EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0570

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570 tat-28 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għall-prodotti, għall-parts u għall-apparati ajrunawtiċi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/336

OJ L 132, 27.4.2020, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/570/oj

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/570

tat-28 ta’ Jannar 2020

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għall-prodotti, għall-parts u għall-apparati ajrunawtiċi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) ġie emendat (3) biex jistabbilixxi rekwiżiti iktar flessibbli għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ħfief u biex iżid il-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru operati mid-detenturi ta’ ċertifikat ta’ operatur tal-ajru. B’konsegwenza ta’ dik l-emenda, il-miżuri li jridu jittieħdu biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenju tal-ajru, li qabel kienu stabbiliti fl-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, issa huma stabbiliti fl-Anness I (il-Parti-M), fl-Anness Vb (il-Parti-ML), fl-Anness Vc (il-Parti-CAMO) u fl-Anness Vd (il-Parti-CAO) ta’ dak ir-Regolament, skont it-tip ta’ inġenju tal-ajru u t-tħaddim tiegħu.

(2)

Peress li d-dispożizzjonijiet relatati maċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà, mal-approvazzjonijiet tad-disinn tat-tiswija u mal-permessi għat-titjir, stabbiliti fl-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (4), jirreferu biss għall-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jenħtieġ li dak l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat biex id-dispożizzjonijiet tiegħu jiġu adattati għall-istruttura l-ġdida tal-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(3)

Il-punt (b) tal-punt 21.A.604 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jista’ jinftiehem li għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn tal-Unità ta’ Qawwa Awżiljarja għall-applikanti li ma jkollhomx Awtorizzazzjoni ta’ Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew, fir-rigward ta’ bidliet ikklassifikati bħala minuri, jenħtieġ li tiġi applikata s-Subparti E tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 minflok is-Subparti D tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li f’dawk il-każijiet tapplika s-Subparti D tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Ir-rekwiżiti relatati mal-istandard tal-qtugħ tal-produzzjoni għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-ajruplani fil-punt 21.A.165 tas-Subparti G tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 mhumiex iddikjarati u allinjati b’mod ċar mal-istess rekwiżiti fis-Subparti F tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut.

(5)

Id-dispożizzjoni fl-ittra (c) tal-punt 21.A.93 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 tirreferi għal “ċertifikati tat-tip jew ċertifikati tat-tip ristretti”, mentri jenħtieġ li tirreferi għal “bidliet fiċ-ċertifikati tat-tip jew fiċ-ċertifikati tat-tip ristretti”. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-Opinjonijiet 05/2016 (5) u 06/2016 (6) tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(2), il-punt (d) jitħassar;

(2)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-24 ta’ Marzu 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta’ Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b’rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(5)  L-Opinjoni 05/2016: Task force għar-rieżami tal-Parti-M għall-Avjazzjoni Ġenerali (il-FAŻI II)

(6)  L-Opinjoni 06/2016: Inkorporazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS) fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 – SMS fil-Parti-M


ANNESS

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-werrej, ir-referenza għall-Appendiċi II hija sostitwita b’dan li ġej:

“Appendiċi II — Il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà;

(2)

fil-punt 21.A.93, il-punt (2) tal-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

applika għal estensjoni tal-perjodu ta’ żmien previst fl-ewwel sentenza tal-punt (c) għall-applikazzjoni oriġinali u pproponi data ġdida għall-ħruġ tal-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbiliti mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.A.101 u kif innotifikati f’konformità mal-punt 21.B.105, għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, id-data ma għandhiex tippreċedi d-data l-ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ tal-approvazzjoni b’iktar minn ħames snin għal applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir jew għal inġenju tal-ajru kbir bir-rotors, u b’iktar minn tliet snin għal applikazzjoni għal kwalunkwe bidla oħra fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip ristrett.”;

(3)

fil-punt 21.A.165, il-punt (3) tal-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti ambjentali ddetermina li:

(i)

il-magna lesta hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna, u;

(ii)

l-ajruplan lest huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.”;

(4)

fil-punt 21.A.174, il-punt (3) tal-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat li joriġina minn:

(i)

Stat Membru, ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (*1);

(ii)

pajjiż terz:

dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-inġenju tal-ajru jkun rreġistrat, jew kien irreġistrat, li tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tiegħu fiż-żmien tat-trasferiment;

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;

il-manwal tat-titjir meta tali manwal ikun meħtieġ mill-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenju tal-ajru;

ir-rekords storiċi biex jiġi stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifika u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-limitazzjonijiet kollha assoċjati ma’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett f’konformità mal-punt 21.B.327;

rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għal ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà skont rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.;

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"

(5)

fil-punt 21.A.179, il-punt (i) tal-punt (a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

meta jiġu ppreżentati ċ-ċertifikat preċedenti tal-ajrunavigabbiltà u ċertifikat validu ta’ rieżami tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;”;

(6)

fil-punt 21.A.441, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

“(a) l-inkorporazzjoni ta’ tiswija għandha ssir f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M), mal-Anness II (il-Parti-145), mal-Anness Vb (il-Parti-ML) jew mal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata f’konformità mas-Subparti G ta’ dan l-Anness, skont il-privileġġ previst fil-punt 21.A.163(d);”;

(7)

fil-punt 21.A.604, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

b’deroga mill-punt 21.A.611, ir-rekwiżiti tas-Subparti D għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU u ta’ bidliet fid-disinn minn applikanti oħra kklassifikati bħala bidla minuri, u r-rekwiżiti tas-Subparti E għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn minn applikanti oħra kklassifikati bħala bidla maġġuri. Meta jkunu japplikaw ir-rekwiżiti tas-Subparti E, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni separata tal-ETSO minflok ċertifikat tat-tip supplimentari; kif ukoll”;

(8)

fil-punt 21.A.711, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Organizzazzjoni approvata tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) skont il-privileġġ mogħti f’konformità mal-punt CAMO.A.125 tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew mal-punt CALO.A.095 tal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ta’ dan l-Anness ikunu ġew approvati f’konformità mal-punt 21.A.710 ta’ dan l-Anness;”;

(9)

fil-punt 21.B.325, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

għal inġenju tal-ajru ġdid jew għal inġenju tal-ajru użat li jkunu joriġinaw minn pajjiż li mhux Stat Membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà inizjali (il-Formola 15a jew 15c tal-EASA, ara l-Appendiċi II).”;

(10)

fil-punt 21.B.326, il-punt (iii) tal-punt (b)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, kif ikun xieraq.”;

(11)

fil-punt 21.B.327, il-punt (C) tal-punt (a)(2)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(C)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, kif ikun xieraq.”;

(12)

fil-lista tal-Appendiċijiet “FORMOLI TAL-EASA”, ir-referenza għall-“Appendiċi II — il-Formola 15a tal-EASA taċ-Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Appendiċi II — il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà”;

(13)

l-Appendiċi II huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Appendiċi II

il-Formola 15a tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

[L-ISTAT MEMBRU]

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (*)

ĊERTIFIKAT TA’ RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

Referenza tal-ARC:......................

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru:…

Deżinjazzjoni tal-manifattur:…

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:…

fil-mument tar-rieżami jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**):…

Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa’ f’ambjent ikkontrollat f’konformità mal-punt M.A.901 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 għas-sena preċedenti. Fil-mument tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ :…

Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni:…

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa’ f’ambjent ikkontrollat f’konformità mal-punt M.A.901 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 għas-sena preċedenti. Fil-mument tal-ħruġ taċ-ċertifikat l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**):…

Iffirmat: …

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni:…

Formola 15a tal-EASA — Ħarġa 5

(*)

Ħassar għal pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE.

(**)

Ħlief għall-iġfna tal-ajru.

Formola 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà

ĊERTIFIKAT TA’ RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) (għall-inġenji tal-ajru li jikkonformaw mal-Parti-ML)

Referenza tal-ARC:........................

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

[ISEM L-AWTORITÀ KOMPETENTI]

jew

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, INDIRIZZ u REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI]

jew

[L-ISEM SĦIĦ TAL-PERSUNAL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U N-NUMRU TAL-LIĊENZJA TAL-PARTI-66 (JEW EKWIVALENTI NAZZJONALI)]

b’dan jiċċertifika/tiċċertifika li twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenju tal-ajru li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Deżinjazzjoni tal-manifattur:…

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:…

u fil-mument tar-rieżami dan l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.

Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-rieżami (*):…

Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli):…

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.A.901(c) tal-Anness Vb (il-Parti-ML)

Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*):…

Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni: …

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.A.901(c) tal-Anness Vb (il-Parti-ML)

Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*):…

Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni:…

(*)

Ħlief għall-blalen tal-arja u għall-iġfna tal-ajru (airships)

Formola 15c tal-EASA – Ħarġa 3.


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;”


Top