This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0570
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/570 of 28 January 2020 amending and correcting Regulation (EU) No 748/2012 as regards the alignment of rules for continuing airworthiness of aircraft and aeronautical products, parts and appliances with Regulation (EU) No 1321/2014 (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570 tat-28 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għall-prodotti, għall-parts u għall-apparati ajrunawtiċi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570 tat-28 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għall-prodotti, għall-parts u għall-apparati ajrunawtiċi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/336
ĠU L 132, 27.4.2020, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/570
tat-28 ta’ Jannar 2020
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għall-prodotti, għall-parts u għall-apparati ajrunawtiċi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) ġie emendat (3) biex jistabbilixxi rekwiżiti iktar flessibbli għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ħfief u biex iżid il-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru operati mid-detenturi ta’ ċertifikat ta’ operatur tal-ajru. B’konsegwenza ta’ dik l-emenda, il-miżuri li jridu jittieħdu biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenju tal-ajru, li qabel kienu stabbiliti fl-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, issa huma stabbiliti fl-Anness I (il-Parti-M), fl-Anness Vb (il-Parti-ML), fl-Anness Vc (il-Parti-CAMO) u fl-Anness Vd (il-Parti-CAO) ta’ dak ir-Regolament, skont it-tip ta’ inġenju tal-ajru u t-tħaddim tiegħu. |
(2) |
Peress li d-dispożizzjonijiet relatati maċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà, mal-approvazzjonijiet tad-disinn tat-tiswija u mal-permessi għat-titjir, stabbiliti fl-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (4), jirreferu biss għall-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jenħtieġ li dak l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat biex id-dispożizzjonijiet tiegħu jiġu adattati għall-istruttura l-ġdida tal-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014. |
(3) |
Il-punt (b) tal-punt 21.A.604 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jista’ jinftiehem li għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn tal-Unità ta’ Qawwa Awżiljarja għall-applikanti li ma jkollhomx Awtorizzazzjoni ta’ Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew, fir-rigward ta’ bidliet ikklassifikati bħala minuri, jenħtieġ li tiġi applikata s-Subparti E tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 minflok is-Subparti D tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li f’dawk il-każijiet tapplika s-Subparti D tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Ir-rekwiżiti relatati mal-istandard tal-qtugħ tal-produzzjoni għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-ajruplani fil-punt 21.A.165 tas-Subparti G tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 mhumiex iddikjarati u allinjati b’mod ċar mal-istess rekwiżiti fis-Subparti F tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut. |
(5) |
Id-dispożizzjoni fl-ittra (c) tal-punt 21.A.93 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 tirreferi għal “ċertifikati tat-tip jew ċertifikati tat-tip ristretti”, mentri jenħtieġ li tirreferi għal “bidliet fiċ-ċertifikati tat-tip jew fiċ-ċertifikati tat-tip ristretti”. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-Opinjonijiet 05/2016 (5) u 06/2016 (6) tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(2), il-punt (d) jitħassar; |
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-24 ta’ Marzu 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta’ Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b’rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(5) L-Opinjoni 05/2016: Task force għar-rieżami tal-Parti-M għall-Avjazzjoni Ġenerali (il-FAŻI II)
(6) L-Opinjoni 06/2016: Inkorporazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS) fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 – SMS fil-Parti-M
ANNESS
L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-werrej, ir-referenza għall-Appendiċi II hija sostitwita b’dan li ġej: “Appendiċi II — Il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà; |
(2) |
fil-punt 21.A.93, il-punt (2) tal-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
fil-punt 21.A.165, il-punt (3) tal-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
fil-punt 21.A.174, il-punt (3) tal-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;" |
(5) |
fil-punt 21.A.179, il-punt (i) tal-punt (a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(6) |
fil-punt 21.A.441, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
fil-punt 21.A.604, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
fil-punt 21.A.711, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
fil-punt 21.B.325, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(10) |
fil-punt 21.B.326, il-punt (iii) tal-punt (b)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(11) |
fil-punt 21.B.327, il-punt (C) tal-punt (a)(2)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(12) |
fil-lista tal-Appendiċijiet “FORMOLI TAL-EASA”, ir-referenza għall-“Appendiċi II — il-Formola 15a tal-EASA taċ-Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà” hija sostitwita b’dan li ġej: “Appendiċi II — il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà”; |
(13) |
l-Appendiċi II huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Appendiċi II il-Formola 15a tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà
Formola 15a tal-EASA — Ħarġa 5
Formola 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà
Formola 15c tal-EASA – Ħarġa 3. |
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;”