2922 49 85

17

Gliċina (CAS RN 56-40-6) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar, kemm jekk b’żieda ta’ 5 % jew aktar ta’ diossidu tas-siliċju antiagglomerant kif ukoll jekk le (CAS RN 112926-00-8)

0 %

-

31.12.2020

0.3689

ex 2924 19 00

23

Akrilammid (CAS RN 79-06-1) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

2 %

-

31.12.2021

0.6259

ex 2926 90 70

26

Ċiflutrin (ISO) (CAS RN 68359-37-5) b’purità skont il-piż ta’ 95,5 % jew aktar għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti bijoċidali  (1)

0 %

-

31.12.2024

0.2656

ex 2931 39 90

38

Aċidu n-(Fosfonometil)imminodiaċetiku (CAS RN 5994-61-6) li fih mhux aktar minn 15 % ilma skont il-piż, u b’purità ta’ piż xott ta’ 97 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7811

ex 2933 19 90

33

Fipronil (ISO) (CAS RN 120068-37-3) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar għall-użu fil-manifattura ta’ mediċina veterinarja  (1)

0 %

-

31.12.2024

0.4346

ex 2934 20 80

25

1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (CAS RN 2634-33-5) fil-forma ta’ trab b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar, jew f’taħlita milwiema li fiha 20 % skont il-piż jew aktar 1,2-benżisotijażol-3(2H)-on

0 %

-

31.12.2022

0.5134

ex 3204 11 00

45

Preparat ta’ żebgħa tad-dispersjoni, li fih:

C.I. Disperse Orange 61 (CAS RN 12270-45-0) jew Disperse Orange 288 (CAS RN 96662-24-7),

C.I. Disperse Blue 291:1 (CAS RN 872142-01-3),

C.I. Disperse Violet 93:1 (CAS RN 122463-28-9),

kemm jekk jinkludi C.I kif ukoll jekk le. Disperse Red 54 (CAS RN 6657-37-0)

0 %

-

31.12.2020

0.7318

ex 3603 00 60

10

Apparati tat-tqabbid għal ġeneraturi tal-gass b’tul totali massimu ta’ 20,34 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 29,4 mm, b’pin ta’ tul ta’ 6,68 mm (±0,3 mm) jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 7,54 mm (±0,3 mm)

0 %

-

31.12.2022

0.5718

ex 3811 21 00

85

Addittivi:

li fihom aktar minn 20 % iżda mhux aktar minn 45 % skont il-piż ta’ żjut minerali,

ibbażati fuq taħlita ta’ tipi differenti ta’ melħ tal-kalċju tas-sulfur tad-dodeċilfenol, kemm jekk karbonati u kemm jekk le,

użati fil-manifattura ta’ taħlitiet ta’ addittivi  (1)

0 %

-

31.12.2022

0.7512

ex 3811 29 00

18

Addittivi li jikkonsistu minn aċidu diidrossibutanediojku – diesteru (C12-16-alkil u C11-14-isoalkil rikk f’C13 imħalltin), għall-użu fil-manifattura taż-żjut tal-magni (1)

0 %

-

31.12.2023

0.3069

ex 3824 99 92

88

2,4,7,9-Tetrametildek-5-ina-4,7-diol, idrossietilat (CAS RN 9014-85-1)

0 %

-

31.12.2020

0.4719

ex 3824 99 93

35

Paraffina b’livell ta’ klorinazzjoni ta’ 70 % jew aktar (CAS RN 63449-39-8)

0 %

-

31.12.2024

0.6953

ex 3901 40 00

20

Polietilen lineari b’densità baxxa (LLDPE) bl-otten fil-forma ta’ pellets:

b’10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 20 % otten skont il-piż,

b’rata ta’ visokożità tat-tidwib ta’ 9,0 jew aktar, iżda mhux aktar minn 10,0 (bl-użu tal-ASTM D1238 10.0/2.16),

b’indiċi tat-tidwib (190 °C/2,16 kg) ta’ 0,4 g/10 min jew aktar iżda mhux aktar minn 0,6 g/10 min,

b’densità ta’ 0,909 g/cm3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,913 g/cm3 bl-użu tal-ASTM D4703,

b’erja ta’ ġelifikazzjoni għal kull 24,6 cm3 ta’ mhux aktar minn 20 mm2, u

b’livell ta’ antiossidanti li ma jaqbiżx il-240 ppm

0 %

m3

31.12.2020

0.5161

ex 3919 10 80

ex 3919 90 80

70

75

Rombli tal-fojl tal-polietilen li:

jeħlu waħedhom min-naħa waħda,

għandhom ħxuna totali ta’ 0,025 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,09 mm,

għandhom wisa’ totali ta’ 60 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 110 mm,

li jintużaw fil-manifattura ta’ prodotti tal-Intestaturi 8521 jew 8528 għal finijiet ta’ protezzjoni (1)

0 %

-

31.12.2021

0.4947

ex 3919 90 80

65

Film li jeħel waħdu bi ħxuna ta’ 40 μm jew aktar, iżda mhux aktar minn 475 μm, li jikkonsisti minn saff wieħed jew aktar ta’ poli(etilen tereftalat) trasparenti, metallizzat jew ikkulurit, kopert minn naħa waħda b’kisja reżistenti għall-grif u min-naħa l-oħra b’ adeżiv sensittiv għall-pressa u ib’film protettiv li jitneħħa

0 %

-

31.12.2024

0.3241

ex 3920 10 25

30

Film tal-polietilen b’densità għolja b’saff wieħed:

li fih 99 % jew aktar skont il-piż ta’ polietilen,

bi ħxuna ta’ 12-il μm jew aktar iżda mhux aktar minn 20 μm,

b’tul ta’ 4 000 m jew aktar iżda mhux aktar minn 7 000 m,

b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 900 mm

0 %

-

31.12.2023

0.3312

ex 3921 90 60

35

Membrani għal skambju joniku bbażati fuq drapp miksi miż-żewġ naħat b’materjal tal-plastik fluworinat, biex jintużaw f’ċelloli elettrolitiċi kloralkali (1)

0 %

-

31.12.2023

0.6708

ex 4009 42 00

20

Pajp tal-brejk tal-gomma b’:

ċineg ta’ tessuti,

ħxuna ta’ 3,2 mm,

terminal tal-metall vojt minn ġewwa ppressat fuq iż-żewġ naħat, u

brekit waħda jew aktar tal-immuntar,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87  (1)

0 %

-

31.12.2024

0.7372

ex 5311 00 90

10

Drapp minsuġ sempliċi magħmul minn ħjut tal-karta inkullat fuq saff karta tixju:

li l-piż tiegħu ikun ta’ 190 g/m2 jew aktar, iżda mhux aktar minn 280 g/m2, u

maqtugħ f’rettangoli b’ġenb twil 40 cm jew aktar, iżda mhux aktar minn 140 cm

0 %

-

31.12.2022

0.2546

ex 6903 90 90

30

Tubi u kontenituri ta’ reatturi tal-karbur tas-siliċju li għandhom punt ta’ trattib ta’ 1 400 °C jew aktar

0 %

-

31.12.2023

0.7619

ex 7006 00 90

40

Pjastri tal-ħġieġ tas-sodalime ta’ kwalità STN (Super Twisted Nematic) li għandhom:

tul ta’ 300 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 500 mm,

wisa’ ta’ 300 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 500 mm,

ħxuna ta’ 0,5 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,1 mm,

kisi tal-ossidu tal-indju-landa b’reżistenza ta’ 80 Ω jew aktar, iżda mhux aktar minn 160 Ω fuq naħa waħda,

b’kisi b’ħafna saffi kontra r-riflessi jew mingħajr fuq in-naħa l-oħra u truf maħduma bil-magna (iċċanfrinati)

0 %

-

31.12.2023

0.7341

ex 7413 00 00

20

Ħolqa taċ-ċentru tal-loudspeaker magħmula minn mewwieta tal-vibrazzjonijiet waħda jew aktar li jkollha mill-inqas żewġ kejbils tar-ram mhux insulati minsuġin jew ippressati fiha

0 %

-

31.12.2022

0.3928

ex 7616 99 90

15

Blokok tal-aluminju bi struttura ta’ xehda għall-użu fil-fabbrikazzjoni tal-partijiet ta’ inġenji tal-ajru (1)

0 %

p/st

31.12.2023

0.6730

ex 8101 96 00

10

Wajer tat-tungstenu li fih 99 % jew aktar tungstenu skont il-piż, b’:

dimensjoni trażversali massima ta’ mhux aktar minn 50 μm,

reżistenza ta’ 40 Ω jew aktar, iżda mhux aktar minn 300 Ω, b’tul ta’ metru

0 %

-

31.12.2020

0.5838

ex 8105 90 00

10

Vireg jew wajers magħmula mill-kobalt illigat li fihom, skont il-piż:

35 % (± 2 %) kobalt,

25 % (± 1 %) nikil,

19 % (± 1 %) kromu, u

7 % (± 2 %) ħadid,

li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal AMS 5842

0 %

-

31.12.2023

0.5570

ex 8207 30 10

10

Sett ta’ għodod għall-istampar permezz tat-trasferiment u/jew tandem għall-iffurmar bil-kiesaħ, il-pressa, l-iddisinjar, il-qtugħ, it-tgħawwiġ, l-ikkalibrar, it-tneħħija tax-xtur u l-iskanalar tal-folji tal-metall, maħsub biex jintuża biex isiru l-partijiet tal-qafas jew il-partijiet tal-karrozzerija tal-vetturi bil-mutur (1)

0 %

p/st

31.12.2022

0.5024

ex 8301 60 00

ex 8419 90 85

ex 8479 90 70

ex 8481 90 00

ex 8503 00 99

ex 8515 90 80

ex 8537 10 98

ex 8538 90 99

ex 8708 99 10

ex 8708 99 97

30

40

30

50

43

40

55

70

55

22

Tastieri tas-siliċju jew tal-plastik, li fihom:

partijiet ta’ metall komuni, u

b’partijiet tal-plastik jew mingħajr,

reżina epossidika rinfurzata bil-fibreglass jew bl-injam,

stampati bi trattament tas-superfiċje jew mingħajr,

b’kondutturi elettriċi jew mingħajr,

b’membrana marbuta mat-tastiera jew mingħajr,

b’film protettiv b’saff wieħed jew b’ħafna saffi jew mingħajr

0 %

p/st

31.12.2020

0.7670

ex 8409 91 00

25

Modulu tad-dħul tal-arja għaċ-ċilindri tal-magna li jikkonsisti f’:

pajp għall-ġbid tal-arja,

sensur tal-pressjoni,

aċċeleratur elettriku,

pajpijiet flessibbli,

brekits,

għall-użu fil-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur  (1)

0 %

-

31.12.2023

0.7718

ex 8409 99 00

75

Linja ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil bi pressjoni għolja tal-azzar iggalvanizzat tal-ferrit-perlit li jkollha:

mill-inqas sensur tal-pressjoni wieħed u valv wieħed,

tul ta’ 314-il mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 322 mm,

pressjoni tat-tħaddim ta’ mhux aktar minn 225 MPa,

temperatura tad-dħul ta’ mhux aktar minn 95 °C,

temperatura ambjentali ta’ -45 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 145 °C,

għall-użu fil-manifattura ta’ magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni tal-vetturi bil-mutur  (1)

0 %

-

31.12.2024

0.7377

ex 8481 80 59

40

Valv għall-kontroll tal-fluss:

magħmul mill-azzar,

b’toqba tal-iżbokk b’dijametru ta’ 0,05 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,5 mm,

b’bokka b’dijametru ta’ 0,1 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,3 mm,

b’kisja ta’ nitrur tal-kromu,

bi ħruxija tas-superfiċje ta’ Rp 0,4

0 %

-

31.12.2022

0.7381

ex 8481 80 59

50

Valv elettromanjetiku għall-kontroll tal-kwantità li jkollu:

pistun,

solenojd b’reżistenza tal-kojl ta’ 1,85 Ω jew aktar iżda mhux aktar minn 8,2 Ω

0 %

-

31.12.2022

0.7604

ex 8484 20 00

20

Apparat għall-issiġillar mekkaniku magħmul minn żewġ ċrieki li jiċċaqalqu (ċirku wieħed taċ-ċeramika għat-tqabbid, b’konduttività termali inqas minn 80 W/mK u ċ-ċirku l-ieħor li jiżżerżaq tal-karbonju), molla waħda u siġillant tan-nitril fuq in-naħa ta’ barra

0 %

-

31.12.2023

0.5577

ex 8501 31 00

50

Muturi b’kurrent dirett, mingħajr brushes:

b’dijametru estern ta’ 80 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 200 mm,

b’vultaġġ tal-elettriku ta’ 9 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 16-il V,

b’output ta’ 300 W jew aktar iżda mhux aktar minn 750 W, f’20 °C,

b’torque ta’ 2,00 Nm jew aktar, iżda mhux aktar minn 7,00 Nm, f’20 °C,

b’veloċità nominali ta’ 600 rpm jew aktar, iżda mhux aktar minn 3 100 rpm, f’20 °C,

b’sensur tal-pożizzjoni tal-angolu tar-rotor, tat-tip resolver jew ta’ Hall effect jew mingħajr,

b’taljola jew mingħajr,

tal-għamla li tintuża fis-sistemi tal-power steering għall-karozzi

0 %

-

31.12.2022

0.4855

ex 8501 33 00

ex 8501 40 80

ex 8501 53 50

30

50

10

Sistema tal-elettriku għall-vetturi bil-mutur, b’output ta’ mhux iktar minn 315-il kW,

b’mutur b’kurrent dirett jew b’kurrent alternat kemm jekk bit-trażmissjoni kif ukoll jekk le,

b’elettronika motorizzata jew mingħajr

0 %

-

31.12.2021

0.5783

ex 8503 00 99

40

Membrana taċ-ċellola tal-fjuwil, f’rombli jew f’folji, b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 150 cm, għall-użu fil-manifattura taċ-ċelloli tal-fjuwil fl-Intestatura 8501  (1)

0 %

p/st

31.12.2022

0.7029

ex 8505 11 00

47

Oġġetti fil-forma ta’ trijangolu, kaxxa jew rettangolu kemm jekk mgħawwġin jew bil-kantunieri ttundjati kif ukoll jekk le, maħsuba sabiex isiru kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni, li fihom in-neodimju, il-ħadid u l-boron, bid-dimensjonijiet li ġejjin:

tul ta’ 9 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 105 mm,

wisa’ ta’ 5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 105 mm, u

għoli ta’ 2 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 55 mm

0 %

-

31.12.2021

0.7511

ex 8505 19 90

60

Oġġetti tal-ferrit agglomerat fil-forma ta’ nofs tubu jew kwart ta’ tubu, jew bil-kantunieri ttundjati, maħsubin biex isiru kalamita permanenti wara li jiġu manjetizzati, bid-dimensjonijiet li ġejjin:

tul ta’ 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 100 mm (± 1 mm),

wisa’ ta’ 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 100 mm (± 1 mm),

ħxuna ta’ 2 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 15-il mm (±0,15 mm)

0 %

-

31.12.2023

0.6703

ex 8507 60 00

33

Akkumulatur tal-joni tal-litju li fih:

tul ta’ 150 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 000 mm,

wisa’ ta’ 100 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 000 mm,

għoli ta’ 200 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 500 mm,

piż ta’ 75 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 200 kg,

kapaċità nominali ta’ 150 Ah jew aktar, iżda mhux aktar minn 500 Ah,

vultaġġ ta’ output nominali ta’ 230 V AC (Linja għan-newtrali) jew vultaġġ nominali ta’ 64 V (+/-10 %)

1,3 %

-

31.12.2020

0.6702

ex 8507 60 00

37

Akkumulatur tal-joni tal-litju li fih:

tul ta’ 1 200 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 2 000 mm,

wisa’ ta’ 800 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 300 mm,

għoli ta’ 2 000 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 2 800 mm,

piż ta’ 1 800 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 3 000 kg,

kapaċità nominali ta’ 2 800 Ah jew aktar, iżda mhux aktar minn 7 200 Ah

1,3 %

-

31.12.2020

0.5342

ex 8507 60 00

65

Batterija ċilindrika tal-joni tal-litju bi:

3,5 VDC sa 3,8 VDC,

300 mAh sa 900 mAh, u

dijametru ta’ 10,0 mm sa 14,5-il mm

1,3 %

-

31.12.2021

0.6753

ex 8507 60 00

77

Batteriji tal-joni tal-litju riċarġabbli, li fihom:

tul ta’ 700 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 2 820 mm,

wisa’ ta’ 935 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 660 mm,

għoli ta’ 85 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 700 mm,

piż ta’ 250 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 700 kg,

qawwa ta’ mhux aktar minn 175 kWh;

vultaġġ nominali ta’ 400 V

1,3 %

-

31.12.2020

0.6863

ex 8512 30 90

20

Buzzer ta’ twissija għas-sistema ta’ sensuri tal-parkeġġ f’qafas tal-plastik li jopera fuq il-prinċipju ta’ piezo-mekkanika, li fih:

bord ta’ ċirkwit stampat,

konnettur,

ħowlder tal-metall jew le,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87  (1)

0 %

p/st

31.12.2020

0.6689

ex 8529 90 65

28

Assemblaġġ elettroniku li fih bord ta’ ċirkwit stampat li jkollu,mill-inqas:

proċessuri għall-applikazzjonijiet tal-multimidja u għall-ipproċessar tas-sinjal vidjow,

FPGA (Field Programmable Gate Array - Arranġament ta’ Bibien Programmabbli mill-Utent),

memorja flash,

memorja operattiva,

bl-interfaċċi tal-USB, tal-HDMI, tal-VGA- u tal-RJ-45 jew mingħajrhom,

sokits u plakek għall-konnessjoni ta’ apparat ta’ wiri LCD, tidwil LED u pannell tal-kontroll

0 %

p/st

31.12.2020

0.7251

ex 8537 10 91

70

Kontrollur programmabbli tal-memorja tal-mutur għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000 V, li jinkludi mill-anqas:

ċirkwit stampat b’komponenti attivi u passivi,

qafas tal-aluminju, u

konnetturi multipli p/st

0 %

p/st

31.12.2022

0.6866

ex 8538 90 91

ex 8538 90 99

20

50

Antenna interna għal sistema ta’ sellatura tal-bibien tal-karozzi, li tinkludi:

modulu tal-antenna f’qafas tal-plastik,

kejbil tal-konnessjoni bi plakka,

mill-anqas żewġ brekits tal-muntaġġ,

kemm jekk b’PCB li tinkludi tranżisters, dijodi u ċirkwiti integrati, kif ukoll jekk mingħajrha,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

0.5953

ex 8538 90 99

95

Pjanċa tal-bażi tar-ram, li fiha aktar komponenti minn ċipep ta’ Tranżisters Bipolari bi Dħul Iżolat (IGBT) u dijodi b’vultaġġ ta’ 650 V jew aktar iżda li mhux aktar minn 1 200 V, għall-użu bħala sink tas-sħana fil-manifattura ta’ moduli IGBT  (1)

0 %

p/st

31.12.2023

0.6710

ex 8544 30 00

ex 8544 42 90

60

50

Kejbil ta’ konnessjoni ta’ b’erbgħa li fih żewġ female konnekters għat-trażmissjoni ta’ sinjali diġitali minn sistemi ta’ navigazzjoni u awdjo lejn USB konnekter, għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87  (1)

0 %

-

31.12.2020

0.6867

ex 8544 30 00

85

Kejbil tal-estensjoni b’żewġ cores b’żewġ konnetturi, li fih mill-inqas:

grommet tal-lakstu,

brekit tal-metall għall-irbit,

ta’ tip użat biex jikkonnettja s-sensuri tal-veloċità tal-vetturi fil-manifattura tal-vetturi tal-Kapitolu 87

0 %

p/st

31.12.2020

0.5002

ex 8545 90 90

40

Substrat b’saffi tal-fibra teknika reżistenti għall-korrużjoni, b’saff diffużur tal-gass li fih:

it-tul ikkontrollat tal-fibra, is-saħħa tal-flessibbiltà, il-porożità, il-konduttività termali, ir-reżistenza elettrika,

ħxuna anqas minn 600 μm,

piż tal-erja ta’ anqas minn 500 g/m2

0 %

m2

31.12.2020

0.7581

ex 8708 50 20

ex 8708 50 99

ex 8708 99 10

ex 8708 99 97

60

15

45

65

Kompartiment ta’ trasferiment tal-karozza b’input wieħed u output doppju, sabiex jiddistribwixxi t-torque bejn il-fusien ta’ quddiem u ta’ wara f’qafas tal-aluminju, b’dimensjoni ta’ mhux aktar minn 565 mm x 570 mm x 510 mm, li jinkludi:

mill-anqas attwatur,

kemm jekk ikun hemm distribuzzjoni minn ġewwa bil-katina kif ukoll jekk le

0 %

-

31.12.2024

0.6711

ex 8708 80 20

ex 8708 80 35

10

10

Puntal iżolatur ta’ fuq li fih:

ħowlder tal-metall bi tliet viti għall-immuntar, u

rubber bump,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87  (1)

0 %

p/st

31.12.2020

0.6705

ex 8708 80 20

ex 8708 80 91

20

10

Driegħ tax-xażi ta’ wara b’tikketta ta’ protezzjoni tal-plastik mgħammar b’żewġ kejsings tal-metall ippressati fi blokok tal-lasktu kontra l-ħoss, għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87  (1)

0 %

p/st

31.12.2020

0.6704

ex 8708 80 20

ex 8708 80 91

30

20

Driegħ tax-xażi ta’ wara mgħammar b’pern forma ta’ ballun u kejsing tal-metall ingastat fi blokka tal-lasktu kontra l-ħoss, għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87  (1)

0 %

p/st

31.12.2020

0.7365

ex 8708 80 99

30

Virga tal-pistun tal-azzar bis-suferfiċje mwebbsa għas-smorzaturi idrawliċi jew idropnewmatiċi tal-vetturi bil-mutur:

b’kisja krom,

b’dijametru ta’ 11-il mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 28 mm,

b’tul ta’ 80 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 600 mm,

b’tarf bil-kamin jew b’mandrin għall-iwweldjar skont ir-reżistenza

0 %

-

31.12.2022

0.6687

ex 8708 95 10

ex 8708 95 99

10

20

Kuxin tas-sikurezza li tintefaħ ta’ fibra tal-poliammid ta’ saħħa kbira:

meħjuta,

mitwija f’forma ta’ imballaġġ tridimensjonali, imwaħħla b’ifformar termali, jew kuxin tas-sigurtà ċatt (mhux mitwi) b’ifformar termali jew mingħajr

0 %

p/st

31.12.2020

0.6686

ex 8714 10 90

10

Tubi ta’ ġewwa tal-virga tal-fork tal-muturi:

tal-azzar tal-karbonju SAE1541,

b’saff tal-kromju iebes ta’ 20 μm (+ 15-il μm/– 5 μm),

bi ħxuna tal-materjal 1,3 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,6 mm,

b’elongazzjoni sal-ksur ta’ 15 %,

perforati

0 %

p/st

31.12.2020

0.5692

ex 9002 11 00

20

Lentijiet:

ta’ daqs mhux akbar minn 95 mm × 55 mm × 50 mm,

b’riżoluzzjoni ta’ 160 linja/mm jew aħjar, u

bi proporzjon taż-zoom ta’ 18-il darba

0 %

-

31.12.2022

0.6527

ex 9029 20 31

ex 9029 90 00

20

30

Pannell tal-istrumenti clustered bil-konsol tal-mikroproċessur, bil-muturi pass pass jew mingħajrhom, b’indikaturi LED jew b’displej LCD li juru mill-inqas:

il-veloċità,

ir-rotazzjonijiet tal-magna,

it-temperatura tal-magna,

il-livell tal-fjuwil,

b’komunikazzjoni permezz tal-protokolli CAN-BUS u/jew K-LINE, tat-tip użat fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87

0 %

p/st

31.12.2024

0.5025

ex 9401 90 80

10

Disketti bis-snien għall-użu fil-manifattura ta’ sedili tal-karozzi li jitilgħu u jinżlu  (1)

0 %

p/st

31.12.2020”

(4)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu jew jiddaħħlu skont l-ordni numeriku tal-kodiċijiet NM u TARIC fit-tieni u fit-tielet kolonna:

Numru tas-serje

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta’ dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għal reviżjoni mandatorja

“0.7897

ex 2825 20 00

10

Monoidrat tal-idrossidu tal-litju (1-) (CAS RN 1310-66-3)

2,6 %

-

31.12.2020

0.7895

ex 2903 72 00

10

Dikloro-1,1,1-trifluworoetan (CAS RN 306-83-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7826

ex 2903 79 30

30

1-Bromo-5-kloropentan (CAS RN 54512-75-3) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7914

ex 2905 39 95

70

2-metilpropan-1,3-diol (CAS RN 2163-42-0) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7828

ex 2909 30 38

50

2-(1-Adamantil)-4-Bromoanisol (CAS RN 104224-63-7) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7846

ex 2909 50 00

40

2-metossi-4-(trifluworometossi)fenol (CAS RN 166312-49-8) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7910

ex 2909 60 00

50

Soluzzjoni ta’ 3,6,9-(etil u/jew propil)-3,6,9-trimetil-1,2,4,5,7,8-essossonani (CAS RN 1613243-54-1) fi spirti minerali (CAS RN 1174522-09-8), li fiha skont il-piż 25 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 41 % essossonani

0 %

-

31.12.2024

0.7824

ex 2914 50 00

15

1,1-dimetossiaċeton (CAS RN 6342-56-9) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7834

ex 2915 40 00

10

Trikloroaċetat tal-etil (CAS RN 515-84-4) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7830

ex 2915 40 00

20

Trikloroaċetat tas-sodju (CAS RN 650-51-1) b’purità skont il-piż ta’ 96 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7899

ex 2915 90 70

18

Aċidu miristitiku, melħ tal-litju (CAS RN 20336-96-3) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7845

ex 2916 39 90

22

6-bromo-2-fluworo-3-(trifluworometil)aċidu benżojku (CAS RN 1026962-68-4) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7827

ex 2916 39 90

27

Metil 6-Bromo-2-naftoat (CAS RN 33626-98-1) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7880

ex 2917 19 80

45

Fumarat tal-ħadid (CAS RN 141-01-5) b’purità skont il-piż ta’ 93 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7907

ex 2918 19 98

50

Aċidu 12-Idrossiottadekanojku (CAS RN 106-14-9) b’purità skont il-piż ta’ 90 % jew aktar għall-manifattura ta’ esteri tal-aċidu poligliċerin-poli-12-idrossiottadekanojku (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7864

ex 2918 30 00

35

Aċidu 3-Ossoċiklobutan-1-karbossiliku b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar (CAS RN 23761-23-1)

0 %

-

31.12.2024

0.7898

ex 2920 29 00

80

2,4,8,10-tetrakis(1,1-dimetiletil)-6-(2-etilessilossi)-12H dibenżo[d,g][1,3,2]diossafosfoċina (CAS RN 126050-54-2) b’kontenut skont il-piż ta’ 95 % jew aktar (CAS RN 126050-54-2)

0 %

-

31.12.2024

0.7894

ex 2921 51 90

10

N-(4-Klorofenil)benżen-1,2-diammina (CAS RN 68817-71-0) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7860

ex 2922 19 00

15

Soluzzjoni milwiema, li tinkludi skont il-piż:

73 % jew aktar 2-ammino-2-metil-1-propanol (CAS RN 124-68-5),

4,5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 27 % ilma (CAS RN 7732-18-5)

0 %

-

31.12.2024

0.7853

ex 2922 49 85

13

O-Benżilgliċina p-toluwensulfonat (CAS RN 1738-76-7) b’purità skont il-piż ta’ 93 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7879

ex 2923 90 00

50

Betaina tal-kloridrat (CAS RN 590-46-5) b’purità skont il-piż ta’ 93 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7841

ex 2924 29 70

47

(S)-tert-butil (1-ammino-3-(4-jodofenil)-1-ossopropan-2-il)karbamat (CAS RN 868694-44-4) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7832

ex 2925 29 00

50

Klorur ta’ (klorometilen)dimetiliminju (CAS RN 3724-43-4) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7859

ex 2930 90 98

29

Aċidu 4-ammino-5-(etilsulfanil)-2-metossibenżojku (CAS RN 71675-86-0) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7833

ex 2930 90 98

31

Isoċjanur (p-toluwensulfonil)metil (CAS RN 36635-61-7) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7838

ex 2932 20 90

53

(R)-4-propildiidrofuran-2(3H)-on (CAS RN 63095-51-2) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7855

ex 2932 99 00

37

4-(2-butil-1-benżofuran-3-karbonil)-2,6-diiodofenol (CAS RN 1951-26-4) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7903

ex 2933 19 90

13

Fluworur 3-(Difluworometil)-5-fluworo-1-metil-1H-pirażol-4-karbonil (CAS RN 1255735-07-9) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7835

ex 2933 19 90

17

1,3-dimetil-1H-pirażol (CAS RN 694-48-4) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7918

ex 2933 19 90

23

Fluindapir (ISO) (CAS RN 1383809-87-7) b’purità skont il-piż ta’ 96 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7836

ex 2933 19 90

27

Aċidu 3-(3,3,3-trifluworo-2,2-dimetilpropossi)-1H-pirażol-4-karbossiliku (CAS RN 2229861-20-3) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7844

ex 2933 39 99

74

4-Amminopiridina-2-karbossammid (CAS RN 100137-47-1) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7906

ex 2933 39 99

81

Aċidu 4-Idrossi-3-piridinasulfoniku (CAS RN 51498-37-4) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7866

ex 2933 39 99

82

Pikloram (ISO) (CAS RN 1918-02-1) li fih mhux aktar minn 15 % ilma skont il-piż, u b’purità ta’ piż xott ta’ 92 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7825

ex 2933 59 95

68

Gwanina (CAS RN 73-40-5) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7839

ex 2933 99 80

66

(6-(4-fluworobenżil)-3,3-dimetil-2,3-diidro-1H-pirrolo[3,2-b]pirid-5-il)metanol (CAS RN 1799327-42-6) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7843

ex 2934 99 90

17

Aċidu (S)-4-(tert-butossikarbonil)-1,4-ossażepan-2-karbossiliku (CAS RN 1273567-44-4) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7837

ex 2934 99 90

29

(2R,5S)-tert-butil 4-benżil-2-metil-5-((R)-3-metilmorfolino)metil)piperażina-1-karbossilat (CAS RN 1403902-77-1) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7840

ex 2934 99 90

33

(2R,3R,5R)-5-(4-ammino-2-ossopirimidina-1(2H)-il)-2-((benżoilossi)metil)-4,4-difluworotetraidrofuran-3-il benżoat (CAS RN 134790-39-9) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7842

ex 2934 99 90

69

3-metil-5-(4,4,5,5-tetrametil-1,3,2-diossaborolan-2-il)benżo[d]ossażol-2(3H)-on (CAS RN 1220696-32-1) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7854

ex 2935 90 90

70

(4S)-4-idrossi-2-(3-metossipropil)-3,4-diidro-2H-tijeno[3,2-e]tiażina-6-sulfonammid-1,1-diossidu (CAS RN 154127-42-1) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7885

ex 3204 15 00

20

Kolorant C.I. Vat Blue 1 (CAS RN 482-89-3) u preparati bbażati fuqu b’kontenut ta’ kolorant C.I. Vat Blue 1 ta’ 94 % jew aktar skont il-piż

0 %

-

31.12.2024

0.7922

ex 3823 19 10

20

Aċidu 12-Idrossiottadekanojku (CAS RN 106-14-9) għall-manifattura ta’ esteri tal-aċidu poligliċerina-poli-12-idrossiottadekanojku (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7831

ex 3824 99 92

62

Soluzzjoni ta’ 9-borabiċiklo[3.3.1]nonan (CAS RN 280-64-8) f’tetraidrofuran (CAS RN 109-99-9), li fiha skont il-piż 6 % jew aktar 9-borabiċiklo[3.3.1]nonan

0 %

-

31.12.2024

0.7861

ex 3903 90 90

33

Kopolimeru ta’ stiren, divinilbenżen u klorometilstiren (CAS RN 55844-94-5) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

-

31.12.2024

0.7865

ex 3909 40 00

70

Polimeru fil-forma ta’ qxur, magħmul minn 98 % jew aktar skont il-piż ta’ reżina fenolika (ottilfenol-formaldeid bromurat) b’punt ta’ trattib ta’ 80 °C jew aktar iżda mhux aktar minn 95 °C skont l-istandard ASTM E28-92 (CAS RN 112484-41-0)

0 %

-

31.12.2024

0.7882

ex 3920 69 00

30

Film li jiċkien b’saff wieħed jew b’diversi saffi, b’orjentazzjoni trażversa:

magħmul minn aktar minn 85 % skont il-piż ta’ aċidu polilattiku, mhux aktar minn 5 % skont il-piż ta’ addittivi inorganiċi jew organiċi u mhux aktar minn 10 % skont il-piż ta’ addittivi bbażati fuq poliesteribijodegradabbli,

bi ħxuna ta’ 20 il μm jew aktar iżda mhux aktar minn 100 μm,

b’tul ta’ 2 385 m jew aktar iżda mhux aktar minn 9 075 m,

bijodegredabbli u kompostabbli (kif determinat skont il-metodu EN 13432)

0 %

-

31.12.2024

0.7883

ex 3920 69 00

70

Film b’saff wieħed jew b’diversi saffi, b’orjentazzjoni biassjali:

magħmul minn aktar minn 85 % aċidu polilattiku skont il-piż, mhux iktar minn 5 % addittivi inorganiċi jew organiċi skont il-piż, u mhux iktar minn 10 % addittivi bbażati fuq poliesteri bijodegradabbli skont il-piż,

bi ħxuna ta’ 9 μm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 120 μm,

b’tul ta’ 1 395 m jew aktar iżda mhux aktar minn 21 560 m,

bijodegredabbli u kompostabbli (kif determinat skont il-metodu EN 13432)

0 %

-

31.12.2024

0.7891

ex 7326 90 94

40

Għonq bil-boċċa tal-azzar, ifforġat bil-qatra, maħdum bil-magni, ittrattat bis-sħana jew bis-superfiċje ttrattata wkoll, b’angolu ta’ anqas minn 90° bejn iċ-ċentru tar-ras konika u d-driegħ jew b’angolu ta’ anqas minn 90° bejn iċ-ċentru tal-boċċa u d-driegħ, għall-użu fil-manifattura tal-irmonki tat-trejlers għall-karozzi tal-passiġġieri (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7911

ex 7506 20 00

10

Folji u strixxi f’koljaturi bil-liga tan-nikil C276 (EN 2.4819) bi

ħxuna ta’ 0,5 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 3 mm,

wisa’ ta’ 770 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 250 mm,

0 %

-

31.12.2024

0.7851

ex 8409 99 00

25

Assemblaġġ tal-pajpijiet għar-ritorn tal-fjuwil mill-injettaturi għall-unità tal-fjuwil tal-magna, li jikkonsisti f’mill-inqas:

tliet pajpijiet tal-gomma, bi sleeving ta’ protezzjoni mmaljat jew mingħajr,

tliet konnetturi għall-konnessjoni ta’ injettaturi tal-fjuwil,

ħames klampi tal-metall,

ġonta tal-plastik waħda forma ta’ t,

għall-użu fil-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur  (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7850

ex 8481 30 99

30

Assemblaġġ ta’ valv unidirezzjonali tal-booster tal-brejk, li fih mill-inqas:

tliet pajpijiet tal-lasktu vulkanizzat,

valv f’forma ta’ membrana wieħed,

żewġ klampi tal-metall,

ħowlder wieħed tal-metall,

kemm jekk iqabbad pajp tal-metall kif ukoll jekk le,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi bil-mutur  (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7920

ex 8483 40 59

30

Apparat idrostatiku li jbiddel il-veloċità:

b’pompa idrawlika u differenzjal b’fus,

kemm jekk ikun mgħammar bi skrun tal-fannijiet u/jew b’taljola, kif ukoll jekk le,

għall-użu fil-manifattura ta’ magni għall-qtugħ tal-lawn tas-Subintestaturi 8433 11 u 8433 19 jew magni għall-qtugħ oħra tas-Subintestatura 8433 20  (2)

0 %

p/st

31.12.2024

0.7857

ex 8501 10 10

40

Mutur ibridu sinkroniku li jdur f’intervalli b’:

output ta’ mhux aktar minn 18-il W

żewġ fażijiet,

kurrent nominali ta’ mhux aktar minn 2,5 A/fażi,

vultaġġ nominali ta’ mhux aktar minn 20 V,

b’xaft tal-kamin jew mingħajru,

għall-użu fil-manifattura tal-istampaturi 3D  (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7888

ex 8507 60 00

68

Akkumulatur tal-joni tal-litju f’qafas tal-metall li fih:

tul ta’ 173 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 175 mm,

wisa’ ta’ 41,5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 43 mm,

għoli ta’ 85 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 103 mm,

vultaġġ nominali ta’ 3,6 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 3,75 V, u

kapaċità nominali ta’ 93 Ah jew aktar, iżda mhux aktar minn 94 Ah

1,3 %

-

31.12.2024

0.7873

ex 8537 10 91

20

Assemblaġġ elettroniku li fih:

mikroproċessur,

memorja programmabbli u komponenti elettroniċi oħra mmuntati fuq ċirkwit stampat,

indikaturi tad-dijodu li jemetti d-dawl (LED) jew displej tal-kristall likwidu (LCD) jew mingħajr,

għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tas-Subintestaturi 8418 21 , 8418 29 , 8421 12 , 8422 11 , 8450 11 , 8450 12 , 8450 19 , 8451 21 , 8451 29 u 8516 60  (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7848

ex 8544 30 00

45

Kejbil kolleganti b’seba’ cores għall-konnessjoni ta’ sensur għall-kejl tal-pressjoni fil-manifold tad-dħul (Sensur Tal-Pressjoni ta’ Spinta - BPS) u sokits għal glow plugs b’konnettur komuni, li fih erba’ sokits u żewġ konnetturi għall-użu fil-manifattura ta’ magni bil-pistuni b’kombustjoni interna tat-tqabbid bil-kompressjoni għall-karozzi tal-passiġġieri  (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7847

ex 8544 30 00

55

Il-konnessjoni ta’ kejbil b’ħames cores mal-konnetturi għall-akkoppjar tas-sensur tat-temperatura u tas-sensur tad-differenza fil-pressjoni tal-manifold tal-egżost mal-konnettur komuni għall-użu fil-manifattura ta’ magni bil-pistuni b’kombustjoni interna tat-tqabbid bil-kompressjoni għall-karozzi tal-passiġġieri  (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7856

ex 8708 40 20

ex 8708 40 50

70

60

Gearbox manwali f’qafas tal-aluminju fondut għal installazzjoni trasversali b’:

wisa’ ta’ mhux aktar minn 480 mm,

għoli ta’ mhux aktar minn 400 mm,

tul ta’ mhux aktar minn 550 mm,

ħames gerijiet,

ger differenzjali,

torque tal-magna ta’ 250 Nm jew anqas,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi bil-mutur tal-Intestatura 8703 (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7849

ex 8708 93 10

ex 8708 93 90

40

40

Pedala tal-klaċċ imħaddma b’konnessjoni tal-brejk elettroniku tal-ipparkjar (EPB), kemm jekk bil-funzjoni li jintbagħat sinjal kif ukoll jekk le, għal:

risettjar tal-kontroll awtomatiku tal-veloċità,

rilaxx tal-brejk elettroniku tal-ipparkjar,

ġestjoni tal-istartjar u tal-waqfien tal-magna fil-qafas tas-sistema Idle Stop and Go (ISG),

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi tal-passiġġieri  (2)

0 %

-

31.12.2024

0.7921

ex 8708 99 97

18

Apparat idrostatiku li jbiddel il-veloċità:

b’pompa idrawlika u differenzjal b’fus,

kemm jekk ikun mgħammar bi skrun tal-fannijiet u/jew b’taljola, kif ukoll jekk le,

għall-użu fil-manifattura ta’ tratturi tas-subintestaturi 8701 91 90 u 8701 92 90 , li l-funzjoni ewlenija tagħhom hija dik ta’ magna għall-qtugħ tal-lawn  (2)

0 %

p/st

31.12.2023”


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).;

(2)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


Top